Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23653 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Institute for Education – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti ggradwaw bħala għalliema mill-Institute for Education? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti li qed isegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ggradwaw 83 parteċipant f’livell MQF 7 (Master, Postgraduate Diploma, Postgraduate Certificate) u persuna oħra ggradwat f'livell 6. Il-gradwati f’livell MQF 7 kienu kif se nsemmi:- Master of Education MQF Level 7: 20 gradwat 11 Primary Education 3 Physical Education 3 Humanities 3 Hospitality Postgraduate Diploma in Education MQF Level 7: 21 gradwat 9 Primary Education 6 Humanities 2 Sciences 2 Religious Studies 1 Agribusiness 1 Physical Education Postgraduate Certificate in Education (Primary Education) MQF Level 7: 42 gradwat F'suġġetti oħra ggradwaw 58. Bħalissa hemm 259 li qed isegwu kors ta’ kwalifika biex isiru għalliema regolari.
Leg 13 PQ #23654 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università ta’ Malta – Fakultà tal-Edukazzjoni – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti bħala għalliema mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #23655 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – studenti li gradwaw fil-qasam relatat mat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti bħala edukaturi jew xi qasam relatat mat-tagħlim mill-MCAST? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

ITS – ftehimiet ma’ entitajiet/kumpaniji fil-qasam edukattiv Maltin u internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ftehimiet li għandu l-ITS ma' entitajiet/kumpaniji Maltin u internazzjonali fil-qasam edukattiv? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet offruti ma' dawn l-entitajiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Din hija l-lista tal-ftehimiet li għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-qasam edukattiv: Partner Course Haaga-Helia University of Applied Sciences Bachelor in International Hospitality Management (Hons) Institut Paul Bocuse Bachelor in Culinary Arts (Hons) DAN Europe Bachelor of Science in Diving Safety Management Malta Developers Association Real Estate Agents Courses Emirates Academy of Hospitality Management Masters in Business Administration in International Hospitality Management SUNx Diploma in Climate Friendly Travel

ITS – Senior Management – salarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-senior management tal-ITS u jgħid x'salarju u perkaċċi għandu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Senior Management fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jikkonsisti minn: Kariga Grade CEO 1 Chief Operating Officer x 2 2 Senior Manager x 4 3 Is-salarji u l-perkaċċi – li jinkludu all inclusive car allowance , expense allowance u communication allowance (mobile u spejjez ta’ telekomunikazzjoni) – huma skont il- Grading and Salary Structure tal-Istitut.

Trabi — twelid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi, kemm kien hemm stillbirth, kif ukoll kemm kien hemm korrimenti fis-snin 2020 u 2021 separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2020 ġew irreġistrati li twieldu 4548 tarbija, minn dawn 26 kienu stillbirths. Minn Jannar sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena ġew irreġistrati li twieldu 1821 tarbija f’Malta u Għawdex, minn dawn 8 kienu stillbirths. F’Mater Dei, fl-2020 kien hemm 282 episodji ta’ missed miscarriage u miscarriage/ERPC filwaqt li minn Jannar sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 110. L-informazzjoni għal din is-sena għandha titqies bħala provviżorja peress li l-validazzjoni għadha qed issir.

Persuni li nqabdu jaħdmu bla ktieb

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-sena 2018 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tniġġis tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’qiegħed isir f’pajjiżna dwar it-tniġġis tal-arja?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja b’mod kontinwu f’ħames lokalitajiet fil-gzejjer Maltin. Dan il-monitoraġġ isir għas-sustanzi kolla regolati mill-Unjoni Ewropeja. Apparti minn hekk, l-ERA timmaniġja wkoll programm ta’ monitoraġġ ieħor għall-selezzjoni ta’ sustanzi ta’ tniġġiż li jkopru mitt sit fejn tinġabar informazzjoni fuq medja ta’ xahar. Informazzjoni miż-żewġ programmi ta’ monitoraġġ hija disponibbli fuq il-website tal-ERA, li tinkludi wkoll ‘Air Quality Index’ li jgħin lill-pubbliku jifhem aħjar il-kwalità tal-arja fil-ħames siti rispettivi. Apparti dawn il-programmi ta’ monitoraġġ, qed isir ukoll studju sabiex jiġu deteminati s-sorsi ta’ trab fin (PM10). Fir-rigward ta’ policy, peress li sors importanti ta’ tniġġiż tal-arja huwa t-traffiku, diġà ttieħdu xi miżuri f’dan il-qasam fosthom trasport b’xejn għall-iskejjel, grantsgħal xiri ta’ karozzi iktar effiċjenti, karozzi hybrid u elettriċi, skema ta’ konverżjoni minn magni petrol għall-gas, skemi ta’ bike sharing, trasport pubbliku b’xejn għal studenti, żgħażagħ u anzjani, titjib fis-sistemi tal-ferries, l-introduzzjoni ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex u skemi għal car sharing. Barra minn hekk, ix-xogħol li sar fuq il-proġetti tal-infrastruttura fit-toroq fosthom Marsa-Addolorata Junction, Sta. Lucia underpass u Central Link għandhom jgħinu sabiex il-konġestjoni tonqos, jiġi ffaċilitat l-influss tat-traffiku u b’hekk jonqos it-tniġġiż. Il-proġetti fil-Port il-Kbir u ’ship to shore energy’ għall-Port Ħieles ser ikunu wkoll qed jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-bastimenti. Il-Budget 2022 ikompli jsaħħah dawn il-mi¿uri biex titjieb il-viżjoni ta’ mobbiltà sostenibbli. Wara l-miżuri mħabbra u rrapurtati lill-Kummissjoni Ewropea fin-National Air Pollution Control Programme, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda taħdem fuq pjan għall-Kwalità tal-Arja, bi ħsieb li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-arja, speċjalment f’zoni iktar milquta mit-traffiku.

Pulizija – persuni taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persuni taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija s-sena l-oħra u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid dwar xiex ittellgħu quddiem il-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

‘Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni ta’ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qrati/Tribunali mill-Pulizija minn Jannar 2020 sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2021 kien ta’ tlett mija u tnejn u tmenin (382). Ir-raġunijiet dwar xiex tressqu dawn il-persuni kienu varji u bejn wieħed ieħor kienu għar reati indikati fit-tabella hawn taħt: Hrib mill-kustodja Hsara voluntarja fi propjeta Insulti u theddid u ksur ta’ Bon ordni Serq jew attentat ta serq u serq min vetturi Hruq u attentat ta’ ħruq Offizi relatati ma droga Pussess/garr ta’ armi jew armi rregolari Sewqan mingħajr licenza u assikurazzjoni u u ksur iehor tal-ligijiet tat-traffiku Attakk fuq persuna Uzu ħazin ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni Kkagunaw feriti ħfief jew gravi Vjolazzjoni u dhul bla permess fi propjeta Molestja, jittallab, m’obdewx ordnijiet tal-pulzija u ma tgħawx il-partikularitajiet Uzu ta’ passaporti jew dokumenti foloz u ksur ieħor ta’ ligijiet ta’ immigrazzjoni Hruq ta’ nar ta’ festi bla permess Attentat ta’ uzu ta’ forza Offizi sesswali ma minorenni Pussess ta pornografija u materjal indicenti Hallew klieb waħedom u bla cinga u b’periklu għall-ħaddieħor

Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti fuq użu ta’ mobile phone fis-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-każijiet li tressqu mill-Pulizija quddiem il-Qorti kontra dawk is-sewwieqa li għamlu użu mill-mobile phone dwar is-sewqan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi dwar ir-reat imsemmija mill-Onorevoli interpellant fil-maġġoranza tal-kazijiet il-persuni responsabbli jinħarġulhom tickets u ma jittressqux quddiem il-Qorti. Infurmat illi bejn Jannar 2020 u Novembru 2021 b’kollox kien hemm tmien t’elef u tlettax (8013) kaz fejn inħarrġu tickets mill-Pulizija kontra dawk is-sewwieqa li għamlu użu mill-mobile phone waqt is-sewqan.

Ċimiterju tal-Mosta – kuntratt mas-sidien tal-oqbra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex isir kuntratt mas-sidien tal-oqbra fiċ-Ċimiterju fil-Mosta, liema proċess kien beda ’l fuq minn 30 sena ilu meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għamel konvenju mal-persuni interessati li jixtru l-oqbra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li mietu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies f’Malta fis-snin: a) 2015; b) 2016; ċ) 2017; d) 2018; e) 2019; u f) 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 mietu 3443 persuni residenti f’Malta u Għawdex, fl-2016 3343, fl-2017 3571, fl-2018 u fl-2019 mietu 3688, u fl-2020 4084.

Belt Valletta — Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi – reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ‘reserved’ ‘parking spaces’ għad-Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi rispettivament ġewwa l-Belt Valletta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2090, 2091, 2092. Tlabt biex il-listi jiġu aġġornati.

Malta Gaming Authority – lista ta’ sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23497 u 23579 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx

Question

Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk: (a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le; (b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja; (c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika; (d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika; (e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti; (f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika; (g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Birżebbugia – Triq tal-Ġebel – irranġar tal-ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuga peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq? Fid-dawl li reċentement persuna weġġgħet serjament meta spiċċat ġo għalqa peress li ma kienx hemm ilqugħ bejn it-triq u l-għalqa meta hemm diżlivell bejn il-livell tat-triq u l-livell tal-għalqa, jista’ jgħid min ser jagħmel tajjeb għad-danni li din il-persuna sofriet f’dan l-inċident, minħabba nuqqas ta’ tiswija u/jew bini mill-ġdid ta’ dawn il-ħitan tas-sejjieħ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li qiegħed fl-istadju li jagħmel il-verifiki tiegħu dwar min hu s-sid tal-ħajt imsemmi.

Birżebbugia – Triq tal-Ġebel – irranġar tal-ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuga peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq? Fid-dawl li reċentement persuna weġġgħet serjament meta spiċċat ġo għalqa peress li ma kienx hemm ilqugħ bejn it-triq u l-għalqa meta hemm diżlivell bejn il-livell tat-triq u l-livell tal-għalqa, jista’ jgħid min ser jagħmel tajjeb għad-danni li din il-persuna sofriet f’dan l-inċident, minħabba nuqqas ta’ tiswija u/jew bini mill-ġdid ta’ dawn il-ħitan tas-sejjieħ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħitan tas-sejjieħ, bħall-ħitan diviżorji, huma regolati mill-Kapitlu 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Jekk issir referenza għal dan il-Kapitlu tal-Liġi, wieħed jista’ faċilment isir jaf min hu responsabbli għall-manutenzjoni jew għal ħlas ta’ danni skont il-każ. Min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, meta jirċievi rapport ta’ strutturi perikolużi, jiġi nkarigat perit tal-gvern biex jagħmel rapport fejn jidentifika l-periklu, jekk ikun hemm, u jirrakkomanda l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan ir-rapport jintbagħat lill-pulizija li min-naħa tagħha tinforma lis-sid biex ineħħi l-periklu.

Triq Blue Grotto Avenue – lanterni ma jixegħlux

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li tliet lanterni fi Triq Blue Grotto Avenue ilhom minn Awwissu li għadda ma jixegħlux? Meta ser jissewwew dawn it-tliet lanterni u fiex tikkonsisti l-ħsara fuqhom? X’inhi r-raġuni li għalkemm saru diversi rapporti fuq din il-ħsara, dawn it-tliet lanterni għadhom ma ssewwewx?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa tal-lanterni fi Triq Blue Grotto Avenue wara li ġiet identifikata ħsara f’cable li jinsab taħt l-art.