Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq – libreriji pubbliċi – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta' Wied-il-Għajn, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li fil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u tletin (230) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, sitta u disgħin (296) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija u erbatax-il ktieb (114). Fil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn, disgħa u sittin (269) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, tnejn u tletin (232) ktieb, u in-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, ħamsa u disgħin (195) ktieb. Fil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u għaxar (210) kotba, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mija, tmienja u ħamsin (158) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, tlieta u tletin (133) ktieb.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità – Home-Based Therapeutic Services

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħol li wettqet l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità permezz tal-Home-Based Therapeutic Services (HBTS) mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm hemm professjonisti jaħdmu fl-HBTS u xi professjoni jħaddnu? Kemm huwa n-numru ta’ familji li qed jibbenefikaw illum minn dan is-servizz?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #24699 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Numru ta' Anzjani li jgħixu f'Marsaskala – anzjani li jgħixu d-dar waħidhom

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24008, jista’ l-Ministru jindika kemm minn l-2,570 anzjan li joqogħdu f’Marsaskala qed jgħixu d-dar waħidhom? Kemm huwa wkoll in-numru ta’ dawn l-anzjani li għandhom aktar minn 75 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2020, il-popolazzjoni tal-lokalità ta’ Marsaskala kienet stmata li tammonta għal 15,579. Minn dan l-għadd, il-persentaġġ ta’ residenti li kellhom 75 sena u fuqhom kien ta’ 4.2 fil-mija. Ta’ min jinnota li informazzjoni f’iktar dettall, inklu¿ in-numru ta’ anzjani f’Marsaskala li jgħixu d-dar waħidhom, tkun disponibbli ġaladarba jkunu ppublikati r-riżultati taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021.

Tielet Distrett – servizzi mogħtija mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’servizzi qegħdin jingħataw mill-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Marsaskala – rapporti ta’ reati kriminali lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru u t-tipi ta’ reati kriminali rrappurtati lill-Pulizija f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali li ġew reġistrati fis-sistema komputerizata tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Jannar 2022, u li seħħew fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn, huwa ta’ elf mitejn u wieħed u disgħin (1291), kif jidher fit-tabella hawn taħt li turi it-tipi ta’ reati rrapurtati. Infurmat illi ħafna miz-zieda ta’ kazi relatati ma droga kienu skoperti, b’rizultat ta’ approcc proattiv mill-membri tal-Korp, specjalment waqt road blocks. Ir-rapporti ta’ kazi ta’ frodi zdiedu konsegwenza ta’ online fraud, li kif jaf kulhadd huwa difficli li wieħed jippreveni. Madankollu il-Pulizja qed tkompli bil-kampanji tagħha biex twissi lill-pubbliku bid-diversi mezzi ta’ scams, inkluz romance scams, biex kemm jista jkun ma jaqax fin-nasba ta’ certi elementi kriminali. Min naħa l-oħra, ammont sostanzjali ta’ serq setgħa u ġie prevenut, minħabba x-xogħol pulizjesk li qed jiġi mmirat, biex dan ir-reat jiġi mrazzan’. Tip ta’ Reat 2019 2020 2021 2022 (sa Jannar) Total Reati relatati ma ħruq 4 2 1 0 7 Attentat ta’ offizi 24 10 10 1 45 Feriti fuq il-persuna 15 18 29 0 62 Uzu ħazin ta’ computer 6 12 6 1 25 RReati kontra l-paci pubblika 0 0 1 0 1 Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja 0 0 2 0 2 Hsarat 98 92 85 11 286 Vjolenza Domestika 77 76 70 2 225 Reati relatati ma droga 2 9 26 0 37 Falsifikazzjoni 0 1 4 0 5 Frodi 20 22 61 9 112 Reati relatati ma immigrazzjoni – dokumenti 0 1 0 0 1 Hasil ta’ flus 0 0 1 0 1 Pornografija 1 0 0 0 1 E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 9 7 13 1 30 Prostituzzjoni 0 0 1 0 1 Offizi sesswali 6 2 4 2 14 Reati ta’ serq 156 119 117 7 399 Theddid u vjolenza privata 8 11 4 0 23 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 5 8 1 0 14 Total 431 390 436 34 1291

Żurrieq – Triq il-Kunċizzjoni – flatwazzjoni fid-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Kunċizzjoni fiż-Żurrieq għandha d-dawl 'fluctuating' tant li bejn is-sitta u d-disa’ u nofs ta' filgħaxija r-residenzi ta' din it-triq qed jispiċċaw bla dawl barra li qiegħda ssir ħsara lill-appliances ta' dawn ir-residenzi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lill-Enemalta biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.

Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit – ħsara fid-dawl tal-ġnien

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24332, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm fir-risposta tagħha l-Ministru qalet li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit ġie rranġat, fil-fatt id-dawl tal-ġnien ta’ quddiem l-iskola li jinsab f’din it-triq għadu bil-ħsara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-dawl fiż-żona indikata ġie lura għan-normal.

Żurrieq – dawl mad-dawra tal-funtana — ħsara

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ta’ mad-dawra tal-funtana li tinsab fir-roundabout inti u dieħel iż-Żurrieq ilu diversi ġranet bil-ħsara u sal-lum għadha ma nstabitx soluzzjoni biex din il-ħsara tiġi rranġata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt it-triq. Id-dawl ta’ madwar il-funtana reġgħa nxtgħel.

Marsaskala — Bajja ta’ San Tumas - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24391, u jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li għaddej fil-Bajja ta' San Tumas, Marsaskala u jekk hemmx il-permessi neċessarji tal-Awtoritajiet kollha kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Fost id-diversi xogħlijiet li wettqet diġà madwar ix-xtut tal-pajjiż, Infrastructure Malta bniet breakwater ġdid fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, bniet mill-ġdid il-moll taċ-Ċirkewwa, bniet it-terminals tas-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, wieħed max-Xatt Ta’ Liesse, il-Belt Valletta u ieħor fl-Imġarr, Għawdex, bniet mill-ġdid diversi mollijiet u skali madwar il-kosta, kif ukoll tejbet il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex. Bħalissa l-aġenzija għaddejja bi proġetti oħra ta’ titjib fl-infrastruttura marittima li jinkludu diversi investimenti li qed isiru fil-Port il-Kbir, fejn fost oħrajn miexi x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tħammil fin-naħa ta’ ġewwa tal-istess port, sabiex isir aktar aċċessibbli għal vapuri kbar. Qed tagħmel ukoll tiswijiet u manutenzjoni estensiva tal-breakwater li jħares id-daħla tal-istess port. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed twettaq Grand Harbour Clean Air Project, investiment ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-i¿vilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru merkanzija waqt li jkunu ankrati fil-port. Dan l-investiment se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja li jikkaġunaw dawn il-bastimenti f’Malta, biex nagħtu arja aktar nadifa lill-eluf ta’ familji li jgħixu f’dan ir-reġjun. Infrastructure Malta għaddejja wkoll bil-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa, il-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla għas-servizz tal-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt Valletta, u l-bini ta’ prominad f’Sally Port, il-Birgu. F’Wied il-Għajn qed twettaq diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ mollijiet. Diġa lestiet tiswijiet u tisħiħ tal-mollijiet fiż-żona taż-Żonqor u bħalissa qed tagħmel xogħol simili mal-mollijiet tan-naħa l-oħra tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn, fejn dalwaqt ser tibda wkoll tisħiħ u titjib tal-breakwater li hemm f’din iż-żona. Fiż-żona indikata, il-Bajja ta’ San Tumas, Infrastructure Malta diġa wettqet ħafna xogħlijiet. Fost oħrajn irranġat u saħħet il-mollijiet, jetties, ħitan u turġien li ju¿aw id-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u dawk li jgħumu f’din il-bajja. Dawn kienu tkissru minħabba l-maltemp u snin twal ta’ telqa minn amministrazzjonijiet preċedenti f’din iż-żona. Partijiet minnhom tant kienu fi stat ħażin li kellhom jinbnew mill-ġdid. Infrastructure Malta irranġathom u saħħithom sabiex tneħħi l-periklu lill-pubbliku, hekk kif inhi obbligata li tagħmel, u tiżgura li l-bajja tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd. Bħalissa l-aġenzija qed tibni mill-ġdid it-triq biswit l-istess bajja. Filwaqt li qabel bdiet dawn ix-xogħlijiet ikkonsultat lill-entitajiet u l-awtoritajiet kollha konċernati sabiex tiżgura li x-xogħlijiet isiru b’kawtela u mingħajr ebda impatt fuq l-ambjent marittimu tal-inħawi, ma kienx hemm bżonn jinkisbu permessi għal xogħlijiet ta’ tisħiħ ta’ strutturi pubbliċi eżistenti li kienu f’periklu li jiġġarfu u tat-triq fl-istess bajja.

Marsaskala – Triq San Ġorġ – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għaddejin fi Triq San Ġorġ, Marsaskala u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex koperti bil-permessi neċessarji tal-Awtoritajiet kollha kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Fost id-diversi xogħlijiet li wettqet diġà madwar ix-xtut tal-pajjiż, Infrastructure Malta bniet breakwater ġdid fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, bniet mill-ġdid il-moll taċ-Ċirkewwa, bniet it-terminals tas-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, wieħed max-Xatt Ta’ Liesse, il-Belt Valletta u ieħor fl-Imġarr, Għawdex, bniet mill-ġdid diversi mollijiet u skali madwar il-kosta, kif ukoll tejbet il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex. Bħalissa l-aġenzija għaddejja bi proġetti oħra ta’ titjib fl-infrastruttura marittima li jinkludu diversi investimenti li qed isiru fil-Port il-Kbir, fejn fost oħrajn miexi x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tħammil fin-naħa ta’ ġewwa tal-istess port, sabiex isir aktar aċċessibbli għal vapuri kbar. Qed tagħmel ukoll tiswijiet u manutenzjoni estensiva tal-breakwater li jħares id-daħla tal-istess port. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed twettaq Grand Harbour Clean Air Project, investiment ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-i¿vilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru merkanzija waqt li jkunu ankrati fil-port. Dan l-investiment se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja li jikkaġunaw dawn il-bastimenti f’Malta, biex nagħtu arja aktar nadifa lill-eluf ta’ familji li jgħixu f’dan ir-reġjun. Infrastructure Malta għaddejja wkoll bil-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa, il-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla għas-servizz tal-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt Valletta, u l-bini ta’ prominad f’Sally Port, il-Birgu. F’Wied il-Għajn qed twettaq diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ mollijiet. Diġa lestiet tiswijiet u tisħiħ tal-mollijiet fiż-Żona taż-Żonqor u anke wettqet ħafna xogħlijiet fil-Bajja ta’ San Tumas fejn fost oħrajn irranġat u saħħet il-mollijiet, jetties, ħitan u turġien li ju¿aw id-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u dawk li jgħumu f’din il-bajja. Dawn kienu tkissru minħabba l-maltemp u snin twal ta’ telqa minn amministrazzjonijiet preċedenti f’din iż-żona. Partijiet minnhom tant kienu fi stat ħażin li kellhom jinbnew mill-ġdid. Infrastructure Malta irranġathom u saħħithom sabiex tneħħi l-periklu lill-pubbliku, hekk kif inhi obbligata li tagħmel, u tiżgura li l-bajja tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd. Bħalissa l-aġenzija qed tagħmel xogħol simili mal-mollijiet tan-naħa l-oħra tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn, fiż-żona indikata. Kif wieħed għadu jista' jara l-istrutturi kienu fi stat ħażin ħafna u kien għalhekk li kellu jsir intervent t’emerġenza fiż-żona. L-entitajiet kollha konċernati nkluż l-Awtorità tal-Ippjanar huma mgħarrfa b’dawn ix-xogħlijiet skont kif stipulat bil-liġi. Infrastructure Malta ghandha wkoll permess tal-iżvilupp sabiex fiż-żmien li ġej tirranġa u ttejjeb il-breakwater fl-istess żona.
Leg 13 PQ #24712 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dewmien ta’ sigħat biex karozzi jaqsmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm dewmien ta' bosta sigħat sabiex jaqsmu l-karozzi bejn Malta u Għawdex fl-għaxija tad-9 ta' Frar 2022? F'liema ħin ħadem in-Nikolaos u kemm-il vjaġġ għamel fl-istess jum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kumpanija kienet qed topera bi tlett vapuri; MV NIKOLAOS, MV TA PINU u MV GAUDOS. Il-bastiment MV MALITA - li kien qiegħed fil-baċir biex isirulu l-manutenzjonijiet rikjesti mill-awtoritajiet - kien ippjanat li jkompli jopera l-Ħamis filgħodu. Iżda minħabba ċirkostanzi varji li l-kumpanija ma kellha l-ebda kontroll fuqhom, l-MV Malita kien barra l-bacir ta’ Palumbo fis-18.15. Hekk kif sarulu s-sea trials, l-vapur salpa lejn iċ-Ċirkewwa fejn hemmhekk komplew isiru l-perparamenti biex ikun jista jibda jopera. Min-naħa l-oħra, nhar l-Erbgha 9 ta’ Frar, il-vapur MV NIKOLAOS għamel l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa fil-4.45 u l-aħħar vjaġġ mill-Mgarr fl-16.00. Ghamel vjaġġ addizjonali fl-22.10 miċ-Ċirkewwa u fil-22.50 mill-Mġarr.
Leg 13 PQ #24713 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dar San Ġużepp – problemi ta’ titlu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx problemi ta' titlu fuq Dar San Ġużepp li ġiet mikrija mill-Kurja ta' Għawdex lill-Gvern sabiex tiġi kkonvertita f'dar għall-anzjani u jekk dawn il-problemi humiex qed ixekklu l-iżvilupp tal-istess dar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’inhiex infurmat b’tali problemi.
Leg 13 PQ #24714 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd. — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23948 u jikkonferma li s-sit mikri għandu problemi ta' stabilità li qed iżommu x-xogħol ta' finitura tiegħu? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet rimedjali u min hu responsabbli li jagħmilhom? Meta ser jibda jintuża dan is-sit bħala uffiċċju tal-kumpanija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Public Broadcasting Services – Chairman Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24294 u jgħid kemm hu s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Chairperson Eżekuttiv iġorr salarju ta’ €80,000. Inżid infakkru li din hi l-ewwel darba li ż-żewġ rwoli, dak ta’ Kap Eżekuttiv u ta’ Chairperson tal-Public Broadcasting Services Ltd, ġew amalgamati flimkien.

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24101 u 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Malta Enterprise – ishma f’kumpaniji

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24251 u tindika kemm-il darba fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat ishma f'kumpaniji li kienet assistiet u kemm intefqu flus f'kull istanza? X'sar f'kull istanza mill-investiment imwettaq minn Malta Enterprise?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat biss ishma fil-kumpanija MTRACE. L-irwol tal-Malta Enterprise f’dan il-każ huwa li tara li din il-faċilità titlesta u tintuża għall-benefiċċju tal-pazjenti.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema li jagħmlu xogħol f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22932 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol f’Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn - bħala post - jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu, hija kif tidher hawn taħt: Mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hemm 83 uffiċjal li jaħdmu fit-Taqsima tal-Back Office ġewwa Għawdex. Li tali taqsima qiegħda fiċ-Ċentru Amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex, f’Pjazza San Franġisk, ir-Rabat. Ix-xogħol ivarja skont ir-responsabbiltajiet li jinkludu; xogħol maniġerjali (8 uffiċjali), xogħol klerikali u amminstrattiv (71 uffiċjal) gradi ġenerali u messaġġier (4 ħaddiema). Il-gradi huma mqassma hekk: Grad Numru Grad Numru Assistent Direttur 1 Executive Officer 11 Manager II 1 Senior Clerk 18 Manager I 1 Clerk 3 Senior Principal Officer 5 Senior Operative 3 Principal Officer 5 Messenger 1 Assistant Principal Officer 34 Dawn l-uffiċjali ilhom jaħdmu f’Għawdex kif indikat hawn isfel: Minn Numru Minn Numru 1987 2 2001 2 1988 1 2003 1 1990 2 2005 2 1991 1 2008 8 1994 1 2009 1 1995 3 2012 7 1996 3 2013 2 1997 1 2014 1 1998 21 2017 3 1999 17 2018 1 2000 2 2020 1 Barra minn hekk, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mal-Fergħa ta’ Għawdex tal-FSWS jaħdmu 32 impjgat. Dawn huma mqassmin kif ġej: 1. Direttur x 1 2. Manager x 1 3. Counsellor x 1 4. Family Therapist x 1 5. Senior Social Mentor x 1 6. Research Executive x 1 7. Precincts Handler x 1 8. Social Welfare Professional x 2 9. Social Support Worker x 3 10. Administration Executives x 4 11. Social Workers x 16 Minbarra dawn nhemm 3 persuni ingaġġati fuq contract for service (waħda full-time u tnejn part-time) waqt li l-kuntrattur li rebaħ l-appalt għat-tindif għandu 4 impjegati jagħmlu xogħol ta’ tindif mad-diversi ċentri li l-Fondazzjoni għandha ġewwa Għawdex. Informazzjoni dwar id-data tal-ingaġġ tal-impjegati imsemmija għall-Fondazzjoni tas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23796 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – nefqa fuq l-inawgurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22838 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22666, jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' inawgurazzjoni uffiċjali li saret fi Triq Sant Antnin f'Għajnsielem tal-ewwel kisja asfalt ta' parti minn din it-triq nhar it-12 ta' Novembru 2020? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanata inawgurazzjoni oħra wara li din it-triq titlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22305 u 22839 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn - bħala post - jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi u jaħdmu ġewwa Għawdex huma dawn. Erba’ persuni li jaħdmu bħala Fisheries Protection Officers. Xogħolhom hu nfurzar tar-regolamenti tas-Sajd, Spezzjonijiet meħtieġa f’portijiet, fuq bastimenti tas-sajd, eċċ. L-ispezzjonijiet jistgħu jiffokaw fuq iż-żoni tas-sajd, fuq il-qbid tal-ħut, fuq il-bastimenti tas-sajd infushom, eċċ. Assistant Manager wieħed fejn jinforza u jieħu ħsieb l-istess infurzar tal-Fisheries Protection Officers. Fuq din is-sezzjoni nsibu Manager 1 li mmaniġja, jissorvelja u jipparteċipa fix-xogħol ta’ inforzar tar-regolamenti tas-Sajd. Jikkoordina x-xogħol fuq l-ispezzjonijiet meħtieġa f’portijiet, fuq bastimenti tas-sajd, eċċ. Assistant clerk li tagħmel dmirijiet ġenerali amministrattivi. Disa’ persuni jaħdmu bħala Landing Attendant li jagħmlu spezzjonijiet fuq landing tal-ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd. Dawn jaħdmu fuq roster bejn l-Uffiċċju tas-Sajd, Għawdex u l-Landing Office tal-Veccja, San Pawl il-Baħar.

Ta’ Sannat Għawdex – progett ta’ riġinerazzjoni ta’ Pjazza Santa Margerita

Question

B'referenza għall-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal Ta’ Sannat, jista' ġentilment il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar dan il-proġett li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid f'liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat bħalissa qed isiru trial holes biex jiġi stabbilit fejn ser isir il-walk through service culvert fil-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita. Dan ix-xogħol infrastrutturali beda fl-1 ta’ Frar 2022.