Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta pls – financial statements

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Enemalta plc?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif isir f’kull kumpaniji, l-estimi finanzjarji li qegħdin jiġu mitluba isiru fl-interess tal-operat tal-kumpanija. Dawn huma meqjusa kummerċjalment sensittivi u l-pubblikazzjoni tagħhom tista’ tippreġudika l-interessi tal-kumpanija.
Leg 13 PQ #23190 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta Aviation Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Air Malta Aviation Services Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entità kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistax tingħata.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (BORG, IAN)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23484 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-uzu ta’ ħafna rizorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ambaxxaturi — career diplomats

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma career diplomats?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Ambaxxaturi ta’ Malta li huma career diplomats.

Persuni li għandhom titlu tal-ambaxxatur u mhux akkreditati mal-ebda pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż huma dawn li ġejjin: Isem Sezzjoni Pozizzjoni Presenti Grad Sostantiv Fiona Jayne Formosa Direttorat għall-affarijiet Politiċi, Relazzjonijiet Esterni u Ewropej Direttur Ġenerali Ambaxxatur Helga Mizzi Uffiċċju tal-President Diplomatic Advisor Ambaxxatur Dr John Paul Grech Unjoni ghall-Mediterrann Deputat Segretarju Generali għall-Unjoni għall-Mediterran Ambaxxatur Simone Borg Ambaxxatriċi Tematika Tibdil fil-Klima Victor Camilleri Ambaxxatur Tematiku Organizazzjoni Maritima Internazzjonali Alan Deidun Ambaxxatur Tematiku Governanza Oċeanika Andre Xuereb Ambaxxatur Tematiku Affarjiet Diġitali Godfrey Baldacchino Ambaxxatur Tematiku Gzejjer u Stati Zgħar Joseph Calleja Ambaxxatur Tematiku Kultura

Ambaxxaturi akkreditati għal pajjiż barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointee?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointees.

Benefiċċju lill-inkwilini għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkwilin ibbenefika mill-benefiċċju għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995 mill-1 ta' Ġunju 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa 25 inkwilin ibbenefikaw minn sussidju fuq kirjiet li ilhom fis-seħħ minn qabel Ġunju 1995 u li l-kera tagħhom żdiedet permezz ta’ sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera.

Benefiċċju lis-sidien għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sid ibbenefika mill-benefiċċju għaż-żieda fil-kirjiet ta' qabel l-1995, mill-1 ta' Ġunju 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tas-sidien għal żieda fil-kera ssir quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera. L-inkwilini kollha li jissodisfaw il-kriterji tat-test tal-mezzi sabiex ikomplu l-kirja huma ntitolati għal sussidju u għalhekk in-numru ta’ sidien li bbenefikaw minn żieda fil-kera huwa viċin iċ-ċifra ndikata f’PQ23572.

MRI – magna mhix taħdem

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li l-magna fl-użu tal-MRI indikata bħala 1.2 Tesla mhijiex taħdem u mhijiex tiġi msewwija b’detriment għall-pazjenti li għandhom pacemaker?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei hemm tlett (3) MRI scanners, li bħalissa kollha qegħdin jaħdmu kif suppost.

Gudja – Triq l-Awrekarja – dawl mitfi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra u tara għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar, qegħdin fuq bażi regolari bid-dawl pubbliku fit-triq mitfi għall-ġimgħat twal? Tista’ tara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ssir it-tiswija neċessarja malajr?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru t-tiswijiet meħtiega mill-Enemalta.

Gudja – Triq l-Awrekarja – dawl mitfi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar jinsabu fuq bażi regolari bid-dawl tat-triq mitfi u dan għal ġimgħat twal? Jista’ jieħu passi sabiex issir it-tiswija neċessarja mingħajr dewmien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-ħsarat fit-toroq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Enemalta. Il-Kunsill Lokali għadda mill-ewwel r-rapport tiegħu u jirriżulta li l-ħsara ssewwiet.

Ir-Rabat Għawdex – bus stop quddiem it-Teatru Aurora

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus stop li hemm quddiem it-Teatru Aurora fir-Rabat, Għawdex hiex qiegħda fl-agħar post possibbli fejn wieħed jagħmel bus stop li minħabba fiha jieqaf it-traffiku tal-gżira għall-ħinijiet twal u għandu jinstab post alternattiv fl-istess Triq Repubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota tal-kontenut ta’ din il-mistoqsija parlamentari għal aktar konsiderazzjoni.

Social Work

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23461 u 23074 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23462 u 23075 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i. kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii. kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajji¿na?; iii. kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv. kemm minnhom ippre¿entaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23463 u 23076 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.