B’referenza għall-impact assessment li suppost qed isir dwar iż-Zoos f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jiġi konkluż u l-Gvern joħroġ white paper din id-darba finali dwar il-futur taż-Zoos f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment dwar iż-żoos qiegħed fl-aħħar stadju tiegħu u li r-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-kuntrattur fil-ġimgħat li ġejjin. Wara li dan jigi evalwat mill-uffiċċjala responsabbli, ikun jista’ jiġi propost l-Avviż Legali li ser ikun qed isaħħaħ ir-regolamentazzjoni ta’ zoos.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22941, 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u 18282 jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta’ immigrant rregolari li ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom bejn Jannar u Ottubru 2021 jammonta għal 361, inkluż 36 persuna oħra minn pajjiżi terzi li ġew irritornati lejn pajjiżhom wara li aċċettaw li jirritornaw volontarjament.
L-ispiża relatata mal-vjaġġi ta’ ripatrijazzjoni sfurzata tammonta għal €359,899.49 li tinkludi ko-finanzjarjament mill-Unjoni Ewropea ta’ 75% tal-ispiża totali.
Kien hemm istanzi fejn l-Unjoni Ewropea provdiet ukoll għajnuna lill-awtoritajiet Maltin permezz tal-liaison officers tagħha preżenti fil-pajjiż tal-oriġinu, partikolarment f’dawk il-pajjiżi fejn Malta ma għandhiex rappreżentanza diplomatika.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22942, 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
In-numru ta’ immigranti irregolari u applikanti għall-asil li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u Stati Assoċjati mill-2010 huma dawn:
Sena
Numru ta’ persuni li ġew rilokati
2010
221
2011
164
2012
105
2013
16
2014
-
2015
-
2016
-
2017
-
2018
423
2019
619
2020
273
2021 (sa 18/11)
234
Total
2,055
Matul dan il-perjodu sal-lum, l-Unjoni Ewropea iffinanzjat tlett proġetti relatati mar-rilokazzjoni tal-immigranti minn Malta:
Titlu
Perjodu
Ammont totali tal-proġett (€)
Ko-finanzjament UE (€)
Proġett pilota għar-ri-allokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA)
1/1/2010 – 31/08/2011
1,397,653
1,107,379
Proġett pilota għar-rilokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA II)
1/1/2012 – 31/12/2013
149,200
134,280
Rilokazzjoni Volontarja minn Malta għal Stati Membri u Assoċjati tal-UE (REMA)
1/7/2019 – 31/12/2021
(mistenni li jiġġedded)
1,060,000
(għadu mhux konkluż)
950,000
(għadu mhux konkluż)
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.
Sena
Total
2010
267
2011
269
2012
260
2013
257
2014
266
2015
274
2016
289
2017
303
2018
323
2019
351
2020
364
Mejju 2021
371
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.
Sena
Total
2010
282
2011
284
2012
295
2013
298
2014
306
2015
319
2016
339
2017
336
2018
381
2019
402
2020
434
Mejju 2021
452
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.
Leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis – studju ta’ impatt soċjali lill-imsieħba soċjali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx l-istudju ta' impatt soċjali dwar il-leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis illi l-Gvern wiegħed lill-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD li ser jagħmel u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-riforma proposta dwar il-kannabis hija mizura b'sahhitha u effettiva ta' harm reduction.
Il-Gvern jippromwovi dejjem stil ta' hajja sana 'l boghod mill-uzu ta' kwalunkwe tip ta' sustanzi u vizzji. Biss, adult li jiehu decizjoni konxja li jaghmel uzu responsabbli mill-kannabis ghandu jkollu access san u regolarizzat ghall-kannabis.
B'dan il-mod il-persuni li jaghmlu uzu mill-kannabis jieqfu jigu kriminalizzati, il-black market fis-settur jigi attakkat u l-minuri jigu mharsa b'regoli li jimmilitaw favur taghhom. Dan hu dak li r-riforma se tkun qed taghmel.
L-istess riforma proposta tahseb wkoll sabiex tigi stabbilita u mwaqqfa Awtorita' dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis liema awtorità ser ikollha s-setgħat, l-irwoli u r-responsabbilitajiet kontemplati fil-ligi, inkluz li twettaq studji ulterjuri u kontinwi rigwardanti l-uzu responsabbli tal-kannabis.
Huma varji l-istudji - lokali u internazzjonali - dwar l-uzu tal-kannabis u anke dawk marbuta mal-mudell ta' harm reduction fejn jidhol l-uzu tal–kannabis, liema mudell diga' gie applikat f'numru ta' gurisdizzjonijiet ohra kemm Ewropej u kemm 'il hinn.
Fl-istess waqt, pari passu, l-Gvern se jkompli jinvesti fi prevenzjoni anke b' interventi mmirati tista’ tghid f’kull sfera tas-socjeta’, nkluz haddiema li jahdmu direttament ma’ adulti vulnerabbli u kif ukoll il-postijiet tax-xoghol.
Waqt li sa ftit zmien ilu, l-interventi ta’ prevenzjoni f’dan il-qasam kienu limitati biss ghal interventi sporadici fil-Year 3 permezz tal-BABES programme (li ma kienx jilhaq l-iskejjel kollha primarji bhal ma jigri llum) u l-programm SAFE fuq il-postijiet tax-xoghol fuq skala ridotta, illum bis-sahha ta' finanzjament li tajna lill-FSWS u Sedqa qed noffru l-BABES programm (taht isem differenti ta' TFAL 3) fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex (stat, privat u knisja), it-TFAL 5 li joffri kontinwazzjoni fil-hames sena primarja, it-Teen Outside the Box fil-Form 2 flimkien mal-Anti Substance Team tal-Education, u issa ser inkunu qed nipprovdu servizzi ta' prevenzjoni fil-post sekondarja u anke’ l-Universita’. Ukoll qed isiru inizzjattivi ma’ gruppi vulnerabbli fil-komunita’ u se nkunu qed nespandu l-operat tal-programm SAFE, il-programm li jinghata fuq il-post tax-xoghol lil diversi entitajiet.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena ltqajt b'mod individwali ma' diversi shab socjali u l-laqghat kienu kordjali u kostruttivi hafna. Dwar laqghat specifici li saru fi hdan l-MCESD, nitlob li din id-domanda ssir lill-Ministru koncernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - Contracts of service
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant, ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Contracts of service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanha ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Infrastructure Malta – Stallazzjoni ta’ Reflectors
Question
Jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni lill-Infrastructure Malta biex ikunu installati xi forma ta’ reflectors matul it-triq li tagħti mis-Siġġiewi għas-Saqqajja biex jiżdied il-viżwal matul il-lejl?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minbarra t-twettiq ta’ proġetti kbar fit-toroq arterjali u l-investiment bla preċedent li qed tagħmel fit-toroq residenzjali, Infrastructure Malta għaddejja wkoll b’ħidma fit-toroq rurali, tant li din is-sena s’Awwissu diġà kienet bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’71 triq qalb il-kampanja li flimkien iġibu mal-24 kilometru. Dawn ix-xogħlijiet saru b’investiment li qabeż it-€8 miljun, li l-parti l-kbira tagħhom kienu minn fondi lokali u l-bqija ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, fit-tliet snin kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta s’issa għamlet xogħlijiet f’aktar minn 300 triq rurali f’diversi lokalitajiet madwar Malta u li ħafna minnhom kien ilhom ma jitranġaw kif meħtieġ għexieren ta’ snin.
Fil-71 triq rurali li bniet mill-ġdid bejn Jannar u Awwissu li għaddew, l-aġenzija għaddiet mal-35 kilometru ta’ katusi, cables u pajpijiet oħrajn. Fl-istess waqt, fejn kien meħtieġ, il-kuntratturi tal-aġenzija għamlu wkoll sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita u ħarsien mill-għargħar. Din is-sena saru diversi toroq li jwasslu għal xtajtiet popolari bħalma hija t-triq twila 1.8 kilometri f’Delimara li twassal għal Xrobb l-Għaġin, Il-Ħofra l-Kbira u l-Ponta tal-Munxar, fost oħrajn, kif ukoll it-toroq fil-Mellieħa li jagħtu għal Daħlet ix-Xmajjar, ir-Ramla tat-Torri l-Abjad u l-Għar tad-Dragunara.
Triq it-Tiġrija li mis-Siġġiewi twassal għas-Saqqajja tlestiet f’Ottubru u fiha wkoll ġew mgħoddijin servizzi taħt l-art, inbnew mill-ġdid il-bankini fil-parti fejn diġá kien hemm qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt u linji ġodda. Għal din it-triq, Infrastructure Malta diġà għandha ordnati wkoll rifletturi apposta li jiggwidaw lis-sewwieqa mingħajr ma joħolqu tniġġis ta’ dawl f’dawn l-inħawi rurali, u li ser jitwaħħlu kif jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10176 u 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19115.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19119 u jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallent li, kif kont weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 11761, l-informazzjoni mitluba minnu toħloq stampa ta’ segregazzjoni fis-soċjeta, u għaldaqstant nħoss li mhuwiex etikament korrett li tingħata din l-istatistika. Artiklu 31 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ jgħid li l-informazzjoni mitluba dwar Persuni b’Diżabilita’ tista’ tinġabar u tintalab biss biex ikunu identifikati l-problemi li jaffaċċjaw persuni b’diżabilita’ u sabiex wieħed iwieġeb dwar dawn id-diffikultajiet; nikwota:
“The information collected in accordance with this article shall be disaggregated, as appropriate, and used to help assess the implementation of States Parties’ obligations under the present Convention and to identify and address the barriers faced by persons with disabilities in exercising their rights ...
States Parties shall assume responsibility for the dissemination of these statistics and ensure their accessibility to persons with disabilities and others”
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20246 u jgħid kemm, jekk kien hemm, ambulanzi leased tul l-2020 u kemm kienet l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 l-entitajijet tad-Dipartiment tas-Saħħa kellhom is-servizz ta’ 14 il-ambulanza b’kuntratt ta’ leasing.
Jista' l-Ministru jgħid fiex ser jkunu jikkonsistu x-xogħlijiet u kif ser jiġu immodernizzati l-faċilitajiet tal-Heliport fix-Xewkija matul is-sena 2022? Jista' jgħid jekk il-Helipad u Runway huwiex ser jitkabbru fix-xhur li ġejjin? Jista’ jgħid kemm kien l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett u kemm intużaw minnhom għal dan il-proġett u għal xiex intużaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed iħejji pjanijiet sabiex l-airstrip tiġi mtawla biex ikunu jistgħu jinżlu ajruplani li jieħdu sa’ madwar 11-il passiġġier.
Dawn ix-xogħlijiet ser isiru biss fiż-żona li diġà ġiet dikjarata bħala art għal użu ta’ airstrip u mhux pjanat li titieħed art agrikola addizzjonali.
Hekk kif ikollna d-
draft proposal
, se tinfetaħ konsultazzjoni pubblika mill-GRDA sabiex kull min jixtieq iressaq proposti, oġġezzjonijiet jew emiljorament fil-proposta ikun jista’ jagħmel dan.
Dan il-Gvern wera bil-provi li tejjeb bla preċedent il-konnettività t’Għawdex u hekk se jibqa' jagħmel.
Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Maintenance and Restoration – flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentri 19500 u jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat tal-Maintenance and Restoration fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tal-Maintenance and Restoration mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22443 fejn ġie mwieġeb li 'fir-riġward ta’ Triq Franġisk Portelli gewwa l-Gharb hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati'jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsiderazzjonijiet legali jirrigwardjaw l-andament tax-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni PA/06679/21 'Location of development: Barriera Ta' Isopo limits of, Il-Qortin Isopo, Nadur Description of works: To propose the establishment of a national optical observatory on existing structure including provision of a staircase to access of roof' Min hu l-perit (isem u kunjom) ta' din l-applikazzjoni, kif intagħżel u kemm tħallas sa issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni għall-permess hija sabiex tkun tista’ tiġi installata l-istruttura tal-osservatorju astronomiku fuq il-binja eżistenti, u biex isir aċċess bit-taraġ għal fuq il-bejt ta’ fejn tkun installata l-istruttura. Hekk ikun jista jsir il-manteniment fuq id-‘dome’ u l-apparat ieħor inkluż il-‘camera module'.
Kif seta’ jara l-Interpellant fl-applikazzjoni stess, il-perit li ssottometta l-applikazzjoni f’isem il-Ministeru huwa l-Perit William Lewis, li s’issa tħallas is-somma ta’ €1,800.00.