Ex ħaddiema tal-Electricity Board – Pensjoni tat-Teżor
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tkun qed tiġi riżolta l-kwestjoni tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Electricity Board, relatata mal-Pensjoni tat-Teżor dovuta lilhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ditta ta’ avukati — ftehim
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-ditta ta' avukati, li isimha qiegħed jingħata separatament, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – ħlasijiet lil ditta ta’ avukati
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont sħiħ u dettaljat tal-ħlasijiet kollha li saru mill-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lid-ditta ta' avukati, li isimha qiegħed jingħata separatament, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Mellieħa – Triq in-Naħal – charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk humiex se jiżdiedu n-numru ta’ charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi n-naħa ta’ Triq in-Naħal, Mellieħa, minħabba l-fatt li qed tiżdied id-domanda għall-użu tagħhom u din hija triq twila u jinħass il-bżonn ta’ aktar postijiet bħal dawn? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jiġu magħżula postijiet/żoni addatati għal dawn iċ-charging pillars (points), isiru laqgħat u konsultazzjonijiet mal-stakeholders kkonċernati, inkluż il-Kunsilli Lokali. Wara li jiġu dentifikati dawn il-postijiet/żoni, isiru site visits neċessarji flimkien mal-Enemalta. Din is-sistema qed tiġi addottata għall-1,200 punt ta’ ċċarġjar matul dawn it-tliet snin li ġejjin, biex inkomplu nidentifikaw iżjed postijiet/żoni għall-installazjoni ta’ dawn iċ-charging pillars (points).
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu wara l-1 ta’ April, 2013?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor interpellant li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Ħal Qormi – Triq il-Mitħna u Triq Valletta – tappiera tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru titlob lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timblokka t-tappiera tad-drenaġġ li tinsab f'salib it-toroq ta' Triq il-Mitħna u Triq Valletta hekk kif qed tkun il-kaġun ta’ żbroff tad-drenaġġ fil-Wied ta' Ħal Qormi, kif ikkonfermat wara inspections li saru fuq il-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għaddejja bi programm estensiv ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’diversi partijiet tal-pajjiż inkluż fis-Siġġiewi.
Siġġiewi – Triq Ħal Niklusi – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjon fi Triq Ħal Niklusi, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Siġġiewi – Triq Patri Ġużepp Delia – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Patri Ġużepp Delia, fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Siġġiewi – Triq Lażżru Pisani – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Lażżru Pisani, fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Siġġiewi – Triq il-Lawrenti – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq il-Lawrenti fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24496 u ċjoè jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24497 u ċjoè jagħti t-total ta’ kemm swiet l-attività Malta Film Awards li seħħet is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022?
Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – marki fl-art tal-garages u l-parkeġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24228, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser isiru l-marki fl-art tat-Triq Għajn Dwieli Paola senjatament dawk tal-garages u l-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Wara li l-ħaddiema lestew it-tiswijiet tal-ġnub tat-triq indikata u għamlu manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid, fil-jiem li ġejjin se jinżebgħu l-linji mill-ġdid.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24199, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’progress sar fit-toroq Santa Katarina u d-Dejqa Gudja, dejjem jekk sar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol baqa' għaddej b’mod kostanti tul l-aħħar ġimgħat u fadal l-aħħar parti ta` Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24200, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati li semma u l-aħħar rapport li sar mhux ta’ April 2021 u meta ser jibda x-xogħol fil-Pjazza Antoine de Paule Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’Malta li r-rapport tat-triq tal-pjazza ta’ Raħal il-Ġdid huwa ‘in progress’. Diġa inġabru kampjuni tat-triq u qegħdin jiġu analizzati. L-eżitu ta’ dan huwa li jitlesta rapport ieħor dwar jekk it-triq saritx skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba minħabba t-traffiku kbir li jgħaddi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 24200, li fiha lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru fil-pjazza. Bħalissa ġew ordnati bollards ġodda u sodi li kif jaslu jinbidlu ma dawk li hemm.
Wied iż-Żurrieq — Sidien ta' dgħajjes li jaħdmu mat-turisti - liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24316 u ċjoè jista' jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti f’Wied iż-Żurrieq u li jħallsu l-liċenzji tagħhom f’Diċembru qed ikunu mħarrka mill-Pulizija għaliex skont il-Pulizija huma qed jaħdmu bla liċenzja? Jista’ jgħid meta ser jinħarġu dawn il-permessi/liċenzji biex dawn is-sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu joperaw/jaħdmu bla bżonn ta’ ċitazzjoni meta għandhom il-liċenzja mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport titlob li l-applikazzjoni bid-dokumenti biex jiġi mġedded iċ-ċertifikat kummerċjali tad-dgħajjes għandu jiġi sottomess minn tal-inqas xahar qabel jiskadi l-istess ċertifikat.
skond il-
Port Notice 03/2019.
Dan biex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġu pproċessati d-dokumenti u jsir il-kontroll meħtieg
.
Fil-każ ta’ l-aħħar tiġdid ta’ dawn id-dghajjes f’Dicembru 2021, l-applikazzjoni u d-dokumenti gew sottomessi 3 ġimghat tard.
Hemm total ta’ 77 dgħajsa f’Wied iż-Żurrieq u għaldaqstant wieħed jifhem li l-proċess irid jieħu ż-żmien tiegħu. Madankollu, huwa mistenni li ċ-ċertifikati kollha jinħargu sa nofs Frar.
Fil-frattemp, biex jiġu aġevolati dawn l-istess operaturi, l-Awtorita’ ħarget Authorization to Operate lil dawk id-dgħajjes li l-Għaqda speċifikament talbet biex jinħargulhom dawn l-Awtorizzazzjonijiet.
Dan sakemm iċ-ċertifikati jiġu proċessati u maħruġa.
Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità — Għajnuna lill-anzjani vulnerabbli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24500 u 24291 u ċjoè jindika n-numru ta’ anzjani vulnerabbli u x’għajnuna (lokalità, b’lokalità) ġew mogħtija lil dawn l-anzjani f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24314 u ċjoè jista' jieħu l-passi meħtieġa biex issir il-manutenzjoni fi triq f’Wied Ċentrija, Żona San Pietru u sqaq bl-isem San Pietru fl-inħawi tal-Magħtab? Dan l-isqaq għandu dħul minn Triq Kappella Santa Marija għal Triq it-Tarġa u minn Triq it-Tarġa għal Triq ir-Rummien u minn din it-Triq ir-Rummien tasal għal Triq San Pietru.
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li Infrastructure Malta diġa wettqet xogħlijiet ta’ titjib f’diversi toroq rurali fl-inħawi msemmija u għandha pjanijiet li twettaq aktar xogħlijiet fiż-żmien li ġej, ikun apprezzat jekk l-Onor. Vassallo jkun jista’ jindika fuq mappa għal liema sqaq qed jirreferi, peress li ma jidher li hemm l-ebda triq imsemmija “San Pietru” fil-pjanti uffiċjali tat-toroq tal-Magħtab.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24430 rigward il-microchipping tal-qtates filwaqt li naqbel li trid issir kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-microchipping obbligatorja tal-qtates domestiċi, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’ tip ta’ kampanja ta’ edukazzjoni qed issir biex animal lovers oħrajn bħali nkunu nistgħu nwasslu l-istess messaġġ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-microchipping tal-qtates għadu mhux obbligatorju, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qiegħed jieħu kull opportunità biex jeduka, jinforma, u jinkoraġixxi l-pubbliku biex jiċċippja l-qtates tiegħu. Il-pubbliku qed jiġi nfurmat ukoll li diġà teżisti l-possibbiltà li wieħed jiċċippja u jirreġistra l-qtates tiegħu. Il-kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-microchipping tikkonsisti f’parteċipazzjoni fi programmi fuq it-televiżjoni kif ukoll qed jingħataw dettalji dwar din l-inizzjattiva kemm fl-iskejjel kif ukoll fic-ċentri ta’ matul il-jum minn ufficjali tad-Direttorat.