Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23011 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex – Skejjel – air conditioners fil-klassijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel f'Għawdex li fil-klassijiet tagħhom hemm installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-iskejjel? Tista' tgħid jekk dawn l-air-conditioners jiffunzjonawx ukoll?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kulleġġ t'Għawdex hemm installati air-conditioners fi 15-il klassi tal-iskola primarja f'Ta' Sannat u disgħa fl-Iskola Sekondarja, Victoria. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Skola tal-Arti Viżiva u Performattiva Xewkija għandha 10 air-conditioners filwaqt li s-sixth form ta’ Għawdex Sir MA Refalo għandha 35 air-conditioners.
Leg 13 PQ #23012 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ir-Rabat Għawdex – swali tal-eżamijiet – air conditioners

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iswali magħrufa bħala tal-eżamijiet fir-Rabat Għawdex hemmx installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid kemm ilhom istallati dawn l-air-conditioners u jekk dawn jiffunzjonawx ukoll?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet fi Triq Fortunato Mizzi, Victoria (Għawdex) huwa mgħammar b’sistema ta’ arja kkundizzjonata, inkluż il-kmamar li jintużaw għall-kandidati b’arranġamenti differenti. L-apparat huwa funzjonabbli u ġie installat bejn l-2014 u 2015.

Professjonisti fil-Qasam Soċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22701, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li jissejħu “Evidence based social work methods” li qed jintużaw biex jgħinu s-social workers fil-ħidma tagħhom biex jassiguraw li qed tinstema’ l-vuċi tat-tfal fil-proċeduri tal-Qrati speċjalment fl-aspetti u d-drittijiet tal-minuri għall-protezzjoni u stabbiltà f’ħajjithom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Social Work

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i: kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii: kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajjiżna?; iii: kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv: kemm minnhom ippreżentaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadu qed jinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanita’ Attiva, l-informazzjoni tkopri l-perjodu li jibda mit-23 ta’ Novembru 2020, li hija d-data tat-twaqqif tal-istess Ministeru.

Parking Spaces riżervati — policy

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16348 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parking space riżervat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parkeġġ riservat.

Il-Belt Valletta – parking spaces riżervati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16347 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2090, 2091, 2092. Tlabt biex il-listi jiġu aġġornati.
Leg 13 PQ #23142 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16349, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16349.

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22388 u jgħid għalkemm żmien hu mikri l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry u x'kera fis-sena qed titħallas u jekk hemmx ikkontemplat awment fil-kera matul is-snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry ġie mikri għal total ta’ ħmistax-il sena għall-ammont ta’ Eur454,335.75 fis-sena b’awment ta’ 3% fis-sena. Din il-kirja saret wara sejħa pubblika u proċedura kif approvata mid-Diprtiment tal-Kuntratti u l-evalwazzjioni saret minn bord indipendenti.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22380 u jgħid kemm-il kumpanija ġiet immultata sal-aħħar ta' Settembru 2021 ai termini ta' L.S. 386.19, l-entita' totali ta' dawn il-multi u kemm kien l-ammont ta' multi skont dan ir-Regolament li tħallas s'issa lir-Reġistru tal-Kumpaniji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Reġistru tal-Kumpaniji — kumpaniji mħassra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22379 u jgħid kemm il-Kumpanija ġew imħassra minn fuq ir-reġistru mir-Reġistru tal-Kumpaniji sa l-2019, fl-2020 u sal-aħħar ta' Settembru 2021? Kemm minn dawn il-kumpaniji ġew ravvivati u kemm hemm kawżi sabiex jiġu ravvivati dawn il-kumpaniji ? X'jiġri meta dawn il-kumpaniji li jiġu mħassra mir-Reġistru jkollhom kawżi pendenti meta jiġu mħassra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, ġew mħassra 890 kumpanija minn fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2020, ġew imħassra 11,289 kumpanija minn fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2021, ġew imħassra 4,234 kumpanija minn ir-Reġistru tal-Kumpaniji Minn dawn il-kumpaniji msemmija, ġew ravvivati 30 (tletin kumpanija) filwaqt li hemm 32-il kawża pendenti sabiex jiġu ravvivati. Ir-Reġistratur għamel mill-aħjar sabiex jidentifika dawn il-kumpaniji u ma jmexxix bil-proċess tad-defunct. Ir-Reġistratur saħansitra ppublika il-lista tal-kumpaniji li ser jiġu mħassra bid-defunct procedure, 3 xhur qabel it-tħassir tat-tali kumpaniji fuq gazzetta lokali u fuq il-portal tar-Reġistratur u għalhekk terzi li kellhom interess illi l-kumpanija tibqa ħajja setgħu joġġezzjonaw. Ir-Reġistratur qatt ma mexxa bit-tħassir meta ġie infurmat illi hemm kawżi pendenti. F’każ remot li nqabdet xi kumpanija li kienet involutż f’kawża, kull min għandu interess jista’ japplika l-Qorti sabiex tali kumpanija terġa’ titpoġġa fuq ir-Reġistru. Il-proċess huwa faċli, dirett u ma jdumx.
Leg 13 PQ #23253 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Beach cleaners impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi imposti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22378 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari18973, jista' l-ministru jgħid għalkemm kienu jammontaw il-multi li ġew imposti fuq uffiċjali ta' kumpaniji reġistrati mar-Reġistru tal-Kumpaniji u kemm minn dawn l-ammonti ġew imħalsa s'issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Malta Business Registry

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22377 u jgħid kemm kellha impjegati fil-Malta Business Registry, sena b'sena, minn mindu twaqfet din l-agenzija u kemm minnhom huma desk officers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Minn mindu twaqqfet l-Aġenzija, l-MBR fis-sena 2018 kienet timpjega 47, li minnhom 12 kienu Senior/ Desk Officers. Fis-sena 2019, kien hemm 74 li minnhom 20 huma Senior/Junior/Desk Officers. Fis-sena 2020 l-MBR kellha 92 li minnhom 22 huma Senior/Junior/Desk Officers, filwaqt li fis-sena 2021 (sallum) 93 li minnhom 24 huma Senior/Junior/Desk Officers. Apparti s-Senior/Junior Desk Officers, l-MBR għandha fi ħdanha r-Registry Support Staff, Arkivji, l-Uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali, l-HR Unit, Compliance Unit, Legal and Enforcement Unit, Finance and Administration Unit, Procurement, Internal Audit, International Affairs, Research and Communication Unit u ICT Unit

Gudja — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fl-2020 mill-Ministeru tiegħu fi Triq Santa Katerina u Triq Joseph Pace fil-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-toroq indikati Infrastructure Malta ħadmet mal-Kunsill Lokali li għalihom kellu proġettat li jsir pavimentar. L-aġenzija għamlet investiment li ammonta għal €240,130 (VAT inkluża) biex għamlet ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ sistemi ġodda taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni, għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u saret sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li sar mill-Kunsill Lokali.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ġimgħat li ġejjin ser isir xogħol ta’ studju dwar il-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpanija li ntażgħlet permezz ta 'call for quotations' li ser tistudja l-pavimentar tkun tista tibda x-xogħol appena Transport Malta jinfurmawha li dan jista jibda.