Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sal-2021, kemm attendew studenti fiċ-ċentru tal-ITS ġewwa l-Qala Għawdex? Kemm minnhom kienu residenti f'Għawdex? Kemm minnhom temmew il-kors li kienu qed isegwu b'suċċess? Jista' jagħti wkoll lista tal-korsijiet li qed jiġu mogħtija llum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega jekk għadx hemm ħsieb li fil-farm tal-Gvern ġewwa x-Xewkija tiġi żviluppata nursery ta' siġar esotiċi? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandna l-ebda ħsieb li niżviluppaw xi nursery għat-tkattir ta` siġar eżotiċi għaliex ma għandna l-ebda intenzjoni li nkattru siġar li ma humiex indiġeni għal Malta. Pjuttost qegħdin naħdmu biex inkattru iktar siġar u arbuxelli indiġeni. Għaldaqstant qed issir ħidma biex insaħħu l-mixliet li għandna fid-Dawwara u Ġnien Censu Sciberras.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22706, jista’ l-Ministru jgħid minbarra dawk li qed jieħdu servizz fi ħdan l-aġenzija Sedqa,:
i) Kemm hemm persuni li qed jieħdu servizz simili mal-Caritas u l-Oasi?;
ii) Kemm hu n-numru totali tal-persuni li qed jagħmlu programm simili f’Malta? u
iii) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li l-Aġenzija Sedqa taħt l-kappa tal-Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ma’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom, organizzazjonijiet bħal Caritas u Oasi.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22707, jista’ l-Ministru jgħid:
i) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm simili mal-Caritas u mal-Oasi?;
ii) Kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed ifittxu għajnuna għal dan il-vizzju?; u
iii) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ta’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom, organizzazzjonijiet non-governattivi attivi f’dan il-qasam.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22708, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni oħrajn li qed jieħdu servizzi simili għall-użura f'pajjiżna mhux mal-FSWS? Kemm hu n-numru totali ta' persuni li qed jieħdu għajnuna għall-użura f'pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-organizzazzjonijiet Non-Governattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ dan l-Ministeru. B’żieda ma’ dan, filwaqt li l-Fondazzjoni taħdem ħafna u fil-qrib ma’ għaqdiet non-governattivi f’dan l-qasam u f’oqsma oħra, madanakollu, l-Ministeru ma ikollux informazzjoni dwar is-servizzi li joffru b’mod dirett, fil-kapaċita tagħhom organizzazzjonijiet non-governattivi jew għaqdiet oħra attivi f’dan il-qasam li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta.
Għajnuna biex persuni joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22709, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir bħala outreach biex persuni jkunu jafu li hemm dan is-servizz li jista' jgħin biex persuni fil-prostituzzjoni jkunu jistgħu joħorġu minn dan iċ-ċirku? Minbarra s-servizz offrut mill-Gvern, jista' jgħid jekk hemmx entitajiet (fosthom NGOs) li joffru dan is-servizz ta' għajnuna? Jekk iva, kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi u kemm hu n-numru totali tal-persuni li qed ifittxu għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16350, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant biex jireferi għat-twegiba tal-mistoqsija numru 16350
Ministeru għall-Edukazzjoni – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16351, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tagħha li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u taqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li l-MFED ma għandu ebda parkeġġ riżervat fil-Belt Valletta.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16352, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tagħha li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u taqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7 parkeġġi riservati ħdejn il-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16353, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba għall mistoqsija Parlamentari numru 16353.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16354, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur– parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16355, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
In-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Infermiera fl-iskejjel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22719, tista' l-Ministru tispjega kif qed jingħata dan is-servizz tal-infermiera? Huwa minnu li dawn l-infermiera mhumiex permanenti fl-iskola imma jduru minn skola għall-oħra? Tista' tikkonferma li hemm numru ta' tfal li għandhom kundizzjonijiet li għandhom bżonn ta' preżenza ta' infermiera aktar fissa u fit-tul?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-infermiera jduru minn skola għall-oħra. Infurmata li m’hemmx tfal li għandhom kundizzjonijiet li għandhom bżonn il-preżenza ta' infermiera aktar fissa u fit-tul fl-iskejjel identifikati fil-mistoqsija tal-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li qegħdin addetti għaż-żamma taċ-Ċittadella u kif inhuma mpjegati dawn l-individwi ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax il-ħaddiem li dawn qed jaraw li din il-ġawrha unika tinżamm fl-aħjar stat u toffri l-aqwa esperjenza lil kull min iżurha matul is-sena kollha.
Kuntratt u kundizzjonijiet tax-xogħol bejn CEO u kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' bejn is-CEO u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20152, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti imsemmija f’dik l-interpellanza jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
Kif suppost li jaf l-Onor. Interpellant, din il-materja hija responsabbiltá tad-DIER. Nirreferik ukoll għall-mistoqsija numru 23285.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20153, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti imsemmija f’dik l-interpellanza ma jieħdux vacation u sick leave u bonus tal-Gvern minn min iħaddimhom, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija numru 23286.
Breferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22720, tista' l-Ministru tikkonferma li fl-ebda skola f'Għawdex m'hemm servizz permanenti tal-infermiera ħlief fis-Sannnat Unit? Tista' tgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel f'Għawdex li għandhom kundizzjoni li titlob l-attenzjoni u l-preżenza tal-infermiera?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. interpellant li f’Għawdex is-servizz permanenti tal-infermiera jinsab biss fis-Sannat Unit. Infurmata li hemm 10 studenti fl-iskejjel tal-Istat f'Għawdex li għandhom kundizzjoni li titlob l-attenzjoni u l-preżenza temporanja tal-infermiera.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qed issir impact assessment dwar iż-Zoos f’Malta, x’tip ta’ assessment qed isir? Billi jien infurmat li l-aġenzija li qed tagħmel dan l-assesment diġà bagħtet għal xi sidien taż-zoos biex tisma’ l-verżjoni tagħhom, ma’ min aktar se tiltaqa’?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment li qed isir min-naħa tal-kumpanija li ġiet ingaġġata huwa sabiex jiġi evalwat l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku tal-Liġi proposta dwar iż-żamma tal-annimali selvaġġi fi stabbilimenti żooloġiċi.
Għalkemm l-ippjanar u l-metodoloġija li qed tintuża f’dan l-istudju qed isir min-naħa tal-kumpanija, minħabba li din il-Liġi tikkonċerna liż-żoos, il-kuntatt prinċipali huwa mistenni li jsir mas-sidien taż-żoos kif ukoll mal-Awtoritajiet kompetenti illi b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ din il-Liġi.