Uffiċjali pubbliċi illi ddeċidew illi jirritornaw fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali pubbliċi illi ddeċidew illi jirritornaw fis-Servizz Pubbliku minn mindu twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, sena b’sena ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2019 irritornaw 2 uffiċjali pubbliċi lura fis-Servizz Pubbliku, fl-2020 kien hemm 4 uffiċjali pubbliċi li rritornaw fis-Servizz Pubbliku u fl-2021 kien hemm 17-il uffiċjal pubbliku li rritornaw fis-Servizz Pubbliku.
Fil-maġġoranza tagħhom, dawn l-uffiċjali pubbliċi rritornaw fis-Servizz Pubbliku għal raġunijiet li ntgħazlu minn sejħiet għall-applikazzjonijiet għal grad għola u uffiċjali pubbliċi residenti Għawdex li ngħataw l-opportunità jaħdmu minn Dipartiment tal-Gvern f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' appelli li ġew diferiti matul l-2021, xahar b’xahar, minħabba l-fatt illi l-avviż tal-appuntament u l-avviż tal-kawtela kien għadu ma' ġiex notifikat lill-partijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Qorti ma’ żżommx din it-tip ta’ statistika
PBS – informazzjoni dwar individwi li jitressqu l-qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS dwar jekk jissemmewx fl-aħbarijiet l-individwi li jitressqu l-qorti ? Jista' l-Ministru jispjega għala fl-aħbarijiet tat-22 ta' Novembru 2021, kien hemm fejn l-akkużat ġie msemmi u fejn ma ssemmiex, minkejja li ma kienx hemm divjett tal-pubblikazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li, bħal f’kull kamra tal-aħbarijiet oħra, l-editur huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar bulettin tal-aħbarijiet, jista’ l-Onorevoli interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għall-istess każ li meta rrapportat fuq mezzi ta’ Net News ma kienx hemm l-isem tal-persuna lanqas?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost jaħdmu sigħat kuljum l-imsieħba fil-Community Workers Scheme? Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa sodisfatt li l-imsieħba kollha qed jaħdmu s-sigħat kif suppost u min hu responsabbli jassigura li l-imsieħba kollha jkunu regolarment fuq il-lant tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-imsieħba tal-Community Work Scheme huma ngaġġati fuq bazi full-time mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation. Dan ifisser li l-ħaddiema jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa. Dawn jaħdmu fl-istess ħinijiet tal-ħaddiema tal-entitajiet li jkunu allokati magħhom. Jista jkunu hemm eċċezzjonijiet fejn l-imsieħba jaħdmu fuq bazi part-time jew reduced u għalhekk f dawn il-kazijiet huma obligati jaħdmu sigħat skont il-kuntratt tagħhom.
L-entita’ li jkollha magħha dawn il-ħaddiema hi responsabbli li zzomm l-attendenza ta’ kuljum u tara li jkunu fuq xogħolhom. Il-Fondazzjoni wkoll tagħmel spezzjonijiet perjodiċi biex tassigura li kullħadd qiegħed fuq xogħolu. Kull xahar il-Fondazzjoni tibgħat rapport ta’ attendenza lil Jobsplus.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Direttur tal-Ħabs - kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratt għandu d-Direttur tal-Ħabs li għadu kemm issospenda ruħu, x’rimunerazzjoni jgawdi minnha u meta jiskadi dan il-kuntratt? Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-imsemmi Direttur jista’ jirritorna għall-kariga meta jrid hu? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant.
Ir-risposta għall-bqija tal-mistoqsija qiegħda ġja fid-dominju pubbliku, cioe li l-kariga ta' Direttur tal-Ħabs hi okkupata minn Aġent Uffiċjal Kap Eżekuttiv, u li d-direttur sospiż tal-ħabs qiegħed għal żmien qasir jieħu nofs is-salarju bażiku.
Attachments:23545 - Sitting 527 - Wed 1st Dec - CEO - CSA.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23237 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b’sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta’ din l-Iskema jsibu impjieg fis-settur privat, u jgħid kif is-settur privat jista’ jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f’din l-Iskema ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-iskema fl-2016.
Sena
Total
2016
8
2017
16
2018
2
2019
13
2020
7
2021
15
L-iskopijiet tal-iskema huma:
· Biex titwaqqaf fondazzjoni li timpjega persuni vulnerabbli;
· Tagħmel profil tal-parteċipanti u tidentifika taħriġ li għandhom bzonn u
· Tidħol fi ftehim ma’ Kunsilli Lokali, skejjel pubbliċi, NGOs u għaqdiet bi skopijiet soċjali biex tallokalhom parteċipanti biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol.
Permezz tat-taħriġ u esperjenza ta’ xogħol provduti taħt din l-iskema, persuni vulnerabbli jkunu megħjuna u mħajra biex issibu impjieg fis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22255 u jgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-armar ta’ dawn ir-roundaboutsisir biex jippromwovu xi festival tematiku jew biex jitwassal messaġġ edukattiv li jqajjem kuxjenza marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ġranet Dinjija.
Dan l-armar jitpoġġa fis-central strips ta’ Mġarr Road ħdejn Bethlehem f’Għajnsielem, quddiem il-Mitħna tax-Xewkija u fir-roundabout tad-daħla tar-Rabat.
Il-maġġoranza ta’ dawn it-tabelli jsiru minn injam u materjal ieħor irriċiklat. Dawn jiġu merfugħa fl-imħażen tal-Ministeru u kull sena qabel ma jitpoġġew fir-roundabouts issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew xi tibdil zgħir ħalli jagħtuhom dehra differenti. Għalkemm kien hemm numru żgħir minnhom li saru minn artisti Għawdxin, il-maġġoranza saru mill-ħaddiema tal-Ministeru għal-Għawdex bl-għajnuna tal-klijenti li jattendu d-Day Centre ta’ Santa Marta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22132 u jgħid kemm hemm għases tal-Pulizija f'Għawdex u jindika fejn huma dawn l-għases? Jista' jgħid f'kull każ, il-post fejn hemm l-għassa hux proprjetà tal-Gvern jew inkella huwiex mikri mingħand terzi? Jekk mikri mingħand terzi, kemm hi l-kirja fis-sena ta' kull post li jservi ta' għassa f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm-il siegħa kienet miftuħa kull għassa kull xahar matul ix-xhur tas-sajf 2021 u ċjoè Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Għawdex hemm 16-il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz u f’Kemmuna.
3 għases huma mikrija (Nadur €54.16, Xewkija €189.48, u Żebbug €168.53) u l-bqija propjetà tal-Gvern.
11-il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u tul ix-xhur tas-Sajf tal-2021 l-għases prinċipali kienu miftuħa skont is-siegħat indikati hawn taħt.
Rabat: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720
Marsalforn: Ġunju – 671, Lulju – 671, Awwissu – 671, Settembru – 426
Mġarr: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720
Kemmuna: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 696
Xlendi: Ġunju – 248, Lulju – 622, Awwissu – 636, Settembru – 187
Infurmat ukoll li fi żmien qasir, għall-ewwel darba Għawdex kollu se jkun kopert ukoll bis-servizz tal-Community Policing, bil-għan ewlieni li l-lokalitajiet kollha jkollhom l-uffiċjali jservu lin-nies fil-qalba tal-komunità.
Xewkija Windmill project – quotation għal training services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-quotation MGOZ eQ 54/2021 'Quotation for the provision of training services required for the Xewkija Windmill project li ħarġet ftit tal-ġranet ilu u li ġiet ikkanċellata u li imbagħad reġgħet ħarġet mil-ġdid u reġgħet ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-quotation u min kienu dawk il-persuni li kienu ħa jibbenifikaw minn dan 'it-training services?' Jista’ jgħid meta hi ppjanata li terġa’ toħrog din il-quotation?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel darba li ġiet ippubblikata l-quotation ma kienx hemm offerenti, għalhekk reġgħet ġiet pubblikata. Ftit ġranet wara t-tieni publikazzjoni kien hemm kjarifika, fejn ġie nnotat li kien hemm dettall fl-ispesifikazzjonijiet li kien nieqes, għalhekk skont il-proċeduri tal-procurement din il-quotation kellha tiġi kkanċellata.
Minn dan it-tagħlim se jibbenefikaw persuni li jaħdmu fil-Mitħna tax-Xewkija u fiċ-Ċittadella, u hemm pjanat li jaħdmu wkoll fit-Torri ta’ Sopu, it-Torri ta’ Kenuna u l-Mużew Marittimu (Nadur). Peress li dawn ikollhom kuntatt kontinwu man-nies, se jkollhom bżonn taħriġ dwar tifi ta’ nar,
first aid, u health and safety,
u assistenza lin-nies b’diżabilita’.
Din il-quotation mhix se terġa toħroġ peress li se jintużaw is-servizzi ta’ taħriġ mis-CPD, OHSA u CRPD.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tar-Ramla u jgħid fil-konkret x'sar f'dawn l-aħħar xhur rigward dan il-Master Plan? Jista' jgħid ukoll meta nbeda dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jiġi konkluż dan il-Master Plan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkonsulta mal-stakeholders kollha biex jkun jista jisottometti applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar marbuta ma’ dan il-Master plan.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 u jara li r-rampi mill-art għall-bastimenti kollha tal-fast ferry service humiex weqfin iżżejjed u sikuri għal kull min jużahom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-operaturi tal-Fast Ferries, jagħmlu użu ta’ rampi li huma kompatibbli mal-bastimenti li joperaw, għall-fini tal-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri inklużi persuni b'diżabilità.
Għawdex — waqfiet tal-karozzi tal-linja - tactile paving
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm waqfiet tal-karozzi tal-linja f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm minn dawn il-waqfiet fihom tactile paving fit-tarf tal-bankina fejn hemm il-waqfa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bus stops f’kull lokalità ġewwa Għawdex huwa skont it-tabella sussegwenti:
Lokalità
Numru ta Bus Stops
Għajnsielem
29
Il-Fontana
11
Il-Munxar
7
Il-Qala
15
In-Nadur
46
Ir-Rabat
58
Ix-Xagħra
45
Ix-Xewkija
41
Ix-Xlendi
9
Iż-Żebbug
17
L-Għarb
16
L-Għasri
5
L-Imġarr
7
Marsalforn
12
San Lawrenz
14
Santa Luċija
5
Ta ' Kerċem
7
Ta' Sannat
10
Grand Total
354
Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tat-tactile paving mhix disponibbli u għaldaqstant qedgħa tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu x-xogħlijiet ta' lqugħ protettiv fuq il-mollijiet tal-Port taċ-Ċirkewwa wara li numru ta' inċidenti seħħew li raw vetturi jispiċċaw il-baħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ġie nstallat tip ta’ lqugħ protettiv f’Ġunju 2021 qabel ma’ beda is-sajf.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-appartamenti li ngħataw għall-akkomodazzjoni soċjali u li l-indirizz tagħhom qed jingħata separatament, ġara jew qed jiġri dan li ġej:
1. Il-Kera qed tintalab kull xahar meta suppost litintalab kull tliet xhur;
2. L-appartamenti huma nieqsa kważi għal kollox mill-għamara;
3. Il-cookers u l-hobs fil-kċina ma jaħdmux u ġew mibdula b'oħrajn antiki li
jaħlu aktar u allura b'konsum għola ta' dawl għad-detriment tal-inkwilini li
jridu jħallsuh;
4. Il-pressa tal-ilma hi batuta ħafna?
Jista' jgħid x'se jagħmel il-Gvern biex isolvi dawn il-problemi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi :
B’risposta għall-ewwel domanda, il-ħlas tal-kera jitwettaq għal perjodi fissi ta’ tliet xhur li jibdew fl-ewwel ġurnata tax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru. Il-kirja għal żmien ta’ xahar intalbet sabiex jiġi kopert il-perjodu bejn meta ġie iffirmat il-kuntratt tal-kera u l-bidu tal-perjodu fiss li kien imiss.
B’risposta għat-tieni domanda l-appartamenti mikrija permezz tal-iskema Nikru Biex Nassistu bħal din il-binja jingħataw lir-residenti finished u mgħammra bi kċina. Il-kumplament tal-għamara tinxtara mill-inkwilini.
B’risposta għat-tielet domanda minn diskussjonijiet mal-fornitur irriżulta li l-forn u l-hob ġew mibdula ma mudelli li huma ekwivalenti jew aħjar minn dawk li kien hemm.
B’risposta għar-raba’ domanda minn investigazzjonijiet irriżulta li l-pressa tal-ilma hija adegwata għaċ-ċirkustanzi tal-każ, ċioe penthouse taħt il-bejt fejn normalment ikun hemm nuqqas ta’ pressa. L-inkwilin infurma lill-uffiċjal ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li se tingħata għajnuna addizzjonali mill-Malta Community Chest Fund sabiex tiġi nstallata pompa biex b’hekk ikun hemm iżjed kumdità.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9553, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data sat-30 ta’Ottubru 2021?v
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7205, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ottubru 2021 sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu l-għadd tal-Ordnijiet ta’ Ħarsien kien skont kif jidher hawn taħt:
· 39 Ordni ta’ Ħarsien fis-sena 2019
· 17 Ordni ta’ Ħarsien fis-sena 2020
o 5 minn dawn ħargu wara l-1 ta’ Lulju 2020, hekk skont l-Artiklu 19(1) tal-Kap 602
· 106 Ordni fis-sena 2021 li jinqasmu;
o 23 Ordnijiet ta’ Ħarsien fis-sena 2021 skont l-Artiklu 19(1) tal-Kap 602;
o 5 Ordnijiet ta’ Superviżjoni fis-sena 2021 skont l-Artiklu 19(2) tal-Kap 602
· 78
Unaccompanied Minors
skont l-Artiklu 21 tal-Kap 602 fis-sena 2021.
Id-Direttorat jirrimarka illi n-numri indikati jirriflettu applikazzjonijiet pendenti illi qed iġorru magħhom Ordni Proviżjorju (li essenzjalment ifisser illi l-minuri hu protett b’Ordni) u Ordnijiet ikkonfermati.
Bejn Lulju tas-Sena 2020 sat-30 t’Ottubru 2021 kien hemm;
· 6 applikazzjonijiet li ma mmaterjaliżżawx fi kwalunkwe Ordni hekk kif;
o 5 applikazzjonijiet ġew miċħuda fuq bażi teknika mill-Qorti diversament preseduta;
o 1 applikazzjoni ġiet interrotta għax il-familja għażlu rimedju tramite kuntratt soċjali.
Asset Recovery Bureau – Asset Management Unit — konfiski
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8165, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta’Jannar 2020 sat-30 ta’Ottubru 2021 maqsuma xahar b'xahar u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li tirrifletti l-assi kollha li ġew fil-pussess tal-Asset Recovery Bureau mill- 1 ta’ Jannar 2020 sa 30 ta’ Ottubru 2021
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8075, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru konvenji ta’ proprjetà, xahar b’xahar mill-1 ta’Jannar 2020 sat-30 ta’ Ottubru 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan ir-rizultat kien il-frott il-mi¿ura li kienet tħabbret fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomiku li ser tintemm hekk kif kien stipulat, jiġifieri konvenji sa’ l-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena u kuntratti sa’ Ġunju 2022.