Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat – Triq l-Għeriexem – inawgurazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-inawgurazzjoni ta’ Triq l-Għeriexem fir-Rabat? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol fuq din it-triq hux lest totalment jew jekk għadx fadal xi xogħol pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Festi – diskussjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-Każini tal-Baned u ma’ diversi stakeholders oħra bħas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Pulizija u l-Kurja biex ikun diskuss jif jistgħu jkunu ċċelebrati l-festi fid-diversi rħula madwar Malta u Għawdex is-sena d-dieħla? Jekk dawn id-diskussjonijiet bdew, fiex waslu u meta ser ikun hemm indikazzjoni ċara kif dawn il-festi jistgħu jkunu ċċelebrati? Jekk dawn id-diskussjonijiet għadhom ma bdewx, meta ser jibdew u meta ser toħroġ indikazzjoni ċara kif ser ikunu ċċelebrati l-festi s-sena d-dieħla?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament l-istandards għall-avvenimenti japplikaw għall-avvenimenti kollha. Ninfurmah ukoll illi għadu kmieni wisq biex ikun jista’ jiġi deċiż x’se jkun qed jiġri matul is-sena d-dieħla anke fid-dawl tal-varjanti emerġenti.

Liġi li tirregola l-użu tal-iscooters

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika liema hi l-liġi li tirregola l-użu tal-iscooters fit-toroq pubbliċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23090 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Triq il-Qbajjar – bini mill-ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid Triq il-Qbajjar, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli u diżastruż? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jsiru t-toroq li hemm bżonn madwar Għawdex kif jista’ japprezza li qed jsir.

Malta Enterprise – proġetti miġjuba lejn Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-sena 2020 u 2021? Kemm qed iħaddmu nies kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax tingħata l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li matul l-2020 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2021, il-Malta Enterprise approvat 15 il-proġett li ser jiġu implimentati ġewwa Għawdex. Dawn ser jiġġeneraw 152 impjieg ġdid b’investiment ta 10.4 miljun ewro. Barraminhekk, il-Malta Enterprise rċeviet 732 applikazzjoni min Għawdex taħt l-iskema tal-MicroInvest bl-ammont approvat bħala Tax Credits jammonta għal 8.97 miljun ewro u f’Cash Grants jammonta għal 478,758 ewro.
Leg 13 PQ #23092 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Heliport – pjanti u site plan

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u Site Plan tal-Gozo Heliport kif inhu eżistenti? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanti u site plans li saru mal-applikazzjoni biex ir-runway tal-heliport tiġi estiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikolli il-pjanti finalizzati nkun nista’ npoġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jiġu magħmula pubbliċi hekk kif tiġi mnehdija il-konsultazzjoni pubblika mill-GRDA.
Leg 13 PQ #23093 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – widien imnaddfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn tnaddfu widien ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u 2021? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti t-tindif u kemm kienet l-ispiża fuq kull wied li tnaddaf?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 u l-2021 inkisbu numru ta’ permessi sabiex jitnaddfu l-widien madwar Għawdex biex b’hekk tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-tali tindif skont il-permessi approvati. Madankollu tindif regolari minn żibel u plastik li jintrema b’mod illegali jsir is-sena kollha permezz tal-ħaddiema tas-sezzjoni tal-indafa pubblika.
Leg 13 PQ #23094 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru matul is-sena 2021, kif ukoll jgħid: (a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji?; (b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti?;(c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol?; (d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.)?; (e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' water culverts saru f'kull triq?; (f) fejn saru walk through culverts u x'tulijiet saru ta' walk through culverts f'kull triq?; (g) fejn saru bankini ġodda u gutters u x' tulijiet saru ta' bankini ġodda u gutters f'kull triq?; u (h) kemm kienet stmata li tiġi tiswa’ kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 saru 49,281.26 metri kwadri ta’ tarmak din is-sena.

Planning Authority – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Planning Authority?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett tal-Estimi Finanzjarji tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Lands Authority – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Lands Authority?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Lands Authority.
Leg 13 PQ #23181 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Resource Support and Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tar-Resource Support and Services Ltd?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #23182 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Libyan Arab Maltese Holding Co?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Government Investments – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Government Investment?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements tal- MGA ilhom mil-2016 ikunu ppublikati fuq is-sit eletroniku ta’ listess entità. Madankollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements kif kien intalab.

Malta Industrial Parks Ltd – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Industrial Parks Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #23445 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpens tal-wage freeze – ħlas

Question

B'referenza għar-risposta għall-misoqsija parlamentari 22833, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ex-ħaddiema li ħadu l-kumpens tal-wage freeze mill-Airmalta? Jista’ jgħid jekk dawk li ma ħaduhx hux se jingħatalhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk il-ħaddiema li fl-2017 ma nagħtawx l-kumpens tal-wage freeze mill-Air Malta, kienu dawk li applikaw u ħadu il-VRS. Dawk li applikaw u ħadu il-VRS mhux intilotati għal-ebda kumpens ieħor mill-Air Malta.
Leg 13 PQ #23448 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd – rwol tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi rwol għandu l-Gvern fil-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu 23,759,625 ishma fil- Libyan Arab Maltese Holding Co Ltd.

CRPD – Kunratt tal-Uffiċini

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23281 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi kopja tal-kuntratt/ftehim tal-uffiċini tas-CRPD?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit li għalih qed issir referenza f’din il-mistoqsija parlamentari ntagħżel wara Sejħa ta’ Interess fejn intagħżlet l-irħas offerta minn tlieta li ġew sottomessi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.

Skema ta’ xiri ta’ karozzi electric/hybrid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23282 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza dwar il-grant li qed joffri l-gvern dwar min jixtri karozzi electric/hybrid, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza ma tasalx sa qabel budget ieħor, xorta jkun intitolat għal grant? Jekk jintużaw il-fondi kollha għall-iskema, x’se jiġri? Xorta min laħaq xtara l-karozza, għandu dritt għar-rifużjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport baqghet u għada għadejja bl-approvazzjoni tal-grants sottomessi. Il-grant tiġi proċessata la darba l-vetturi plugin jew electric jiġu rreġistrati mal-Awtorità għat-Trasport. L-iskemi jerġgħu jiġu mħabbra s-sena d-dieħla u għaldaqstant kull applikazzjoni pendenti tigi proċessata wara li l-vettura plugin jew electric tiġi rreġistrata mal-Awtorità għat-Trasport.

Telefonati 1777

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23283 li oriġinarjament saret lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu telefonati fuq 1777 mill-bidu sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-linja appoġġ 1777 f’Settembru 2015 sa Novembru 2021, waslu total ta’ 572 telefonata mil-appoġġ. Ta’ min jinnota l-fatt li kienu waslu sejħiet oħra mhux relatati mal-appoġġ li l-Call Center ma jżommux records tagħhom.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.