B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8076, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjeta, xahar b’xahar mil-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ottubru 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan ir-rizultat kien il-frott il-mi¿ura li kienet tħabbret fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomiku li ser tintemm hekk kif kien stipulat, jiġifieri konvenji sa’ l-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena u kuntratti sa’ Ġunju 2022.
Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4663, 2095 u 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti sas-sena finanzjarja 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 5 trusts li dwarhom l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi huwa nfurmat skont Artiklu 24B tal-Income Tax Management Act.
Jista’ l-Ministru jgħidilna x’qed jikkawża d-dewmien fix-xogħol ġewwa Triq A. Caruana l-Qawra u meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid diversi toroq residenzjali fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fosthom Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq Port Ruman, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq ġdida fi Triq J Quintinus, Triq l-Indipendenza, Triq Ġużeppi Despot u Triq l-Iskuna.
Ix-xogħol fi Triq Annetto Caruana beda lejn nofs Ottubru u kien parti minn proġett wieħed li jinkludi tliet toroq oħrajn fl-istess żona ta’ San Pawl il-Baħar li huma Triq it-Tamar, Triq Andrew Cunningham u triq ġdida li tiġi bejniethom. L-erba’ toroq jonqos biss li jsirilhom f’daqqa l-aħħar saff t’asfalt u se jkunu lesti fil-jiem li ġejjin.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-funtana ta’ ħdejn il-Yacht Club ta’ Ta’ Xbiex ilha x-xhur ma taħdimx?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex li l-funtana msemmija jieħu ħsiebha d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi.
San Pawl il-Baħar — Triq Burmarrad - xogħlijiet fuq triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jsir ix-xogħlijiet fit-Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar peress li l-ħofor li hemm f’din it-triq qed jikkawżaw ammont ta’ ħsara lill-karozzi li jgħaddu minn hemm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li wara l-maltemp li għamel fl-aħħar jiem ittieħdu miżuri temporanji fiż-żona indikata u diġà hemm ippajanat li jsiru xogħlijiet t’asfalt fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jsir ix-xogħol fit-Triq Sant Andrija ħdejn it-traffic lights direzzjoni Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta’ tħejjija biex tintroduċi junctions aktar siguri u effiċjenti tul Triq Sant Andrija, waħda mit-toroq prinċipali ta’ Malta li jagħmlu parti mit-Trans-European Transport Network (TEN-T).
Aktar kmieni din is-sena, l-aġenzija lestiet l-ewwel fażi ta’ dan it-titjib fit-tarf tat-tramuntana ta’ din it-triq. Din il-fażi kienet tinkludi roundabout ġdida f’salib it-toroq ta’ Triq Sant Andrija mat-toroq maġenbha f’Pembroke u ż-żona ta’ High Ridge fis-Swieqi, biex tipprovdi aċċess aktar sigur għall-karozzi, it-trasport pubbliku u kull min jivvjaġġa bil-mixi jew bir-rota lejn l-iskejjel li hemm fil-viċin u ż-żoni residenzjali ta’ dawn il-lokalitajiet.
Bi tħejjija għat-tieni fażi ta’ dan it-titjib, Infrastructure Malta waqqfet il-ħruġ lejn in-nofsinhar fil-junction fejn hemm is-sistema ta’ traffic lights bejn Triq Sant’Andrija u Triq Tal-Ibraġ, mis-Swieqi lejn San Ġiljan. B’hekk eliminat ir-riskji ta’ ħbit li kien hemm waqt li l-vetturi jkunu qed jaqsmu lejn il-korsiji tan-nofsinhar ta’ Triq Sant’Andrija. Kull min jivvjaġġa f’din id-direzzjoni issa qed isegwi rotta aktar sigura billi juża r-roundabout ġdida li hemm ftit il-fuq biex iduru fid-direzzjoni tan-nofsinhar. Jew inkella, jistgħu jużaw ħruġ ieħor lejn in-nofsinhar mis-Swieqi għal San Ġwann u San Ġiljan.
It-tieni fażi ta’ dan il-proġett, li se tkun implimentata malli jinħarġu l-permessi neċessarji, tinkludi żewġ junctions tul din it-triq biex ikompli jiġi faċilitat l-aċċess minn u lejn is-Swieqi, Pembroke u nħawi oħrajn fil-viċin, mingħajr riskji ta’ sigurtà tul din ir-rotta importanti.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts of Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W148 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-iskarsezza fil-produzzjoni għadiex l-stess, u jekk le, jekk hux qed jistenna li l-prezzijiet jonqsu xhur li ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal din hija mediċina li qed isemmi hu, għadu fis-seħħ l-istess tender u allura l-istess prezzijiet. Prezzijiet ta’ tenders futuri jiddependu miċ-ċirkostanzi tal-mument.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21903 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21328, jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-uffiċinili huma responsabbli taċ-Ċentri/Servizzi fil-Komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu diġà ġiet imwieġba f’mistoqsija parlamentari numru 22634.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21961 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21964 u tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21962 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21969 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-24 ta’ Novembru 2021.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21970 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.