Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23174 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta plc – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-talba għall-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc hija meqjusa talba għal informazzjoni li hi kummerċjalment sensittiva u li ma tistax tingħata.

Malta Business Registry – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Business Registry?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #23176 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Stock Exchange – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Stock Exchange?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-anzjani privati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22564 u jgħid kemm-il sodda fid-djar tal-anzjani privati kienu/huma mixtrija mill-Gvern għas-snin 2020 u 2021, maqsuma dar b'dar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża globali, imħallsa mill-Gvern lil kull dar għas-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.

Ħlas lill-GPs

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22632, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qegħdin jitħallsu t-tobba tal-familja li qed jieħdu sehem fl-iskemi msemmija f’din ir-risposta parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tobba tal-familja li qed jieħdu sehem fl-iskemi msemmija jitħallsu bejn €15 u €20 għal kull pazjent.

Abbużi fuq anzjani – każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani lill-pulizija mis-sena 2018 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad f’risposti għall-mistoqsijiet simili, fis-sistema komputeriżżata tal-pulizija, l-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq u m’hemmx kategorija specifika għall-reati dwar abbuzi fuq anzjani. Fl-assenza ta’ dettalji dwar it-tip ta’ abbuzi li dwarhom intalbet l-informazzjoni, mis-sistema tal-pulizija, ir-reati kriminali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021 li b’xi mod jinvolvu persuni ta’ sittin sena jew aktar, u li huma reġistrati u meqjusa bħala reati ta’ abbuż fuq anzjani, jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Din ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur. Tip ta' rapport 2018 2019 2020 2021 * Feriti fuq il-persuni 102 82 78 68 Vjolenza domestika 130 145 183 203 Serq b'armi 3 4 4 5 Mugging 5 8 4 5 Snatch and Grab 45 23 11 5 Stupru 1 0 1 2 Total 286 262 281 288 Rapporti meqjusa abbużivi u li jinvolvu persuna/i ta’ eta' 60 sena jew aktar (possibilment fost vittmi oħra)

Persuni b'nuqqas ta' Saħħa Mentali — Servizz tal-Outreach

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistennew biex jirċievu s-servizz tal-Outreach?Jista’ jgħid x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-timijiet tal-Outreach ġew imsaħħin f'dawn l-aħħar sentejn apposta biex ikunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom lill-pazjenti malajr kemm jista’ jkun, mingħajr stennija fit-tul infatti persuna waħda qed tistenna sabiex tirċievi dan is-servizz. Il-pazjenti jiġu referuti għas-servizz ta’ l- Outreach mit-timijiet responsabbli għall-kura ta’ l-istess pazjenti taħt id-direzzjoni tal-psikjatra kuranti. Dan is-servizz jiġi diskuss mal-pazjent u t-tim multidixxiplinarju tiegħu u jekk il-pazjent jaċċetta tintbgħat ir- referral lit-Tim ta’ l- Outreach u minn hemmhekk jibda’ l-kuntatt mill-i staff ta’ dan it-tim mal-pazjent.

Sptar Pubbliku — anzjani bħala social cases

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social cases?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23471 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji.
Leg 13 PQ #23473 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Contracts for Service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Contracts for Service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda entità taħt il-Ministeru attwali.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu ¿mien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-uzu ta’ ħafna rizorsi umani tal-entitajiet varji.

Santa Luċija — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm żewġ persuni mil-lokalità ta’ Santa Luċija li matul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €7,514. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Santa Luċija – Triq iż-Żahar – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex għadhom ma sarux it-tiswijiet neċessarji ta’ natura straordinarja f’numru ta’ residenzi f’Triq iż-Żahar f’Santa Luċija Malta u jista’ jara li jiġu eżegwiti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, hemm rapport wieħed pendenti għall-tiswijiet mingħand inkwilina li toqgħod f’waħda mid-djar li jinsabu fi Triq iż-Żahar, Santa Luċija. Ninsab infurmat ukoll li ftit ġimgħat ilu kien sar appuntament mal-istess inkwilina biex issir spezzjoni minn Perit tal-Awtorità tad-Djar pero meta mar il-Perit ma sab lil ħadd fil-post u l-anqas kien hemm tweġiba meta pprova jikkuntattja lill-inkwilina. Il-każ qiegħed fuq il-lista pendenti ta’ talbiet għal tiswijiet biex terġa tiġi skedata spezzjoni oħra.

Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.