Legislature:
Category:
Reset
Active:

Avviżi Legali — explanatory notes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qed jsirux explanatory notes meta jiġu finalizzati avviżi legali biex allura jagħtu spjega fil-qosor tal-liġi inkwistjoni? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema istanzi qed jiġu ppubblikati u fejn jista’ wieħed jikkonsulta tali explanatory notes fuq is-siti tal-liġijiet ta’ Malta jew is-sit ieħor tal-Gvern?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Fil-liġi tagħna ma jeżisti ebda obbligu ġenerali fuq il-Parlament meta jgħaddi ligi jew fuq min jeżerċita funzjoni leġislattiva b’ delega mill-Parlament li jippubblika noti ta’ spejgazzjoni ma kull Avviz Legali li jiġi pubblikat. Jekk strument leġislattiv ikun jaqa fil-parametri tal-Kap 512 dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar japplika l-obbligu li jsiru noti ta’ spjegazzjoni u li jiġu pubblikati mill-entita governattiva rispettiva kif ċirkoskritt u definit f’ dak l-Att inkluża l-‘Iskeda III’ tiegħu. Fil-prassi amministrattiva kull Avviż Leġali, kemm jekk ikun kif ukoll jekk ma jkunx sar dwaru process ta’ konsultazzjoni pubblika, huwa soġġett għal eżerċizzju ta’ skrutinju dwar l-impatt tiegħu li jsir mill-Uffiċċju tal-Kabinett abbazi ta’ informazzjoni provduta mill-entita governattiva li tkun qegħda tippromwovi l-Avviz Legali u dan ukoll b’ koordinazzjoni mal Entita tal-Leġislazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li tikkontrolla l-legalita, l-format u l-preċiżjoni lingwiskita tal-verzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż tal-Avviż Legali. Għandu jingħad ukoll illi meta Avviż Legali jkun jimplimenta strument tal-Unjoni Ewropeja l-Avviż Legali jagħmel referenza għall-istess strument, kif huwa tassattiv taħt il-liġi u l-prassi amministrativa tal-Unjoni, u l-ispjega ta’ dak l-istrument tkun ukoll tinstab fil-preambolu tiegħu kif pubblikat mill-Unjoni.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat — staff professjonali full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff professjonali kemm full-time kif wkoll part-time f’ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li allura jieħdu ħsieb id-drafting tal-liġijiet? Jista’ jgħid jekk dan l-istess uffiċċju jieħux ħsieb it-traduzzjonijiet tal-liġijiet kemm bil-Malti u /jew bl-Ingliz skont il-bżonn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Għall-finijiet ta’ kjarifika, l-abbozzar u t-traduzzjoni rispettiva ta’ abbozz propost mill-Ministeri/id-dipartimenti/l-entitajiet u l-aġenziji huma l-kompetenza tal-istess entitajiet, pero’ kwalunkwe avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jista’ jabbozza skont l-esiġenzi. Fl-Unità tal-Leġiżlazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat hemm erba’ avukati full-time li jirrevedu l-verżjoni finali tal-abbozzi tal-leġiżlazzjoni primarja u sussidjarja kollha, għall-Ministeri/id-dipartimenti/l-entitajiet u l-aġenziji tal-Gvern u għandhom l-inkarigu li apparti l-imsemmija reviżjoni, inkluż ir-reviżjoni ta’ traduzzjonijiet proposti mill-istess Ministeri/dipartiment/entitajiet u aġenziji: (i) jippreparaw tali leġislazzjoni għall-pubblikazzjoni; (ii) jirrevedu d-dokumentazzjoni magħrufa bħala l-Impact Assessment Forms fir-rigward tal-istess leġiżlazzjoni sabiex ikunu jistgħu jittellgħu għad-diskussjoni quddiem il-Kabinett; (iii) jirrevedu n-Noti ta’ Spjegazzjoni, fejn dawn huma rikjesti skont il-Kap 512; (iv) jirrevedu l-emendi tal-istadju tal-Kumitat tal-Abbozzi u tal-Atti Parlamentari, kif meħtieġ; (v) jattendu l-Kumitati Parlamentari li jirrigwardjaw il-Ministeru tal-Ġustizzja; (vi) jabbozzaw l-Abbozz tal-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Estimi, inkluż id-dokument tal-istadju tal-Kumitat; (vii) jikkorreġu kif meħtieġ l-Atti li jkunu għaddew mill-istadju tat-Tielet Qari tal-proċess Parlamentari; (viii) jikkonsolidaw regolarment u jiżviluppaw il-website legislation.mt skont ir-rekwiżiti u l-istandards tal-UE; u (ix) jimplimentaw il-proġett il-ġdid tal-pjattaforma tal-lingwa Maltija.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2394

Question

Bi riferenza għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 22442, jista’ l-Ministru fir-rigward ta’ l-liġijiet amministrati mill-entitajiet li semma hu fit-tweġiba tiegħu jgħid f’kull istanza liema hi d-dispożizzjoni tal-liġi li speċifikament timplimenta l-Artikolu 9(4)(g) tar-Regolament (UE) 2017/2394 li qed jiġi riprodott hawn taħt: ‘(g) fejn ma hemmx disponibbli mezzi effettivi oħra, iwaqqfu jew jipprojbixxu l-każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir[1]Regolament u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara serja lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi: (i) is-setgħa li jneħħu kontenut jew li jirrestrinġu l-aċċess għal interfaċċa online jew jordnaw il-wiri espliċitu ta’ twissija lill-konsumaturi meta huma jaċċedu għal interfaċċa on (ii) is-setgħa li jordnaw fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi, jiddiżattiva jew jirrestrinġi l-aċċess għal interfaċċa online; jew (iii) fejn adatt, is-setgħa li jordnaw lir-reġistri jew ir-reġistraturi tad-dominji biex iħassru isem ta’ dominju kkwalifikat bis-sħiħ u li jħallu lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistrah; inkluż billi jitolbu terzi jew awtorità pubblika oħra biex jimplimentaw tali miżuri.’

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: · għall-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u għall-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, id-dispożizzjonijiet tal-liġi joħorġu mill-Artikolu 12Ċ(1)(ċ)(iii) u ż-żewġ provisos taħt l-Artikolu 12F tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378); · għall-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, id-dispożizzjoni ġiet trasposta tramite emendi għal Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta li saru bis-saħħa tal-Att Numru XXXIII tal-2021 fejn allura ġie ntrodott l-artikolu 32A li jimplimenta dawn il-mizuri; · għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, il-leġiżlazzjoni li toħroġ mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll mill-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), flimkien mal-leġiżlazzjoni sussidjarja maħruġa taħtu, tipprovdi għas-setgħat neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE)2017/2394, b’mod partikolari, fir-rigward tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE; · għall-Awtorità tal-Mediċini d-dispożizzjonijiet li joħorġu mir-Regolamenti dwar Prodotti Mediċinali (Inġunzjoni dwar ir-Riklamar) (L.S. 458.51) kif ukoll mill-Artikolu 100(1) tal-Att dwar il-Mediċina jipprovdu għas-setgħat neċessarji fl-Artikolu 9(4)(g) tar-Regolament; u · għad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, il-leġiżlazzjoni li toħroġ mill-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta (Kap. 499), artikolu 43 (4), (5) u (6) tipprovdi għas-setgħat neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE)2017/2394 fir-rigward tad-Direttivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Fir-rigward tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qed jigi kkonfermat illi r-Regolamenti ġodda mħejjija li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330 tal-Ligijiet ta’ Malta) biex ikomplu jassiguraw il-konformita’ mar-Regolament (UE) 2017/2394, ser ikun fihom dispożizzjoni dwar il-poteri tal-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li timplimenta l-Artikolu 9(4)(g) tal-istess Regolament (UE) 2017/2394. Dan qed jiġi wkoll ikkonfermat għall-emendi li qed jiġu mħejjija mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu f’regolamenti li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap. 409), filwaqt li l-Awtorità tax-Xandir qed taħdem fuq emendi fl-Att dwar ix-Xandir (Kap. 350) fosthom il-Leġislazzjoni Sussidjarja u se tkun qed tara li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.12 tinkorpora l-emendi neċessarji sabiex tirrifletti l-provvedimenti Ewropej. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-premessa 7 ta’ dan ir-Regolament ((UE) 2017/2394) jagħti lok li l-awtoritajiet kompetenti ma jkollomx is-setgħtat kollha, dment li kull waħda minn dawk is-setgħat tkun tista’ tiġi eżerċitata b’mod effettiv u kif meħtieġ fir-rigward ta’ kwalunkwe każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament.
Leg 13 PQ #22776 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem — Triq Għajn Abdul u Ix-Xagħra - Triq Stellini - bini ta' triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u x'sar s'issa u x' fadal issir biex Triq Għajn Abdul ġewwa Ta' Kerċem u Triq ta' Stellini fix-Xagħra Għawdex jinbnew mill-ġdid peress li partijiet minnhom huma ta' periklu kbir għal minn jgħaddi minnhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn it-toroq hux ser isiru matul is-sena 2022 u jekk iva f’liema xahar mistenni jibda x-xogħol fuq dawn l-imsemmija toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nfurmat li dawn it-toroq qegħdin fi stat ħażin u li hemm bżonn isiru bħalma qed isiru diversi toroq f’diversi lokalitajiet.
Leg 13 PQ #22777 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Port tal-Imġarr — tender

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-'Tender for the Supply, Delivery, Testing and Commissioning of Five (5) Towed Amphibious Boat Trailers and Towing Vehicle (Terminal Towing Vehicle/RORO Truck) at Mġarr Fishing Port in Gozo' -CT3007/2020 li ġiet awarded fl-aħħar ta' Awwissu tas-sena 2020? Jista' jgħid jekk dak li kien hemm mitlub fit-tender inġabx u meta nġab Għawdex ġewwa l-Port ta' Mġarr u bedix jintuża, u jekk iva meta? Jista' jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet f'din l-imsemmija tender u jekk iva fiex kienu jikkonsistu u kemm kienu jammontaw u min talab għalihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-'Tender for the Supply, Delivery, Testing and Commissioning of Five (5) Towed Amphibious Boat Trailers and Towing Vehicle (Terminal Towing Vehicle/RORO Truck) at Mġarr Fishing Port in Gozo' jinsab fl-aħħar fażi u qed isiru l-aħħar preparamenti sabiex jibda jopera fl-aħħar tas-sena. Kien hemm varjazzjoni waħda li kienet tikkonsisti f’akkwist ta’ Hydraulic Winch fuq wieħed mit-trailers u li kienet tammonta għal €5,500.

Wied il-Għajn – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Wied il-Għajn u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Wied il-Għajn ġew mislufa 14,711-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 9,179 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat mitejn wieħed u tmenin (281) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u isttin (169) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

High Commission fl-Awstralja – ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-High Commission fl-Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Kummisjoni għolja ta’ pajjiżna f’ Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Raħal Ġdid — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew irrappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew Raħal Gdid tul is-sena 2020 u sa Ottubru 2021 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti – Paola Ammont 2020 Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 4 1 Attentat ta’ offizi 16 17 Offizi fuq il-persuna 29 26 Uzu hazin tal- computer 8 2 Hsarat 85 111 Vjolenza domestika 34 25 Drogi 9 18 Frodi 22 45 Offizi relatati ma immigrazzjoni 7 8 Pretended rights 3 4 Serq 102 80 Thedid u vjolenza 5 6 Vjolazzjoni ta’ postijiet ta’ confinement 1 1 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 3 7 Abbuz mill- awtorita’ pubblika 0 1 Hasil ta’ flus 0 1 Pornografija 0 2 Offizi sesswali 0 2 Total 328 357

Il-Gudja – In work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Gudja bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 28 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, li bejniethom tħallsu s-somma ta’ €20,354.74 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Żejtun – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fiż-Żejtun u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika taż-Żejtun ġew mislufa 13,713-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 10,314-il ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija ngħatat seba’ mija disgħa u erbgħin (749) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija tlieta u ħamsin (153) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Kajr – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956
Leg 13 PQ #22973 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956.
Leg 13 PQ #22976 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22956.
Leg 13 PQ #22977 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM – avukat – servizzi ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jitħallas fl-2018 u fl-2019 meta kien konsulent għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 13726.
Leg 13 PQ #23013 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – fondi lill-Għaqdiet Volontarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi mqassma mill-Ministeru tiegħu sa mill-bidu tas-sena 2020 sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Jista' jagħti l-ammont li kull waħda mill-għaqdiet ingħatat? Jista' jispjega wkoll il-proċess tal-għażla applikat biex intgħażlu l-għaqdiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23014 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin li jaħdmu Malta — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi jeżistu biex Għawdxin li jaħdmu f'Malta f'kull settur, jingħataw l-opportunità biex jaħdmu minn Għawdex bit-teleworking? Jekk jeżistu, jista' jispjega kemm ibbenefikaw ħaddiema Għawdxin, sew fis-settur pubbliku u sew f'dak privat, u issa jinsabu jaħdmu bit-teleworking minn Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 73 il-ħaddiem mis-settur privat ibbenefikaw mill-iskema tat-teleworking.
Leg 13 PQ #23015 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex – ċentru tal-NGOs — MoU

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti kopja tal-Memorandum Of Understanding iffirmat ftit żmien ilu kwantu l-amministrazzjoni taċ-ċentru tal-NGOs ġewwa x-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn kopja tal-Memorandum of Understanding ikkonċernat qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..