Heritage Malta — Siti aċċessibbli għall-persuni b’nuqqas ta’ mobilità
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tas-siti ta’ Heritage Malta li huma aċċessibbli għal persuni b’nuqqas ta’ mobilità? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex dawk li mhumiex aċċessibbli, issir ħidma biex jingħata aċċess xieraq għalihom, lil kulħadd?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Arts Council – Politika tal-Arti u l-Kultura — inklussività
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed taghmel il-Malta Arts Council biex il-politika tal-Arti u l-Kultura f’Malta tkun aktar inklussiva?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qed tindirizza l-inklussivita skont kif imfisser fil-Politika Kulturali Nazzjonali 2021. Fil-fatt wara konsultazzjoni estensiva, fil-ġimgħat li ġejjin il- l-Kunsill Malti għall-Arti se jniedi resource kit dwar id-drittijiet kulturali. Ir-resource kit se jkun għodda sabiex tfisser u tixpruna l-inklussività b’mod prattiku fis-setturi kulturali u kreattiv. Il- Kunsill Malti għall-Arti diġa tipprattika l-inklużjoni b’mod regolari fejn jidħlu fondi u strateġija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-mużew li kien hemm fid Depot tal-Pulizija l-Floriana issa ingħalaq għal kollox? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fejn qegħdin jinżammu l-esebiti li kien hemm għall-wiri fl-istess mużew? Jista’ jikkonferma huwiex minnu li hemm esebiti li huma mitluqa fil-bitħa tad-Depot?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi wara studju li sar bl’għajnuna ta’ ufficjali ta' Heritage Malta, l-esebiti kollha li kien hemm fil-muzew fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija, ġew rilokati u esebiti f’diversi postjiet oħra fl-istess Kwartieri. Fosthom fis-Sala Vilhena, fis-Sala u l-kjostru ta’ mas-Sala San Mikiel u partijiet oħra fejn jistgħu jarawhom il-membri tal-korp. Xi artifatti ġew trasferiti lil Heritage Malta, fejn qed jiġu esebiti ġewwa l-muzewijiet ta' l-istess awtorita', u jitgawdew mill-pubbliku. M’hiniex infurmat li hemm esebiti mitluqa f’xi bitħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas f’overtime u extra duty separatament lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f’Settembru, Ottubru u Novembru xahar b’xahar fis-snin 2019, 2020 u 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ħlas ta’ overtime u extra duty isir skond perjodu u mhux xahar. Dan anke il-għaliex għal skopijiet ta’ ħlas ta’ pagi is-sena tinqasam fi tlettax-il perjodu. Għaldaqstant, l-ammonti ta’ overtime u extra duty li tħallsu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodi 9, 10 u 11 fit-tlett snin indikati mill-Onorevoli Interpellant, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat ukoll illi dwar il-pagament ta’ extra duty dan illum qed jithallas b’mod immedjat b’sistema aktar effiċjenti kuntrarju ghal dak li kien jiġri fil-passat fejn pulizija kien jistenna xhur u snin biex jithallas dak dovut lilu. Ukoll infurmat illi dawk il-haddiema li jahdmu overtime, il-hlas dovut lilom jithallas kollu u dan b’differenza kbira minn dak li kien jiġri fi żmien amministrazzjoni differenti qabel is-sena 2013, li ghazlet li ma thallasx lill-haddiema tal-overtime li huma hadmu.
Perjodu ta’ hlas
Ammont Overtime
Extra-duty
Pay 9.2019
799484
333223.1
Pay 10.2019
829371.2
359343.3
Pay 11.2019
1334658
1055097
Pay 9.2020
702909.2
211170.2
Pay 10.2020
772498.9
268304.7
Pay 11.2020
730213.7
244497.2
Pay 9.2021
834479.9
252881.3
Pay 10.2021
858112.4
246454.7
Pay 11.2021
805424.6
263324.9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu membri mill-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar f’Settembru, Ottubru u Novembru 2021? Jista’ jgħid kemm min dawn telqu qabel ma kienu għalqu 25 sena servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ membri regolari tal-Korp tal-Pulizija li rtiraw bil-penzjoni ta-servizz jew lehqu l-eta’ tal-irtirar fit-tlett xhur imsemmija kienu ta’ 15, filwaqt li 4 irrizenjaw qabel ghalqu il-25 sena servizz.
Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija – talba għal laqgħa mal-Ministru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saret talba biex issir laqgħa miegħu mill-Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija matul is-sena 2021? Jista’ jgħid meta u minn liema Union saret it-talba u kemm u meta ltaqa’ mal-Unions matul l-2021 u liema kienu l-Unions li ltaqa’ magħhom?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew jiswew f’termini finanzjarji l-miżuri relatati mal-pandemija COVID-19 fis-sena 2020 u 2021, miżura
b’miżura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Kumpaniji reġistrati Malta — Minimum Corporate Tax ta’ 15% - impatt
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji reġistrati Malta jistgħu jiġu impattati f’każ li tidħol fis-seħħ il-Minimum Corporate Tax ta’ 15% kif imfissra mill-OECD? Jista’ jindika kemm ħallsu taxxa f’Malta dawn il-kumpaniji bejn l-2018 u l-2020 wara li jiġi mnaqqas il-6/7th refund f’idejn l-azzjonisti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Miżuri tal-COVID-19 — taxxa dovuta illi ġiet deferred
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-2020 illi ġiet “deferred” bħala waħda mill-miżuri tal-COVID-19 u kemm minn dik it-taxxa tħallset fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-taxxa li tħallset fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena, tikkonsisti fi ġbir ta’ arretrati u kemm minnha hija taxxa dovuta din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-€400 miljun li ntefqu s'issa fuq it-toroq li saru minn Infrastruttura Malta, intefqu fuq ġibjuni biex fihom seta’ jinġabar l-ilma tax-xita?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa fuq kull ġibjun ġdid li nbena (u jindika f’liema lokalitajiet saru) mill-€400 miljun li ntefqu s'issa fuq toroq li saru minn Infrastruttura Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – tiswija ta’ ħsarat fuq bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’mod immedjat isewwi l-ħsarat li hemm bżonn isiru fuq il-bankina fi Triq il-Kbira (biswit George’s Bakery) fil-Mellieħa, kif indikat fir-ritratt li qed jintbagħat separatament, liema bankina saħansitra kienet il-kaġun li fl-aħħar ġimgħat weġġgħet persuna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-bankina msemmija ġiet spezzjonata u rriżulta li hemm partijiet minnha li sarilhom ħsara billi telgħu vetturi fuqha. Għaldaqstant ser tittieħed azzjoni bil-għan li jsiru t-tiswijiet meħtieġa.
Mellieħa — Triq it-Telgħa ta’ Selmun - periklu kkawżat minn siġar
Question
Jista’ l-Ministru jara l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jitlob b’mod immedjat lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu kull azzjoni permessibbli bil-liġi sabiex jitneħħa kull periklu kkawżat minn siġar li qegħdin f’periklu li jaqgħu fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun, limiti tal-Mellieħa? Jista’ jara wkoll li jitneħħa jew jitranġa l-ġebel li waqa’ fl-istess triq, b’periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq arterjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minkejja li t-Telgħa ta’ Selmun hija triq arterjali, saret spezzjoni nhar t-3 ta’ Diċembru 2021 u ma jirriżultax li hemm ġebel u siġar li huma ta’ periklu għas-sewwieqa. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm partijiet minn ħitan tas-sejjieħ li waqgħu bl-ilmijiet u reġgħu nbnew mill-ġdid. Kien hemm ukoll xi ġebel kbir li nġarr mill-istess ilmijiet li tressqu lejn il-ġenb tat-triq biex ma jibqgħux ta’ periklu.
Charging pillars (points) – deċiżjonijiet fuq fejn jiġu installati
Question
Tista’ l-Ministru tindika liema sistema qed tintuża u min qed jiddeċiedi f’liema postijiet/żoni madwar Malta u Għawdex qed jiġu installati ċ-charging pillars (points)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jiġu magħżula postijiet/żoni addatati għal dawn iċ-charging pillars (points), isiru laqgħat u konsultazzjonijiet b’mod kontinwu mal-Kunsilli Lokali kkonċernati madwar Malta u Għawdex. Wara li jiġu identifikati dawn il-postijiet/żoni, isiru site visits neċessarji flimkien mal-Enemalta. Din is-sistema se tibqa’ tintuża anke matul dawn it-tliet snin li ġejjin biex inkomplu nidentifikaw iżjed postijiet/żoni għall-installazjoni ta’ dawn iċ-charging pillars (points).
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn uħud mill-ħaddiema tal-eks Telemalta ma ħadux kumpens mill-
units
li kienu ġew mogħtija lil kulħadd fil-qalba tal-kumpanija minn Telemalta għal Maltacom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-valur tal-unitajiet li jappartjenu lill-impjegati li jirtiraw huwa stabbilit fl-aħħar tas-sena li jirtiraw fiha.
Skont ir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, l-unità hija l-Valur Nett tal-Assi (VNA) tal-Fondazzjoni, diviz bin-numru totali ta’ unitajiet ta’ dik is-sena, mmultiplikata bin-numru tal-unitajiet mizmuma mill-impjegat.
Jekk il-VNA ikun negattiv, il-valur tal-unità se jkun issettjat ghal zero. Minħabba din il-klawzola, ħafna impjegati li jirtiraw sa tmiem is-sena fejn il-VNA ikun negattiv, ma jkunux intitolati ghall-ebda ħlas, sakemm ma jkunx hemm bidla fir-Regoli u r-Regolamenti tal-Fondazzjoni, li hija materja privata bejn il-membri tal-istess Fondazzjoni.
Dan il mekkanizmu hu stabbilit skont statut li sar 23 sena ilu, liema statut jista jinbidel biss b’vot partecipattiv ta 90 fil mija jew aktar tal membri ezistienti, cioe il-ħaddiema attivi mal-kumpanija dak inhar li isir l istess vot.
Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u li joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.