B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20151, jista’ l-Ministru issa jgħid x’inhi l-paga medja ta’ impjegat ta’ food delivery platform li kien hemm imsemmi f’dik l-interpellanza, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
L-istħarriġ u l-ħidma mall-operaturi għadha għaddejja iżda d-Dipartiment mhux neċessarjament ħa jkollu l-informazzjoni dwar il-paga medja totali tal-ħaddiema kollha f’dan is-settur minħabba li hemm diversi kumpaniji li joffru dan is-servizz u diversi fatturi li jaffettwaw l-paga tal- Courier.
Ħal Farruġ – ramel imħallat mal-Jet Fuel — esportazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn ġie esportat barra minn Malta r-ramel imħallat mal-jet fuel li nġabar mit-triq f’Ħal Farruġ ftit tal-jiem ilu, wara spillage li kien hemm fl-inħawi, u li allura l-istess materjal (ramel imħallat mal-jet fuel) spiċċa bħala “hazardous waste”?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ERA qegħda f’kuntatt mal-entità responsabbli u tinsab infurmata illi l-kumpanija konċernata se tkun qed tqabbad kuntrattur awtorizzat biex jesporta dan il-materjal.
COVID-19 – persuni pożittivi li kienu mlaqqma bil-vaċċin
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm minn dawk li ħarġu pożittivi għall-COVID-19, f’dawn l-aħħar xahrejn sal-lum kienu diġà mlaqqma bil-vaċċin kontra l-COVID-19? Minn dawk li kienu mlaqqma, kemm minnhom kienu ħadu doża waħda tal-vaċċin kontra l-COVID-19 u kemm minnhom kienu ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant illi mill-ħmistax ta’ Settembru sal-ħmistax ta’ Novembru, n-numru ta’ każijiet pożittivi kien ta 1,475. Statistika turi li minn dawn 341 qatt ma’ ħadu l-vaċċin filwaqt li 5 ħadu biss l-ewwel doża. 1111 kienu vaċċinati kompletament. Ninfurmaha ukoll illi minn dawk il-pazjenti li fl-istess perjodu kienu għal kura intensiva fl-isptar Mater Dei u li kienu pożittivi għal-Covid-19 l-maġġor parti kienu mhux imlaqqmin u dawk li kienu mlaqqmin, ma kinux għadhom ħadu l-booster.
Budget 2022 — Prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima – flus ivvutati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus ġew ivvutati fil-Budget 2022, u kemm ser jiġu kommessi fis-snin li ġejjin għall-programmi/proġetti msemmija mill-Prim Ministru (fl-aħħar stqarrija Ministerjali) fuq kollaborazzjoni ma’ gżejjer oħra fuq prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-Tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22122, nitolbu jagħti ħarsa lejn id-dokument tal-Baġit u l-estimi finanzjarji għas-sena 2022 u għandu jara b’mod ċar kif dan il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ lejn il-ġlieda kontra t-Tibdil fil-Klima, mhux biss għal miljuni kbar li qed jalloka lill-ministeri differenti fuq fierxa ta’ proġetti u attivatijiet relatati mat-Tibdil fil-Klima, iżda wkoll f’kuntest ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi lejn il-fond internazzjonali imsejjaħ Green Climate Fund li huwa immirat lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u fejn qed nirduppjaw l-allokazzjoni.
Il-Baġit għal 2022 f’dan il-qasam huwa bla preċedent u juri r-rieda u l-impenn li ghandna. Dak li ħabbar il-Prim Ministru huwa l-pass li jmiss fuq livell internazzjonali fejn qiegħdin nesprimu r-rieda tagħna li ngħinu pajjiżi gżejjer zgħar bħalna iżda li għadhom li qed jiżviluppaw. Bħalna dawn il-pajji¿i qed jiffaċċjaw sfidi mit-Tibdil fil-Klima proprju għax huma żgħar u allura tajjeb li nkunu nistgħu nagħmlu skambju ta’ esperjenzi u prattiċi tajbin, kif ukoll naħdmu flimkien fuq proġetti li nistgħu nidentifikaw. Apparti hekk nkunu nistgħu wkoll nwasslu fil-fora internazzjonali d-diffikultajiet li pajjiżi bħal dawn jiltaqgħu magħhom. Dan huwa bidu. Fil-fatt nista’ ngħid li, waqt li kont Glasgow nattendi il-COP 26 jien diġà kelli laqgħat bilaterali dwar din il-materja u issa ser nkunu qiegħdin inħarsu ‘l quddiem sabiex nikkonkretizzaw aħjar l-forma u s-sustanza ta’ kif nistgħu nikkolaboraw aħjar għall-ġid ta’ kullħadd.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jerġa’ jikkunsidra, li kif ġara dejjem fis-snin preċedenti, il-vaċċin tal-influwenza fil-lokal tal-Mellieħa jingħata fil-Berġa tal-lokalità? Din it-talba qed nerġa nagħmilha għat-tielet darba wara li għexieren ta’ familji (speċjalment anzjani u nies vulnerabbli) qed jesperjenzaw inkonvenjent kbir biex imorru f’lokalitajiet oħra biex jieħdu dan il-vaċċin meta faċilment jista’ jingħata fil-lokal stess.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19620.
San Pawl il-Baħar u Naxxar – vaċċin tal-influwenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jerġa’ jikkunsidra, li kif ġara f’numru ta’ snin preċedenti, il-vaċċin tal-influwenza fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar jingħata fil-Berġa/Kunsill Lokali tal-lokalità? Din it-talba qed qed nerġa nagħmilha peress li numru kbir ta’ anzjani u persuni vulnerabbli qed jesperjenzaw inkonvenjent kbir biex imorru f’lokalitajiet oħra biex jieħdu dan il-vaċċin meta faċilment jista’ jingħata fil-lokal stess.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23305
Maltin li jgħixu l-Ingilterra miċħuda milli jingħataw passaport Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li meta persuni Maltin li jgħixu l-Ingilterra u li għandhom dritt għall-dual citizenship, marru fil-High Commission ta’ Londra jitolbu għat-tiġdid ta’ passaport Malti, dawn il-persuni ġew miċħuda milli jingħataw passaport Malti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra tinsab topera fil-kapaċità kollha tagħha u qed toffri s-servizzi kollha essenzjali.
Fil-perjodu ta’ lockdown nazzjonali msejjaħ mill-Gvern tar-Renju Unit, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra kienet qed tipprovdi servizzi ridotti lil persuni li avviċinaw il-Kummissjoni Għolja għat-tiġdid ta’ passaporti li kellhom dokument alternattiv validu għall-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ ċittadinanza doppja (dual citizenship). Fil-fatt, dawn kienu qed jiġu mħeġġa jagħtu spazju lil persuni li kellhom passaport Malti skadut bħala l-uniku dokument tal- ivvjaġġar. B’dan il-mod, dawn il-persuni setgħu japplikaw għat-tiġdid tal-passport Malti tagħhom, kif ukoll kellhom l-opportunità li japplikaw għall-iskema ta’ ssetiljar tal-Unjoni Ewropea kif maħruġa mir-Renju Unit, liema skema kienet teżiġi dokument ta’ identifikazzjoni validu. Dan il-perjodu kien jestendi minn tmiem Diċembru 2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2021.
Tajjeb wieħed jinnota li Illum, jekk persuna tiġi bżonn iġġedded il-passaport, tista’ tagħmel dan, irrispettivament jekk għandhiex ċittadinanza doppja (dual citizenship) jew le.
Transport Malta — ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22921 u jgħid jekk Transport Malta hiex qed titlob ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar kull fejn jkun hemm ħruq tan-nar u l-festi u l-marċi fl-ibliet u rħula tagħna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Transport f’Malta toħrog permessi biex jingħalqu xi toroq waqt dawn l-attivitajiet biss. Permessi għal xi raġuniiet oħra joħorgu minn Awtorijtajiet oħrajn. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi indirrizata lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk wara li l-Gvern ħareġ white paper fuq iż-Zoos f’Malta li ġiet irtirata wara 24 siegħa, issa hux vera li appunta kumpanija biex tagħmel impact assessment taż-Zoos f’Malta? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-impact assessment u kemm se jiswa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li d-Dipartiment responsabbli mir-regolamentazzjoni taż-żoos appunta kumpanija sabiex isir Impact Assessment tat-tibdil fil-liġi fuq iż-żoos f’Malta. Il-kumpanija magħżula hija AIS Environment Ltd. u l-kuntratt se jkun jiswa €8,673 (VAT inkluż).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha out of stock il-mediċina Amlodipine Besilate (5mg) u meta mistennija terġa' tkun disponibbli mill-POYC ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina Amlodipine Besilate (5mg) mhix out of stock u hija ukoll disponibbli mill-ispiżeriji tal-Għażla tiegħek.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23245 u jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 23317 - Direct Orders 2013-2021.xlsx
Peress li fl-2012 kien ġie installat lift fil-komun li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema lift għadu ma jiffunzjonax u għalhekk ma jistax jintuża, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-istat u r-raġuni għaliex minkejja li għadda dan iż-żmien kollu ma jistax jintuża? Jista' jgħid ukoll x'jista' jsir biex ir-residenti jkunu jistgħu jużawh?
Jista’ l-Ministru jara li jsir bus shelter għall-persuni li jżuru d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi, speċjalment minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja numri 109 u 201 huma u sejrin mir-Rabat għal Lapsi u lura, minħabba li dan il-bus shelter huwa essenzjali għall-passiġġiera minħabba li meta jkun il-maltemp m’għandhom l-ebda post fejn jistkennu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li t-triq li fihom jinstabu dawn il-bus stops li qedgħin jiġu rreferuti għalihom f’din il-mistoqsija jaqghaw taħt ir-responsabilita’ tal- Kunsill Lokali u għal daqstant din it-talba trid tiġi magħmulha lill-istess Kunsill Lokali.
In-Nadur — Triq Ħanaq u Triq ir-Ramla - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Ħanaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, in vista' tal-fatt li sitt snin u nofs ilu, b'għaġla qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, dawn it-toroq ingħataw kisja waħda ta' tarmak u l-wiċċ baqa' sal-lum qatt ma ngħata b'dan li t-tarmak li ngħata peress li ma kienx ta' saħħa biżżejjed nqasam kollu u hemm partijiet mit-triq li diġà niżlu kif ukoll peress li fil-ġnub tat-toroq hemm xifer tal-konkos li hu perikoluż? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jlesti min kollox din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jimxi skont programm ta’ prijoritajiet għall-Infrastruttura f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid xi produzzjonijiet ta' films inġibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallew flus fl-ekonomija ta' Għawdex kull wieħed minn dawn il-produzzjonijiet? Jista jghid xi produzzjonijiet ta' films hemm ippjanati li jingibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex matul is-sena 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena inġibdu ħames produzzjonijiet ġewwa Għawdex. Dawn jinkludu:
· żewġ sensiliet għat-televiżjoni li kienu
The Madam Blanc Mysteries
, serje Ingliża li inġibdet f’bosta lokalitajiet madwar Għawdex, kif ukoll is-serje Svediża
Blinded
, li partijiet minnha inġbdu f’Kemmuna.
· żewġ
Reality Shows
; wieħed Svediż –
Make or Break
– li nġibed kollu f’Għawdex fuq medda ta’ 24 ġurnata, kif ukoll
Below Deck Mediterranean
,
reality show
popolari ferm fl-Amerika li għalih ukoll ingibdu diversi xeni Għawdex.
· F’Għawdex inġibdu ukoll xeni għall-film ko-produzzjoni Ġermaniża-Maltija b’l-isem ta’
The Dive
.
Huwa stmat li matul il-ġbid tagħhom, dawn il-produzzjonijiet ser ikunu nefqu ’l fuq minn 6 miljun Ewro fil-gżejjer Maltin.
Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna, inkluż lejn Għawdex.
Port tal-Imġarr Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port u Triq il-Madonna ta’ Lourdes
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18101 u 20759 u jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr)? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom u għalxiex, u kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 għal dan l-imsemmi proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jieħu l-konsiderazzjonijiet neċessarji abbażi tal-istudji u d-direzzjonijiet mill-Awtorijatijiet koerenti. Pero’, qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq dan il-proġett, il-Ministeru hu tal-fehma li ssir ukoll konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex jiġu wkoll diskussi l-effetti ambjentali li tali proġett jista’ jikkawża.
Bdiewa, Raħħala u Sajjieda Għawdxin – għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19176 u jgħid x'għajnuna finanzjarja ħadu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Għawdxin rispettivament għall-bini ta' irziezet, serer, ġwiebi u strutturi oħra kif ukoll għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji, makkinarju u opri tal-baħar sena b'sena mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu, jista' jagħti dan it-tagħrif skont it-tip ta' għajnuna u skont għal xiex kienet l-għajnuna?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-tabelli segwenti.
GOZO FARMERS - ITEMS FINANCED THROUGH EAFRD 2007-2013 AND EAFRD 2014-2020
ITEM
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
BUILDINGS & STRUCTURES
€258,634.63
€239,864.74
€575,573.37
€32,926.70
€0.00
€0.00
€25,922.59
€777,060.11
€2,868,125.17
LAND IMPROVEMENT
€625.00
€0.00
€725.00
€0.00
€0.00
€0.00
€0.00
€0.00
€0.00
MACHINERY & EQUIPMENT
€237,054.93
€279,870.58
€365,725.01
€12,246.24
€0.00
€0.00
€79,178.13
€155,530.79
€1,068,599.41
OTHERS
€14,532.97
€16,912.25
€18,341.59
€4,267.79
€0.00
€0.00
€22,959.25
€25,307.25
€76,155.89
TOTAL
€510,847.53
€536,647.57
€960,364.97
€49,440.73
€0.00
€0.00
€128,059.97
€957,898.14
€4,012,880.46
GRAND TOTAL
€7,156,139.37
GOZO FISHERMEN
BOAT RESTORATION SCHEME 2019 (aid fully disbursed in 2020)
GRAND TOTAL
€10,128.50
BOAT RESTORATION SCHEME 2020 (aid fully disbursed in 2021)
GRAND TOTAL
€ 5,342.17
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Emergency Ambulance Responder
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19294 rigward is-sejħa li ħarġet reċentement biex jiddaħħlu persuni fil-grad ta' 'Emergency Ambulance Responder at the Gozo General Hospital' fejn kien ġie imwieġeb li matul is-sena 2021 ser ikun hemm bżonn 4 replacements fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm fil-verità daħlu ħaddiema sa issa f'dan il-grad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena ġew ingaġġati 5 Emergency Ambulance Responders fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, bħala replacements tal-ħaddiema li rtiraw.