Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – pavimentar ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pavimentar tal-porfido fi Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid se jinqala’ mill-ġdid fl-2022?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dalwaqt ser jibdew isiru testijiet tal-porfido fit-triq imsemmija sabiex jinstab jekk il-ħsarat ta’ din il-parti tat-triq ġietx ikkawżata purament mit-traffiku voluminuż jew għaliex din ma nbnietx sew. Minn hemm jittieħdu d-deċiżjonijiet bl-iskop li fil-2022 din il-parti tat-triq (porfido) tiġi rranġata.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li matul is-sena 2019 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, organizzaw attivitajiet sportivi fil-lokalitajiet tagħhom? X’attivitajiet ġew organizzati u meta saru dawn l-attivitajiet?’
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni għalhekk ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20861, jista’ issa l-Ministru jindika x’wettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kumplessa u għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien in-numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li daħlu fi sptar isofru minn xi problema ta’ saħħa mentali fis-sena 2019 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 72 tifel u tifla taħt it-18-il sena li daħlu fl-isptar isofru minn xi problema ta’ saħħa mentali, fl-2020 23 filwaqt li matul din is-sena kien hemm 50. Minn dawn it-tfal, bejn l-2019 sal lum, 27 minnhom kienu ta’ nazzjonalita’ barranija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata rrisponda l-helpline tal-Budget mit-12 ta’ Ottubru sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? X’inhuma l-aktar tliet mi¿uri li staqsa dwarhom il-pubbliku?
Persuni b’nuqqas ta’ mobilità – ħruġ mill-vettura fil-vapuri tal-Gozo Channel
Question
Peress li waħda mill-aktar problemi li qed jaffaċċjaw numru ta’ persuni li tkellmu miegħi u li għandhom nuqqas ta’ mobilità u li saħansitra għandhom il-Blue Badge, hija li ħafna mid-drabi jispiċċaw jibqgħu fil-vettura tagħhom minħabba li meta jiddaħħlu fil-garaxx fil-vapuri tal-Gozo Channel, anke jekk jiġbdu l-attenzjoni, ma’ jkunux jistgħu joħorġu mill-vettura tagħhom u jitilgħu permezz tal-lift, għaldaqstant jista’ il-Ministru jgħid kif se tittaffa din il-problema min-naħa tal-Gozo Channel, i¿jed u i¿jed issa li n-nies qed jintalbu li ma’ jibqgħux fil-karozza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li għandhom il-Blue Badge huma nfurmati biex jaslu 15-il minuta qabel it-tluq u jingħataw prijorità biex jitilgħu abbord qabel il-vetturi l-oħra kollha. Dan sabiex il-vetturi tal-individwi bil-Blue Badge jkunu jistgħu jiġu pparkjati ħdejn il-lift.
Jekk jonqsu milli jaslu qabel, u vetturi oħra jkunu diġà ttellgħu abbord, il-persunal tal-GCOL ftit li xejn ikun jista’ jagħmel sabiex jibdel il-post tal-vetturi u jpoġġihom ħdejn il-lift.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija tal-applikanti li qed jitolbu servizz mill-Aġenzija Sapport? Tista’ tgħid kemm ilhom jistennew dawn l-applikanti biex jinqdew?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet pendenti fuq il-lista ta’ stennija fis-servizzi ta’ Aġenzija Sapport, li ser jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra, huma sad-data ta’ din t-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet, kif ukoll l-e-mail addresses tal-professjonisti kollha fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data, mhux possibli li ngħati l-informazzjoni mitluba kif qed jitlob l-Onor. Interpellant.
Kontribuzzjonijiet tal-IIP lil Għaqdiet mhux Governattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika kemm kien hemm Għaqdiet Mhux Governattivi li bbenefikaw mill-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programm (IIP) is-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid liema huma dawn l-Għaqdiet u kemm ingħataw flus biex iwettqu x-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Djar Residenzjali tal-Gvern — Stat ta’ saħħa tar-Residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat ta’ saħħa (eż: Indipendenti, Dipendenti, eċċ) jinsabu r-residenti li jgħixu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istat ta’ saħħa tar-residenti li jgħixu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern hija kif ġej:
Dipendenza Baxxa 25.75%
Dipendenza Medja 24.67%
Dipendenza Għolja 49.58%
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23224, 22815, 22635, 22575 u 22519 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
F'dan il-perjodu qed isir dak kollu possibli sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha disponibbli hekk kif ċertu informazzjani mhux disponibbli. Infurmat li dan il-proċess għandu jintemm fil-jiem li ġejjin u wara tkun imwieġba din il-mistoqsija.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23225, 22816, 22636, 22576, 22520 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
F'dan il-perjodu qed isir dak kollu possibbli sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha disponibbli hekk kif ċertu informazzjano mhux disponibbli. Infurmat li dan il-prċcess għandu jintemm fil-jiem li ġejjin u wara tkun imwieġba din il-mistoqsija.
Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi – funzjoni tas-CEOs
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-gvern fejn tidħol il-funzjoni tas-CEOs f’Aġenziji, Awtoritajiet, Entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid jekk dawn is-CEOs jistgħux jagħmlu xogħol privat ieħor bħal konsulenzi u/jew ikunu impjegati f’kumpaniji privati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward għadha l-istess. CEOs għandhom jiddedikaw l-enerġija kollha tagħhom għax-xogħol ta' l-amministrazzjoni pubblika bħalma wieħed jistenna minn kull kap fis-Settur Pubbliku. Xogħol lil hinn mix-xogħol ta' Kap fl-entita jsir biss wara l-approvazzjoni meħtieġa.
B’referenza dwar il-grant li qed joffri l-gvern dwar min jixtri karozzi electric/hybrid, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-karozza ma tasalx sa qabel budget ieħor xorta intitolat għal grant? Jekk jintużaw il fondi kollha għall-iskema, x’se jiġri? Xorta min laħaq xtara l-karozza għandu dritt għar-rifużjoni?