Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar — Persuni nominati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki u esperjenza għandhom l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament biex jigu nominati biex iservu fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni maħtura fuq il-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar jissodisfaw ir-rekwiżiti li jistipula l-Artikolu 63 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552).

Noise pollution

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment konċernat jivverifika d-decibels ta’ ħsejjes li qed jaslu għand dar f’San Ġiljan li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li din il-materja hija ta’ natura privata u ma tikkonċernax il-Ministeru tiegħi.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23680 u ċjoè: Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk: (a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le; (b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja; (c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika; (d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika; (e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti; (f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika; (g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet jirrizulta li l-imsemmija propjeta giet allokata lill-MTI fl-2014(12 ta’Mejju 2014) b’€500 fis-sena revedibbli kull 5 snin.

Rabat – Triq l-Għeriexem – inawgurazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23684 u jgħid kemm ġiet tiswa l-inawgurazzjoni ta’ Triq l-Għexierem fir-Rabat? Jista’ jgħid wkoll jekk ix-xogħol fuq din it-triq hux lest totalment jew jekk għadx fadal xi xogħol pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninsab perpless kif kif minn proġett t’€4 miljun li għadha kif lestiet Infrastructure Malta, l-Oppożizzjoni u x-shadow minister għat-Trasport u l-Infrastruttura jidher li jinteressahom biss kemm swiet l-inawgurazzjoni tiegħu. Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ Triq Għeriexem u l-bini tal-belvedere ġdid li jħares fuq Wied Għeriexem, b’rotta pedonali aktar sigura bejn l-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa, f’Novembru li għadda. Dan il-proġett ta’ €4 miljun jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq fuq pedamenti aktar b’saħħithom, biex rażżan snin twal ta’ ħsarat ikkaw¿ati miċ-ċediment tal-art taħt l-istess triq, kif ukoll belvedere ġdid b’bankini u punti ta’ qsim aktar siguri fi triq li qabel ma kien fiha l-ebda infrastruttura għal dawk li jgħaddu minnha bil-mixi. It-triq issa fiha wkoll aktar spazji għall-parkeġġ, stazzjon għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi, l-ewwel mogħdijiet solari f’Malta, dawl dekorattiv, bankijiet u ringiela konok b’40 siġra ġdida u pjanti oħrajn. Ir-residenti li jgħixu f’din it-triq kien ilhom għexieren ta’ snin jappellaw lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni ħalli s-sisien ta’ din it-triq ma jibqgħux iċedu u jikkaġunaw ħsarat kbar lid-djar tagħhom, b’uħud minnhom saħansitra kienu f’periklu li jiġġarfu. Kif qal l-Uffiċjal Kap E¿ekuttiv ta’ Infrastructure Malta meta lestejna dan l-investiment, dan kien “proġett li fil-passat ħadd ma ried imiss miegħu. Proġett mimli problemi li anke waħda minnhom biss tasal taqtagħlek qalbek.” L-Onorevoli Bezzina jaf sew kif amministrazzjonijiet preċedenti qatt ma ppruvaw jagħmlu xejn biex jgħinu lir-residenti ta’ Triq Għeriexem. Investigazzjonijiet ġeotekniċi li saru waqt l-ippjanar ta’ dan il-proġett ikkonfermaw li din it-triq twila 800 metru tinsab fuq saffi ta’ blat imxaqqaq u tafal. Il-ħajt antik li kienet isserraħ fuqu t-triq kien fih ħafna konsenturi u beda jmil peress li kien qed jiġi mbuttat ’il barra biċ-ċaqlieq fis-saffi fondi ta’ materjal instabbli li hemm taħt it-triq. Hekk kif dawn is-saffi ċedew, is-sistemi tas-servizzi taħt l-art f’din it-triq ukoll ġarrbu ħsarat, bil-konsegwenza li l-ħruġ tal-ilma u d-drenaġġ kompla ggrava l-problema. Infrastructure Malta bniet it-triq ġdida u l-belvedere magħha fuq 370 pilastru tal-konkos u l-azzar imniffdin bejn tlieta u ħames sulari taħt l-art. Ix-xogħlijiet kollha tal-iskavar tal-proġett saru taħt il-ħarsien ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Infrastructure Malta biddlet id-disinn tal-istruttura tat-triq biex diversi fdalijiet li nstabu waqt ix-xogħlijiet, u li potenzjalment għandhom importanza arkeoloġika, ġew mħarsa u jibqgħu aċċessibbli għal aktar studji fil-futur. Bħala parti mill-istruttura ġdida li fuqha sserraħ it-triq, hemm mina (walk-through culvert) li minnha jgħaddu l-cables tal-elettriku għat-tisħiħ tas-sistema tal-provvista tal-elettriku f’dawn l-inħawi. Infrastructure Malta bniet din il-mina taħt lart twila 600 metru b’260 biċċa tal-konkos maħduma apposta minn qabel forma ta’ ‘U’. Din il-mina se tnaqqas il-ħtieġa li t-triq terġa’ titħaffer meta fil-futur ikun hemm bżonn tiswijiet jew xogħol ieħor ta’ titjib. Il-proġett jinkludi wkoll sistemi ġodda tad-drenaġġ u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-provvista tas-servizzi tal-ilma, u pajpijiet għall-cables biex ġew imtejba s-servizzi tal-internet u telekomunikazzjonijiet oħra f’din iż-żona tar-Rabat. Il-pannelli fotovoltajċi tal-mogħdija solari ġdida jaħdmu b’teknoloġija innovattiva għall-bankini solari li qed tiġi introdotta f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn. Dawn il-pannelli huma magħmulin minn ċelloli fotovoltajċi rqaq ħafna (ftit millimetri) imdaħħlin fl-art tal-bankina u mgħottija b’saffi ta’ materjali ta’ reżina u polymers trasparenti, b’saħħithom biżżejjed biex tgħaddi minn fuqhom bil-mixi, bir-rota u anke b’vetturi żgħar, filwaqt li għandhom wiċċ bl-istess reżistenza kontra ż-żliq bħal kull art oħra bil-konkos jew pavimentata. Dawn il-pannelli fotovoltajċi jiġġeneraw aktar minn 4,600 kWh t’elettriku kull sena, jiffrankaw 21 tunnellata f’emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u jipprovdu biżżejjed elettriku għal 40% tal-lanterni fi Triq Għeriexem. Dan huwa l-ewwel pass biex fil-futur isiru aktar mogħdijiet u korsiji għar-roti b’sistemi fotovoltajċi. Tajt ħafna figuri, iżda l-Onorevoli Bezzina jinteressah biss minn waħda – kemm swiet l-inawgurazzjoni. Nieħu gost infakkar li dan il-proġett inawgurajnih bis-sehem tal-komunità Rabtija, b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Infrastructure Malta u l-kuntratturi tal-proġett. Ridna li nirrikonoxxu l-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu fuq dan il-proġett, iżda ridna wkoll nirringrazzjaw lir-residenti u l-ħaddiema tal-inħawi għall-paċenzja u l-koperazzjoni tagħhom. Għal din l-attività tal-inawgurazzjoni fid-19 ta’ Novembru 2021, bis-sehem tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, għaqdiet differenti tar-Rabat u anke t-tfal tal-iskola ta’ din il-lokalità, Infrastructure Malta ħallset €11,866.10, VAT inkluża. Dan ifisser 12-il darba inqas mill-ispiża tal-inawgurazzjoni ta’ Pjazza San Ġorg fl-2009, meta kienu ntefqu €141,770 f’attivitajiet t’inawgurazzjoni għal proġett b’investiment infrastrutturali ta’ €1.2 miljun (kwart tal-proġett tal-Għeriexem), jew tmien darbiet inqas l-ispiża ta’ €80,123 li ntefqet fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ €10 miljun għat-terminus ġdid meta f’Malta waslu l-bendy buses u xarabanks oħrajn tal-Arriva f’Lulju 2011. Ix-xogħlijiet fi Triq Għeriexem huma lesti. Issa Infrastructure Malta qed tagħmel xogħlijiet oħrajn fl-istess inħawi, fosthom il-bini mill-ġdid ta’ Triq Toni Farrugia, li tagħti għal Triq Għeriexem, u l-pavimentar tat-trejqa fil-wied fid-direzzjoni tal-Bypass tal-Imtarfa bi grass block pavers, biex tkun tista’ tintuża kemm mill-bdiewa, kif ukoll bħala passaġġ pedonali sigur qalb il-kampanja, bejn ir-Rabat u l-Imtarfa.
Leg 13 PQ #23772 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23773 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23774 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Tista’ tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? Tista' tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fran jistgħu jikkwalifikaw taħt numru ta’ skemi li toffri l-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi ta’ assistenza jistgħu jiġu użati skont kif ikun reġistrat in-negozju u skont l-investiment li jsir, inkluż it-tip ta’ negozju msemmi.

Korp tal-Pulizija – taqsima tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-mument membri fil-Korp tal-Pulizija li jagħmlu parti mit-Taqsima tat-Traffiku fl-istess Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hemm wieħed u erbgħin (41) membru fil-Korp tal-Pulizija li jagħmlu parti mit-Taqsima tat-Traffiku f’dawn il-Gżejjer.

Korp tal-Pulizija – taqsima tat-traffiku – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għat-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u jekk hemmx il-ħsieb li tali taqsima tiġi abolita u/jew tiġi inkorporata ma' taqsima oħra fl-istess Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ħsieb tal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija huwa illi t-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tkompli tissaħħaħ.

Korp tal-Pulizija – membri li jinsabu sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-Korp stante li hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi prezentament hemm seba’ u tletin (37) membru tal-Korp tal-Pulizija, li bħalissa huma sospiżi minħabba xi proċeduri li hemm għaddejjin fil-konfront tagħhom.

Immigranti irregolari rritornati lejn pajjiżhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22493 u jgħid kemm eżattament kienu l-immigranti irregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi in-numru ta’ immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom matul l-2021 jammonta għal 448, li jinkludu 40 persuna li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom wara li urew ix-xewqa li jirritornaw volontarjament. Fl-2021 kien hemm numru rekord ta’ ritorn ta’ immigranti li waslu Malta b’mod irregolari u mingħajr dokumenti, mertu tal-ħidma tal-Pulizija u r-Returns Unit li waqqafna fl-2021. Ir-ritorn lejn il-pajjiżi tal-oriġinu serva sabiex ikompli jkun miġġieled it-traffikar tal-bnedmin u jonqos in-numru ta' wasliet irregolari f'pajjiżna matul l-2021.

Immigranti irregolari rritornati lejn pajjiżhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22494 u jgħid x'kienet l-età ta’ kull immigrant irregolari li ġie rritornat/a lejn pajjiżu/ha fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li għaddiet , l-age bracket tal-immigranti rregolari li ġew rritornati lejn pajjiżhom, kienet kif jidher fit-tabella hawn taħt: Age Bracket 0-13 14-17 18-34 34+ Total Maskili 0 3 224 93 320 Femmili 1 0 17 12 30

Ripatriazzjoni tal-immigranti irregolari — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22495 u jgħid min ħallas għar-ripatriazzjoni tal-immigranti irregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2021 u kemm kienet l-ispiża għal dan? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ispiża mħallsa għar-ripatriazzjoni ta’ immigranti rregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel 9 xhur tas-sena li għaddiet, kienet ta’ €554.800.80. Minn din is somma, l-ammont ta’ €393,477.22 huwa kopert minn fondi Ewropej filwaqt li l-ammont ta’ €161,323.58 kien kopert minn fondi nazzjonali. Dan l-ammont jinkludi ukoll in-nefqa relatata mar-ritorn voluntarju ta’ immigranti rregolari lejn pajjiżhom.

Għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tul is-sena skolastika kurrenti hemm għalliema mħarrġin biex jgħallmu tfal bid-diżabilitajiet segwenti: nuqqas ta' dawl, awtiżmu u sfidi fl-imġieba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li tul is-sena skolastika kurrenti kien hemm 173 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’nuqqas ta' dawl, 447 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal b’awtiżmu u 135 għalliema li ġew mħarrġin biex jgħallmu tfal bi sfidi fl-imġieba.

Għalliem tal-kindergarten – kriterji għall-warrant

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhuma l-kriterji biex għalliem tal-kindergarten jasal jieħu l-warrant? Jista' jispjega wkoll jekk għalliema tal-kindergarten ikkwalifikawx jew hux se jikkwalifikaw għall-arretrati fi ħlas lil dawk l-edukaturi li għandhom 20 sena servizz jew aktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-warrant ma jingħatax lill-edukaturi tal-Kindergarten. Skont il-ftehim settorali li sar bejn il-Gvern u l-MUT huma l-għalliema regolari li jikkwalifikaw għal ħlas ta’ allowance għal min ilu jagħti servizz għal iktar minn għoxrin sena.

Fast Ferry – EDU Fast Ferry Card

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'kienu r-raġunijiet għaliex s'issa l-EDU Fast Ferry Card imwiegħda biex tintuża fuq il-fast ferry li jaqsam bejn Malta u Għawdex, għad ma daħlitx fis-seħħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Pool reliever tal-LSEs

Question

Wara li numru ta' LSEs ġew trasferiti biex jaħdmu f'Għawdex reċentement, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux se joħloq pool ta' reliever LSE ġewwa Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi f’Għawdex diġà hemm pool ta’ LSE relievers.