Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba, jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta' ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninsab Informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, u tinvolvi l-użu ta’ diversi riżorsi umani.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ħal Tarxien — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Ħal Tarxien — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 38 persuna mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €89,681.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Gudja — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Gudja għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Gudja — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 14-il persuna mil-lokalità tal-Gudja li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €35,515.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd minn Wied il-Għajn li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.
Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 191 persuna mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €499,456.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-Non resident Ambassadors ta’ pajjiżna u għal liema pajjiż huma akkreditati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-Non Resident Ambassadors ta’ Malta u l-pajjiżi li għalihom huma akkreditati.
Tista' l-Ministru tagħti d-data sa meta se jitlestew ix-xogħlijiet li nbdew f'Settembru 2021 quddiem l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fi Triq l-Iskola, is-Siġġiewi u li jikkonsistu fl-irranġar ta' numru ta' konki kbar (planters) li sa ftit ġimgħat ilu kienu mħawla fihom numru ta' siġar, inkluż siġar taż-żebbuġ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ rranġar ta’ konki u tħawwil ta’ siġar endemiċi huwa ppjanat li jitlesta aktar tard dan ix-xahar ta’ Diċembru 2021.
Installazzjoni ta’ charging pillar (points) fil-viċinanzi tal-Knisja tax-Xemxija
Question
Tista’ l-Ministru tara li fil-viċinanzi tal-Knisja tax-Xemxija (possibilment fit-triq fejn hemm ix-Xemxija Fire Station ) jiġi installat charging pillar (points) ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet ma l-istakeholders konċernati rigward postijiet/żoni ġodda għall-installazjonijiet tac-charging pillars (points).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fi Pjazza Indipendenza fit-28 ta' Novembru 2021 sabiex tiġi inawgurata l-mixegħla tal-pjazza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġiet inawgurata l-ebda mixegħla fi Pjazza Indipendenza.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti taħt il-valur ta’ €5,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Novembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23239 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23071, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-uffiċċju li jappoġġja l-ħidma tal-Gozo Regional Council, il-grad tagħhom u l-ħinijiet ta' ftuħ tal-istess uffiċċju?
Response (ABELA, CARMELO)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23071, ħlief li l-istaff tal-MCESD jagħti kull appoġġ meħtieġ.