Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — Triq Bergamott - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir fi Triq Bergamott fil-Mosta jsir fl-inqas inkonvenjent possibbli li r-residenti u li x-xogħol jsir fi żmien stipulat għaliex issa x-xogħol fuq din it-triq ilu ġimgħat li beda jsir u r-residenti qed jilmentaw li jgħaddu ġranet u qisu mhu qed isir xogħol xejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni. Bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Farinal, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq Bergamott, waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej. Ix-xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata bdew fl-aħħar t’Ottubru li għadda u diġà ġew mgħoddijin taħt l-art ¿ewġ mains ġodda tal-ilma u anke nbidlu ħafna mis-servizzi li jwasslu d-distribuzzjoni tal-ilma lejn ir-residenzi. Bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fuq servizzi tat-telekomunikazzjoni u jinbnew mill-ġdid il-bankini. Din it-triq mistennija titlesta fil-ġimgħat li ġejjin meta jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Wied il-Għajn – traffic lights minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkunsidra li jsiru traffic lights fi triq il-ġdida li nfetħet dan l-aħħar minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet f’Wied il-Għajn li tibqa’ ħierġa għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn? Billi din it-triq tagħti dirett għan-nofs Triq il-Qaliet u billi Triq il-Qaliet hija sfortunatament magħrufa għall-sewqan eċċessiv, jaħsibx li traffic lights fejn din it-triq toħroġ għall-Triq il-Qaliet jistgħu jevitaw inċidenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, jidher li l-problema hija wahda ta’ sewqan eċċessiv u ghaldaqstant Traffic Lights ma jkunux is-soluzzjoni addatata. L-Awtorita’ tat-Trasport ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali sabiex jiġu proposti signage u traffic calming measures skont il-bżonn.

Sptar Mater Dei – pazjenti bi gdim ta’ annimali eżotiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tul ix-xahar ta’ Novembru daħalx każ ta’ gdim ta’ animal eżotiku bħal tigra fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei matul ix-xahar ta’ Novembru kien hemm każ wieħed ta’ gdim ta’ animal eżotiku, fejn il-persuna sofriet minn korriment minuri.
Leg 13 PQ #23470 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn – isem ta’ triq ġdida li tagħti minn Triq il-Katakombi għal Triq il-Qaliet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li t-triq il-ġdida li nfetħet u li tagħti minn Triq il-Katakombi għall-Triq il-Qaliet f’Wied il-Għajn, tissemma Triq il-Bur t’Isfel, Wied il-Għajn, kif kien magħruf ix-xagħri u l-għelieqi minn fejn għaddiet din it-triq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 21707.

Konsum tal-alkoħol f'postijiet pubblici – ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23235, peress li l-informazzjoni mitluba ma ngħatatx fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22041 hekk kif ma ngħatatx l-informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi? Barra minn hekk, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet bejn l-aħħar ta' Settembru u l-14 ta' Novembru, 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Bye-Law numru K.L.B.L 55/05/2021 Pulizija u Lesa Mejju 2021 22 Ġunju 2021 19 Lulju 2021 3 Awissu 2021 2 Settembru 2021 4 Ottubru 2021 0 Novembru 2021 0 50

Malta Gaming Authority – lista ta’ sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Enemalta — promozzjoni ta’ Divisional Managers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-persuni li ħadu promozzjoni ta’ Divisional Managers fl-Enemalta wara li ħarġet applikazzjoni ftit tal-ġimgħat ilu? X’ser ikun ir-rwol ta’ kull wieħed minn dawk promossi? Kemm hija r-remunerazzjoni, inklu¿ il-benefiċċji u allowances li se jkunu qed jingħataw u jekk hijiex ekwivalenti għal Divisional Managers oħra fil-kumpanija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li qed jitlob jikkostitwixxi għal ksur tad-dejta personali u allura mhux konformi mal-liġi tal-GDPR. Minkejja dan, jien infurmata li t-tliet persuni involuti li ħadu l-promozzjoni ta’ Divisional Managers mal-Enemalta plc, wara sejħa għall-applikazzjonijiet, huma lkoll kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet il-ġodda tagħhom. Huma se jkunu responsabbli għas-sezzjonijiet tad-Distribuzzjoni u għal Proġetti fi ħdan l-Enemalta plc. Is-salarju tagħhom, li għandu valur kummerċjali għall-kumpanija, hu bħal dak ta’ Divisional Managers oħrajn fi ħdan l-Enemalta plc.

Enemalta — Rwol ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji tar-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li qed ikun spiss fil-bini tal-Enemalta? Jekk qed jingħata xi forma ta’ remunerazzjoni, kemm tammonta din għal kull sena u dan ingħata wara sejħa għal offerti jew b’direct order?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta jaħtar konsulenti fuq materji speċifiċi li jħoss li jeħtieġ kompetenzi partikolari fuqhom. Fil-każ riferut, l-individwu jagħti servizz ta’ konsulenza teknika lill-Enemalta fl-oqsma ta’ Project Management, Project Development u Estate Management. Hu nħatar direttament mill-Bord tad-Diretturi fl-2018 għal perjodu ta’ tliet snin u riċentament il-kuntratt ġie mġedded għal sena oħra, bl-istess remunerazzjoni. Peress li r-remunerazzjoni għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc, l-ammont ma jistax jingħata.

Swieqi — Triq it-Tiben - sleeping policeman

Question

Jista’ l-Ministru jara li jerġgħu jitpoġġew is-sleeping policeman fl-istess post fejn kienu qabel ma nqalgħu? Peress li din hija triq ġdida fejn l-ilma jaqleb kollu għal naħa waħda, jista’ jara li dan il-qlib u l-culverts jitranġaw biex l-ilma jidħol ġol-culverts?

Response (BORG, IAN)

Mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq residenzjali fil-lokalità tas-Swieqi li jinkludu Triq il-Ġiebja, Triq il-Kejla, Triq it-Tiben, Triq it-Tomna, Triq ir-Ratal, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq tal-Franċiż u Triq il-Markiż Scicluna. It-triq indikata hija waħda mit-toroq li nbnew mill-ġdid aktar kmieni din is-sena u qabel ma sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt, fiha saru xogħlijiet ta’ sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Barra minn hekk, Infrastructure Malta għamlet sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita peress li din it-triq kien ilha snin twal bi problemi tal-għargħar. Din is-sistema se tkompli tittejjeb meta fiż-żmien li ġej tingħaqad ma’ sistema ġdida li qed issir anke fi Triq Sant’ Andrija fl-istess inhawi. It-twaħħil tal-ispeed bumps ukoll diġà huwa kuntrattat biex isir fiż-żmien li ġej. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Direttiva (UE) 2019/770

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 saret tramite liġi sussidjarja – preċiżament l-A.L. 406 tal-2021 - waqt li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 qed isir tramite emendi għal-liġi primarja – u ċjoè l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta - dan meta wieħed iqis li l-materja koperta fiż-żewġ direttivi, hi strettament marbuta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett regolat permezz tad-Direttiva (UE) 2019/771 huwa diġa’ inkluż fit-Taqsima X tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378) intitolata “Bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi” u konsegwenzjalment it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 kienet teħtieġ emendi tal-imsemmija Taqsima X. Min-naħa l-oħra d-Direttiva (UE) 2019/770 hija kompletament innovattiva u fil-fatt m’hemmx dispożizzjonijiet simili fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Għalhekk it-trasposizzjoni tad- Direttiva (UE) 2019/770 saret permezz tal-Avviż Legali 406 tal-2021 skont l-artikolu 7 (1) (g) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi mill-2001, speċifikament minn meta kienet saret it-traspo¿izzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, permezz tar-Regolamenti tal-2001 dwar Bejgħ mill-Bogħod (Avviż Legali 186 tal-2001), il-maġġoranza tad-Direttivi jew Regolamenti tal EU li kellhom jiġu trasposti ġew imwettqa permezz ta’ Regolamenti taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22505 u t-tweġiba mogħtija, tenut kont li l-avviż numru 1344 tal-Gazetta tal-Gvern jelenka biss l-ismijiet kollha tal-membri tal-Bord tar-REWS u li skont it-tweġiba mogħtija ż-żmien tal-ħatra tal-membri kollha hi ta’ ħames snin, tista’ l-Ministru tispjega kif ser titħaddem is-sistema ta’ rotazzjoni tal-membri ġaladarba dawn ilkoll għandhom l-istess żmien ta’ ħatra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotazzjoni xierqa li qed tiġi applikata a tenur tal-artikolu 3(7) tal-Kap. 545, għar-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord tar-Regolatur tikkonsisti li l-membri tal-Bord ma jiġux appuntati kollha simultanjament u li d-data tat-tmiem tal-mandat tal-membri tal-Bord m’hijiex l-istess għall-membri kollha. Iż-żmien tal-ħatra xorta huwa ta’ ħames snin.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22505 u t-tweġiba mogħtija, tista’ l-Ministru tgħid x’kienet preċiżament il-proċedura indipendenti u imparzjali mitluba skont l-artikolu 3(6) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Kap. 545 li allura ġiet segwieta fil-ħatra tal-membri tal-Bord tar-REWS kif imħabbra tramite l-avviż numru 1344 tal-Gazetta tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22834 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Applikazzjoni PA/07131/21

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret reċentement mill-Ministeru għal Għawdex PA/07131/21 Location of development: Government Experimental Farm, Triq l-Imġarr c/w Triq il-Madonna tar-Rummiena and abutting, Triq San Leonardo, Xewkija Description of works: Construction of underground bi-partisan reservoirs, a feeder pump room and a fertigation (fertilizer/irrigation pumps) room at the Government Experimental Farm?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-applikazzjoni għall-permess hija biex jinbena ilqugħ għall-ilma (reservoir) li jkun maqsum f’żewg partijiet. Naħa minnhom se jilqa ilma tal-pjan (minn borehole) u n-naħa l-oħra se tkun tilqa New Water. Dawn iż-żewġ tipi ta’ ilma se jkunu qed jintużaw biex jiġu studjati u evalwati l-effetti fuq il-produzzjoni agrikola. Il-feeder pump room u il-fertigation system huma neċessarji għall-operat tal-Farm Esperimentali fix-Xewkija kif ukoll għal fini tal-proġett biex jissaqqew il-prodotti agrikoli f’dan il-proġett pilota. Dan huwa parti minn proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Life IPE.
Leg 13 PQ #22835 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Talbiet għal trasferiment minn ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema u xi grad huma, li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex mal-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Sakemm inkisbet l-informazzjoni, ninsab infurmata li fis-sena 2020 kien hemm ħames talbiet bil-miktub għal trasferiment mill-Ministeru għall-Edukazzjoni għall-Ministeru għal Għawdex. Erbgħa minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u l-gradi tagħhom kienu ta’ Senior Operative (1), Senior Clerk (1), LSE II (1) u ‘Gardener’ (1). Infurmata wkoll li fl-2020 persuna fil-grad ta’ Child Care Educator ġiet seconded mill-Foundation for Educational Services (FES) għall-Ministeru t’Għawdex. Matul din is-sena sat-2 ta’ Novembru kien hemm talba waħda bil-miktub u din ġiet milqugħa; dan l-uffiċjal għandu l-grad ta’ ‘Teacher’. Ma jirriżultax li hemm talbiet pendenti fil-preżent.

Għajnsielem – Triq Malta — substation

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22471, tista’ l-Ministru tgħid x'għad fadal x’isir biex is-substation fi Triq Malta f'Għajnsielem tibda tiffunzjona? Tista’ tgħid jekk l-apparat ta' ġewwa din is-substation huwiex f'postu u jekk iva kemm ilu hemm? Tista’ tgħid ukoll jekk sarux il-cables tad-dawl ta' taħt l-art biex din is-substation tibda tiffunzjona u jekk iva meta saru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-apparat kollu jinsab fis-substation il-ġdida fit-triq imsemmija. Il-kuntratt biex issir it-trinka għal cables ġie ffirmat. B’hekk malli jitlesta dax-xogħol mill-kuntrattur u jitpoġġew il-cables, is-substation tkun tista’ tiġi kummissjonata u tibda’ topera.

Raħal Ġdid – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Fgura — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Fgura tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-għassa tal-Fgura tkun mifutħa 24 siegħa kuljum. L-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew il-Fgura fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Infurmat wkoll li r-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, u li eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Fgura Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 0 Attentat ta’ offizi 11 Offizi fuq il-persuna 10 Uzu hazin tal- computer 7 Hsarat 86 Vjolenza domestika 42 Drogi 3 Frodi 28 Hasil ta’ Flus 0 Pornografija 0 Pretended rights 5 Offizi sezzwali 5 Serq 50 Theddid u vjolenza 7 Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku 1 Total 255

Ħaż-Żabbar – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Ħaż-Żabbar u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Iż-Żejtun – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni miż-Żejtun ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Lisbona – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Portugall tul dawn l-aħħar 12-il-xahar.