Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldeska – irranġar taż-żona tal-madwar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20719, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu tul is-sena li ġejja fit-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li qed jiddiskuti ix-xogħol li hemm b¿onn fit-toroq tal-lokalita, fosthom dawk imsemmija, ma’ Infrastruttura Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-avukat li bħalissa qed joffri dan is-servizz lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk li taw is-servizzi legali tagħhom lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’din il-leġiżlatura huma kif jidhru hawn taħt:
Dr STEFAN ZRINZO AZZOPARDI
1/7/2016 – 30/7/2017 – €6,000
1/10/2017 – 30/9/2018 – €6,000
1/10/2018 – 30/9/2019 – €6,000
Dr ISHMAEL PSAILA
23/8/2018 – 22/8/2019 – €18,000
2/8/2019 – 1/8/2020 – €18,000
2/8/2020 – 3/8/2021 –
ma rċieva ebda ħlas
Dr ALEX SCIBERRAS
1/3/2016 – 29/6/2018 –
ekwivalenti għal Skala 3
Dr MANUEL MALLIA
3/7/2017 – 2/7/2021 –
ekwivalenti għal Skala 3
Dr DEBORAH SCHEMBRI
3/7/2017 – 13/3/2020 –
ekwivalenti għal Skala 3
Dr ROBERT ABELA
Ġunju 2017 – Jannar 2020 –
ma rċieva ebda ħlas
Dr IAN BORG
20/1/2020 (sal-lum) –
ekwivalenti għal Skala 3
PROF. DANIEL SARMIENTO
7/7/2021 – 14/7/21 - €3,750
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22539, jista' l-Prim Ministru jelenka d-direct orders kollha li ngħataw b’xogħol marbut mal-Press Conference ta’ wara l-budget? Jista' jagħti l-informazzjoni dwar:
a. Ix-xogħol li sar;
b. Il-valur tad-direct order; u
c. Isem tal-persuna jew entità li ngħatat id-direct order?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, wara li nġabru tliet stimi f’kull każ, il-kumpaniji li ntagħżlu biex jipprovdu s-servizzi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Baġit 2022 nhar it-Tnejn 11 t’Ottubru 2021 kienu Que Sound Ltd (€4,073), I Can Ltd (€3,845), I Stage Ltd (€5,740) u Cave Ltd (€1,700). Iċ-ċifri ma jinkludux VAT.
Għawdex – proġetti iffinanzjati minn fondi Ewropej
Question
Jista' l- Ministru kemm proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej taħt il-budget 2014 - 2020 saru f'Għawdex mill-2013 sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa f'fondi Ewropej għal kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 23019 - Għawdex – proġetti iffinanzjati minn fondi Ewropej.pdf
Gozo Channel – ħaddiema – vaċċin kontra l-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Gozo Channel ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 u dan sal-jum li fih titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex iħeġġeġ biex il-ħaddiema kollha jkunu mlaqqmin, iżda m’hemmx lok li tiġi żvelata din it-tip ta’ informazzjoni li toħroġ mir-rekords mediċi tal-impjegati. Dan imur kontra l-Att dwar il-protezzjoni tad-Dejta.
Wara li s-sideramp li tgħaqqad il-vapuri tal-Gozo Channel mat-terminals fil-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa għal numru konsiderevoli ta' drabi ma kinetx qed taħdem, jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq dawk it-tiswijiet meħtieġa biex jara li l-imsemmiha sideramp tkun taħdem tajjeb dejjem? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il darba fl-aħħar sitt xhur minn meta titwieġeb din id-domanda ma kinetx qed taħdem din is-sideramp?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ma kien hemm l-ebda rapport li s-side ramps tal-Mġarr ma kinux qegħdin jaħdmu. Fir-rigward tas-side ramps taċ-Ċirkewwa, il-ħaddiema jaħdmu kontinwament fuq dawn il-ħsarat biex dawn jiġu rranġati minnufiħ. Apparti hekk, issir manutenzjoni kontinwa fuq is-side ramps tal-Mġarr u taċ-Ċirkewwa biex dawn il-ħsarat jiġu evitati.
B'referenza għat-tweġiba kwantu mistoqsija parlamentari 22011, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoti ta' wiċċ ġdid għat-triq in kwistjoni jaqax taħt ir-responsabiltajiet tiegħu? Jekk iva, jista' jgħid meta ser isir dan il-wiċċ ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-gimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid dan li ġej kwantu l-Gozo Employment Refund Scheme:
a. Kemm kien il-budget allokat għall-iskema għal kull sena li ilha teżisti;
b. Kemm mill-budget allokat ma ġiex utilizzat;
c. Kemm employers ibbenefikaw għal kull sena li ilha tezżsti l-iskema; u
d. Kemm għajnuniet tħallsu jew se jitħallsu kwantu impiegi li nħolqu minn meta
bdiet l-iskema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pannelli Fotovoltajiċi – stallazzjonijiet f’postijiet residenzjali u postijiet ta’ negozji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajiċi f’postijiet residenzjali u postijiet ta’ negozji f’Malta u Għawdex? Kemm kien is-sussidju/grants totali għal dawn il-pannelli sena b’sena minn mindu bdew jingħataw sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie ġġenerat dawl mill-pannelli fotovoltajiċi (kwh) mill-ewwel installazzjoni sas-sena kurrenti? X’persentaġġ mid-dawl ġenerat kollu mill-pajjiż hu minn dawn il-pannelli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ enerġija ġġenerat mill-pannelli fotovoltajiċi mill-2010 sa l-aħħar ta’ Ottubru tal-2021 kien ta’ 1,364,681.8 MWh. Il-persentaġġ mill-elettriku kollu iġġenerat lokalment mill-pannelli fotovoltajiċi għal din is-sena s’issa hu ta’ 11.88%.
Bejgħ ta’ units iġġenerati minn sistemi fotovoltajiċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fl-2021, xahar b’xahar, kemm-il unit ta’ dawl ġie ġġenerat bis-sistemi fotovoltajiċi u ma ġiex użat mill-klijent li hu s-sid ta’ dawn il-pannelli jiġifieri kemm-il unit ġie mibjugħ lill-grid? Kemm kien il-prezz totali li l-Enemalta ħallset għal dawn il-units?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ skemi eżistenti li minnhom jibbenefikaw is-sidien ta’ sistemi fotovoltajiċi. Fl-ewwel skema, li tissejjaħ Full FIT, is-sid ibiegħ l-enerġija kollha ġġenerata mis-sistema tiegħu, filwaqt li fit-tieni skema, li tissejjaħ Partial FIT, is-sid ibiegħ biss l-enerġija ġġenerata mis-sistema u mhux ikkunsmata minnu. Il-units li ġew mibjugħa lill-grid permezz ta’ dawn iż-żewġ skemi minn Jannar sa Lulju tal-2021 kien kif jidher fit-tabella.
XharUnits Mibjugħa
Full FIT
(kWh)
Units Mibjugħa
Partial FIT
(kWh)
Jannar 20217,503,8465,407,880
Frar 20218,547,7566,739,559
Marzu 202110,773,5289,300,711
April 202111,423,3699,540,826
Mejju 202112,876,20711,479,494
Ġunju 202113,116,21211,248,728
Lulju 202112,270,64710,935,494
Il-prezz totali li l-Enemalta ħalset fuq dawn il-units lis-sidien tas-sistemi foltovoltajċi minn Jannar sa Lulju tal-2021 huwa ta’ €20,012,874
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm micro wind turbines installati madwar il-pajjiż u x’inhi l-policy tal-Gvern dwar dawn il-micro wind turbines ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 13-il microwind turbines awtorizzati mir-Regolatur. Bħala policy, il-Gvern jappoġja kull sors ta’ enerġija rinnovabli nkluż il-micro wind turbines, sakemm dawn jinbnew skont ir-regolamenti u l-linji gwida neċessarji
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16356, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Ministeru għall-Ġustizzja, u l-Governanza – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16357, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16357, niċċara li 22 mill-parkeġġi għall-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti jinsabu f’garaxx fil-Belt jew fi proprjetà tal-Qorti, hekk kif jidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16358, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma għandux uffiċini fil-Belt Valletta u għaldaqstant it-tweġiba tibqa nil.
Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16359, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16360, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm tnax-il parkeġġ riżervat fil-Belt Valletta.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16361, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - Crash barriers
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22722, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li din iż-żona għerqet diversi drabi wara li saru l-barriers imsemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.