Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Skola ta’ Sannat – proġett ta’ pixxina terapewtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' pixxina terapewtika ġewwa l-Ispecial Unit fl-iskola Ta' Sannat? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġitx tender u jekk iva lil min ingħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-proġett tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-programm tax-xogħlijiet jitħabbar wara l-għażla tal-kuntrattur skont il-proċess tal-akkwist pubbliku.

Għawdex – tfal li m’għandhomx LSE

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk fil-preżent ġewwa Għawdex hemmx tfal tal-iskola li tul is-sena skolastika kurrenti, mhux qed jiġu akkumpanjati minn LSE minkejja li jeħtieġu dan? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm minn dawn it-tfal u jagħti r-raġunijiet għaliex is-servizz mhux offrut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat illi sakemm inġabret din l-informazzjoni f'Għawdex l-istudenti kollha li huma statemented għandhom is-sapport ta’ LSE.

COVID-19 – Pensjoni tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pensjoni se tinħadem skont l-Avviż Legali Numru 57 tal-2021.

COVID-19 – Pensjoni tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23902 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Raħal il-Ġdid – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 16,511 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 4. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

MRI – magna ma taħdimx

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23589, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jivverifika mill-ġdid billi jista’ jkun li din il-magna għad trid tiġi msewwija u jistax ukoll jikkonferma li pazjenti li għandhom pacemaker jistgħu jgħaddu mill-eżami tal-MRI taħt din il-magna partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23589, ninfurmah ukoll illi ma hemm l-ebda MRI Scanner 1.2 Tesla kif qed isemmi hu. Id-deċiżjoni jekk pazjenti li jkollhom pacemaker jiddaħlux fil-magna tal-MRI, tiddependi skont it-tip ta’ pacemaker li jkollhom u skont id-direzzjoni li tingħata mit-tim mediku tal-pazjent innifsu.
Leg 13 PQ #23904 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 4,721 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 3. Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

Mosta -Triq il-Kostituzzjoni – Parkeġġ bil-ħin

Question

Jista’ l-Ministru fil-kapaċità tiegħu bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport jara li naħa mit-Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta, tkun magħmula parkeġġ bil-ħin? Dan biex iservi ta’ għajnuna lill-komunità kummerċjali li ħafna drabi jgħin il-fatt li f’din iż-żona jkun hemm lok ta’ pparkjar, liema pparkjar bil-ħin ikun fis-seħħ fil-ħinijiet tal-ħwienet bejn is-7am sas-7pm. Wara s-7pm sas-7am ir-residenti jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu użu minn dan l-ipparkjar mingħajr restrizzjonijiet.

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari 10137 ta’ Seduta 229.

Ħal Far – bini mill-INDIS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-bini li qed isir f’Ħal-Far mill-INDIS, kemm-il unit se jkun hemm? X' inhu l-kejl ta’ kull unit?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta’ Indis Malta Ltd ghaddej fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far. (Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7497 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)

Ħal Far – bini mill-INDIS

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-units li qed jinbnew f’Ħal Far mill-INDIS ġewx allokati diġà jew għad iridu jiġu allokati? Jekk iva, lil liema kumpaniji ġew allokati u kif intgħażlu? Fuq liema mertu ġew jew se jiġu allokati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma hemm ebda xoghol ta’ kostruzzjoni ghaddej minnaha ta Indis Malta Ltd fil-present gewwa l-qasam industrijali ta’ Hal Far. (Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7498 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 532, tat-Tlieta, 11 ta' Jannar 2022)
Leg 13 PQ #23095 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – latrini li sarilhom refurbishmet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment fihom u fiex kien jikkonsisti matul is-sena 2020 u x'kienet l-ispiża f'kull waħda minnhom? Jista’ jgħid liema latrini u fejn jinsabu li hemm ippjanati li jsirilhom refurbishment fihom u fiex jikkonsisti u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rinnovar mill-qiegħ ta’ żewġ latrini – dik tal-Menqa ġewwa Marsalforn u dik tar-Rabat, triq taħt Putirjal. L-ispiża f’tar-Rabat kienet ta’ € 20,852.82 u l-ispiża fil-latrina tal-Menqa kienet ta’ € 15,982.39. L-ammont huma eskluż il-VAT. Latrini oħra ppjanati huma: tal-Qbajjar; tad-Dwejra; fix-Xewkija ta’ ħdejn il-klabb tal-boċċi; tar-Rabat ta’ ħdejn il-klabb tal-Hotspurs u; fix-Xlendi, il-latrina ta’ ħdejn il-parkeġġ.
Leg 13 PQ #23096 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021 xahar b'xahar? Jista’ jgħid xi gradi huma dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ħadu promozzjoni matul is-sena 2021 u fiex kienet tikkonsisti din il-promozzjoni li ħadu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Novembru 2021 kien hemm 15-il ħaddiem jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Team fi ħdan il-Ministeru. Il-gradi tal-ħaddiema jvarjaw minn Chief Scientific Officer sa Motor Transport Driver III. Matul is-sena 2021, kien hemm 3 ħaddiema li ħadu promozzjoni, 2 minnhom ġew promossi fil-grad ta’ Supervisor u wieħed fil-grad ta’ Motor Transport Driver III.
Leg 13 PQ #23109 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Heliport Ltd — applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa minn Gozo Heliport Ltd fuq art agrikola f'Novembru 2013 u approvata f'Diċembru 2013 u x'kien l-iskop li saret: DN/01609/13 'Location of development: Site at Ta' Lambert, Għajnsielem, Gozo Description of works: Deposition of material or soil on existing agricultural land?' X'tip ta’ xogħol kien sar, minn min kien sar u kemm kien ġie jiswa u għaliex sar dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23110 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tas-Sannat — Pjazza Santa Margerita - proġett

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22522 rigward il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jgħid: a) Jekk din is-sejħa ġietx ukoll riveduta mid-Direttorat ta’ Eco Gozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qabel ġiet ippubblikata t-tender mill-Kunsill Lokali ta' Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom? u b) Jekk kienx hemm rappreżentat (isem u kunjom) tal-Ministeru għal Għawdex li jkun bħala osservatur mal-membri tal-bord li evalwaw it-tender tal-proġett tal-Pjazza tas-Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ħarġet is-sejħa mill-Kunsill, din ġiet riveduta mill-Ministeru għal Għawdex, u wara li għalqet is-sejħa għall-offerti u bdew jiġu evalwati l-offerti minn membri maħtura mill-Kunsill b’mod awtonomu, kien hemm osservatur mill-Ministeru għal Għawdex mal-membri ta’ dan il-bord. B’rispett lejn il-Regoli fix-Xiri Pubbliku tal-Gvern, dan l-osservatur ma jkollu l-ebda aċċess għad-dettalji amministrattivi, tekniċi u/jew finanzjarji tal-offerti mixħuta u l-ebda nfluwenza fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord.
Leg 13 PQ #23111 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – estensjoni tal-Air Strip

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport (Feasibility Study) li sar fis-sena 2016 rigward il-proġett u l-estensjoni tal-Air Strip fix-Xewkija Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23112 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Proġett ta’ bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Wara s-Sur

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati ta' bini mill-ġdid tat-Triq ta' Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda x-xogħol peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq t-Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex ser jinbeda meta jinkisbu l-permessi neċessarji.

MIMCOL – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MIMCOL?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #23186 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malita Investments plc – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malita Investiment plc?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Property Management Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Property Management Services Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

PBS Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-PBS Ltd?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-aħħar Financial Statements tal-PBS Ltd.