Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 88 persuna mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €262,767. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Fgura — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Fgura għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Fgura – persuni li bbenefikaw minn sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara 1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 83 persuna mil-lokalità tal-Fgura li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €225,311. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Leg 13 PQ #23547 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta' Xħajma — Park and Ride - spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb kompletament mistoqsija parlamentari 23241 u jgħid meta hu previst li jitlesta l-Park and Ride f’Tax-Xħajma, u kemm hi l-ispi¿a prevista ta’ dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23241 u la darba jkolli informazzjoni addizzjonali kif mitlub, nkun nista’ nirrispondik.

Immigranti llegali — ripatrijazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 23318, jista’ l-Ministru jindika lejn liema pajjiżi ġew ripatrijati t-361 persuna indikati fit-tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Din l-informazzjoni hi ta’ natura diplomatika u tikkonċerna r-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi terzi. Kwalunkwe tixrid ta’ din l-informazzjoni jista’ taffetwa l-prospetti ta’ ritorn minn Malta u Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata pubblikament. Madanakollu din l-informazzjoni tista’ tingħata lill-Onot. Membru b’mod kunfidenzjali.

Immigranti Illegali rilokati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23319, jista’ l-Ministru jindika f’liema pajjiżi Ewropej ġew rilokati l-2,055 persuna indikati fit-tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-2,055 persuna msemmija ġew rilokati minn Malta lejn dawn il-pajji¿i Ewropej: Pajji¿ Belġju Danimarka Finlandja Franza Ġermanja Irlanda Liechtenstein Litwanja Lussemburgu Netherlands Norveġja Polonja Portugall Renju Unit Rumanija Slovenja Spanja Svizzera

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22815, 22635, 22520 u 23224 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni hija skont it-tabella hawn taht. Infurmat ukoll li m’hemmx informazzjoni kollha disponnibbli ghas-snin ta’ qabel l-2013. Ghaldaqstant gejt infurmat illi filwaqt li qed tigi prodotta l-informazzjoni kollha disponibli, jista jaghti l-kaz li din l-informazzjoni m’hijiex kompluta jew korretta. Sena Imwiet Kawza tal-mewt suwicidju Medja tal-popolazzjoni tal-habs 2000 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 2001 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 256 2002 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 279 2003 1 0 281 2004 1 0 278 2005 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 294 2006 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 343 2007 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 380 2008 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 412 2009 M’hemmx informazzjoni M’hemmx informazzjoni 492 2010 3 2 582 2011 2 2 591 2012 1 0 594 2013 5 1 606 2014 1 0 617 2015 2 0 563 2016 5 2 555 2017 1 0 565 2018 6 2 585 2019 6 2 669 2020 4 1 800 2021 3 3 748

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22816, 22636 u 23225 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba 22553.

Korp tal-Pulizija — proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront tal-individwu, li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20614.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — San Ġiljan - protezzjoni ta' Palazzina Vincenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċessar waslet it-talba magħmula mill-Perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sabiex Palazzina Vincenti f'San Ġiljan tingħata l-ogħla livell ta' protezzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li is-Sovrintendenza irċeviet talbiet għall-iskedar ta’ Palazzina Vincenti. Il-proposta ġiet evalwata, ir-riċerka neċessarja saret, u l-proposta tal-iskedar anke ġiet diskussa mal-Kumitat Konsultattiv għall-Patrimonju Kulturali. Is-Sovrintendenza infurmat lil Kunsill E¿ekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar li din il-proposta tista tiġi diskussa quddiem l-istess Kunsill.

San Ġiljan — Palazzina Vincenti - protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa jew beħsiebu jieħu sabiex Palazzina Vincenti f'San Ġiljan tingħata l-ogħla livell ta' protezzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 23556.

Awtorità tal-Ippjanar — San Ġiljan - protezzjoni ta' Palazzina Vincenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' proċessar waslet it-talba magħmula mill-Perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex Palazzina Vincenti f'San Ġiljan tingħata l-ogħla livell ta' protezzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li t-talba għall-iskedar issa qiegħda għand il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-kunsiderazzjoni tiegħu.

Konvenji ta’ oqbra

Question

Jista’ Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm konvenji ta' oqbra li jagħlqu fl-aħħar ta' Jananr 2022? Jista' jgħid jekk dan il-ftehim ma’ bosta huwiex ser jinżamm? Jista' jgħid kemm hemm konvenji għall-oqbra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2021, sa issa diġa saru 1347 kuntratti ta' oqbra.

Postijiet kumerċjali – prezz tal-fuel

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li minn Ottubru/Novembru 2021 il-postijiet kummerċjali inkluż lukandi li jużaw il-fuel, se jkollhom iħallsu €0.8c iżjed għal kull litru? Peress li l-Prim Ministru u l-Ministri qalu li l-Gvern mhux se jgħaddi piżijiet bħal dawn, tista’ tgħid x’se jsir fil-verità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jkunx involut fi ftehim privat li jsir f’dan ir-rigward bejn negozji u entitajiet kummerċjali privati. Għaldaqstant it-termini, prezzijiet u kondizzjonijiet jiġu negozjati direttament u esklussivament bejn il-partijiet involuti.

Awtorità tal-Ippjanar – policy dwar installar ta’ pools fuq bjut

Question

B'referenza għad-domanda parlamentari 23060, jista' l-Ministru jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tal-policy viġenti fuq l-installazzjoni ta’ pools fuq il-bjut ta’ receded floors?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument Development Control Policy Guidance and Standards li għandu jiggwida lil kull min irid jagħmel xi tip ta’ żvilupp inkluż swimming pools fuq il-bjut. Ovvjament kull applikazzjoni tkun deċiża mill-awtorita’ kompetenti skont il-proċeduri u regoli applikabbli.

Joint Office — Każ

Question

Jista’ l-Ministru jsegwi l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenża għall-mistoqsija Parlamentari Nu. 23576, l-applikazzjoni inkwistjoni qieghda tigi processata u l-applikanta ghandha tigi nfurmata bl-ezodu ta’ din l-applikazjioni.

IR-Rabat — Triq il-Qlejgħa - xogħol ta' tindif u manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23465 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jagħmel xogħol ta' tindif u manutenzjoni fi Triq il-Qlejgħa limiti tar-Rabat ladarba f'din it-triq hemm ħafna affarijiet li qed jagħmlu t-triq inaċċessibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li għamel rapport l-Għassa tar-Rabat u bħala Kunsill Lokali ħa ħsieb li tingħalaq kompletament it-triq sabiex jiġi evitat xi incident. Il-manutenzjoni tkun possibbli biss jekk terġa' tinbena it-triq mil-qiegħ tal-wied, liema xogħol ikun possibbli meta l-ilma kollu tax-xita jkun skula u jkun possibbli jintu¿a makkinarju fuq art niexfa.

Talba għal wheelchair — każ ta' persuna

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23464 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi neċessarji sabiex tintlaqa' din it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed titlob għal wheelchair u qed isib xi diffikultà biex it-talba tintlaqa'

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.

Malta Gaming Authority – lista ta’ sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23497 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Malta u Għawdex — Latrini pubbliċi - aċċessibilità għal persuni b’nuqqas ta’ mobilità

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ latrini pubbliċi f’Malta u f’Għawdex li huma aċċessibbli għal persuni b’nuqqas ta’ mobilità? Jista’ jsemmi dawk il-lokalitajiet li m’għandhomx latrini pubbliċi aċċessibbli u jgħid x’inhu l-pjan biex dawn jiġu aċċessibbli għal kulħadd?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.