Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlasijiet lil rappreżentant tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-Ġustizzja li jidhru fuq il-programm "Kalamita"

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet qed isiru sabiex rappreżentant tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-Ġustizzja jidhru fuq il-programm "Kalamita" fuq "One TV" u kemm ser jibqgħu jsiru dawn il-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpelland li l-informazzjoni mitluba għandha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23708 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pedestall storiku ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta magħrufa tal-Għonq fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria u xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' dan il-pedestall?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marta qiegħed miġbur.

Trattattivi ma’ Steward Health Care dwar il-konċessjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23628, jista' Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma dak li stqarr il-Ministru għall-Finanzi, li t-taħdidiet ma' Steward Health Care ilhom li waqfu? Meta saret l-aħħar laqgħa ma' Steward Health Care? X'qed jistenna l-Gvern mingħand Steward Health Care u kif qed isiru l-kuntatti li għamel referenza għalihom fit-tweġiba msemmija? Meta u kif saru dawn il-kuntatti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li mhux qed isiru xi laqgħat dwar xi revizjoni tal-kuntratt ma’ Steward, laqgħat dwar l-operat tal-entitajiet isiru fuq bażi regolari.
Leg 13 PQ #23710 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq it-Tabib Anton Tabone Tlestija ta’ asfaltar mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta kompletament l-asfaltar mill-ġdid ta' dik il-parti ta' Triq it-Tabib Anton Tabone bejn Ta' Sannat u r-Rabat, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa diġa kkuntrattat u ser isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23711 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — beach cleaners impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23253 u jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu mpjegati 43 beach cleaners f’dawn il-bajjiet/postijiet: 1. Bajjiet ta’ Marsalforn, 2. Xlendi, 3. Ħondoq, 4. Dwejra, 5. Ramla l-Hamra, 6. Bajjiet tal-gżira ta’ Kemmuna, 7. Xatt l-Aħmar, 8. Daħlet Qorrot, Bajjiet tal l-Mġarr, 9. San Blas, 10. u fil-garaxx responsabbli għall-manutenzjoni tal-bajjiet.

Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ membri li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum matul il-ġimgħa fit-Tielet Distrett? Jista’ jgħid x’inhuma l-ħinijiet miftuħa ta’ dawn iċ-Ċentri u jekk il-membri jingħatawx xi ikel jew xorb waqt dawn l-attivitajiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Tielet Distrett hemm żewġ Ċentri ta’ Matul il-Jum, wieħed fiż-Żejtun u ieħor f’Marsaskala. Fiċ-Ċentru taż-Żejtun jattendu 37 membru filwaqt li fiċ-ċentru ta’ Marsaskala jattendu 65 membru. Fil-mument bħala miżura preventiva kontra l-Covid-19 qegħdin jiġu aċċettati mhux aktar minn 15-il membru fl-istess ċentru. Dawn iċ-ċentri jiftħu mis-sebgħa ta’ filgħodu sat-tlieta u kwart ta’ wara nofs in-nhar u l-membri li jattendu jiġu provduti ikel ħafif bħal te`, ilma, kafè u sandwiches.

Numru ta’ Anzjani li jgħixu f’Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ anzjani li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23717 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direzzjoni hi li kemm jista’ jkun ma jiġux irrifjutati permessi għat-telework, sakemm is-servizz ma jiġix impattat negattivament. Minħabba ċ-ċirkostanzi kurrenti bla preċedent kif ukoll il-qalba għar-remote working, ikun hemm ħafna drabi li fihom jingħataw permessi temporanji għal telework u allura n-numri mogħtija mhux neċessarjament jirriflettu l-qagħda kollha. Sadanittant ċifri se jkunu qed jingħataw f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23717.

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 23740.

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 23741.
Leg 13 PQ #23740 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-2013?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908.
Leg 13 PQ #23741 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm individwi impjegati mas-settur pubbliku fl-aħħar ta’ Novembru 2021?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fl-2021 l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta’ 22% tal-persuni kollha li jaħdmu f’Malta. Dan il-persentaġġ ta’ ħaddiema huwa 5% inqas mill-persentaġġ f'Diċembru 2012.

Konsultazzjonijiet mat-tobba online

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif pazjenti jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online jekk ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online billi jċemplu lit-Telemedicine Client Support Centre fuq 21 231 231 jew 21 222 444 u jistaqsu biex ikellmu lit-tabib. Minn hawnhekk t-tabib ikun jista jigwida l-pazjenti skont l-esiġenza.

Infermiera li m’għadhomx jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubbliku mill-2017 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2021 kienet 83.

Separazzjonijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

Social work

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23650, 23461 u 23074 u ċioè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS): 1. Toffri opportunitatjiet ta’ xogħol fis-sajf lil dawk l-istudenti li jattendu l-Junior College. Dan sabiex dawn ikunu esposti għal xogħol fil-qasam soċjali u wkoll jiġu mħajjra sabiex ’il-quddiem jagħżlu l-vokazzjoni ta’ Ħaddiema Soċjali. 2. Studenti li jkunu Junior College jagħmlu proġetti tas-Systems of Knowledge mal-Fondazzjoni, fejn l-istudenti jew jagħmlu volontarjat jew inkella jkollhom intervista ma’ xi ħadd espert, sabiex jingħataw ħarsa ġenerali tas-servizzi li tagħti l-Fondazzjoni u wkoll iħajruhom li jagħżlu din il-professjoni. 3. Fuq bażi regolari ikun hemm prezenza fuq il-media, fejn nies li jaħdmu mal-Fondazzjoni jagħtu informazzjoni dwar it-tipi differenti ta’ opportunitatjiet ta’ xogħol, fosthom ħaddiema soċjali, sabiex iħeġġu aktar nies li jibdew il-kors universitarju. 4. Sar video li jintwera fuq il-mezzi tax-xandir fejn jingħata tagħrif dwar ix-xogħol tal-Fondazzjoni, speċjalment ix-xogħol li jitwettaq mill-Ħaddiema Soċjali. Dan sabiex dejjem iħajjar aktar nies li jibdew il-kors universitarju tal-Ħaddiema Soċjali. 5. Waqt il-Freshers’ Week ta’ l-Università il-Fondazzjoni jkollha prezenza sabiex tagħti tagħrif siewi dwar ix-xogħol ta’ Ħaddiema Soċjali mal-fondazzjoni. 6. Tajjeb wieħed isemmi li bejn il-Fondazzjoni u l-Universita’ hemm kollaborazzjoni sħiħa sabiex studenti li jkunu daħlu fil-kors ikollhom Placement A u Placement B mal-Fondazzjoni ħalli dawn ikunu esposti għax-xogħol ta’ Ħaddiema Soċjali. Dan apparti li jsiru sejħiet għal xogħol part-time għal dawk l-istudenti li jistgħu jaħdmu għal xi siegħat sabiex jiksbu aktar esperjenza u ‘l quddiem ikollhom xogħol mal-Fondazzjoni. Dan sabiex wieħed jinkoraġġixxi li dawn l-istudenti jibqgħu sa l-aħħar tal-kors, jittellgħu seminars fejn tinagħata informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi kif ukoll dettalji oħra dwar il-pakkett finanzjarju tal-Ħaddiema Soċjali kif spjegat fid-dettal fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22703.

Programm ta' Riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23651, 23462 u 23075 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i. kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii. kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajjiżna?; iii. kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv. kemm minnhom ippreżentaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: OASI Number of Current Contacts i Total persons currently receiving treatment 66 iii Gender Female 9 Male 57 Other 0 iv Primary Drug / Addiction Alcohol 22 Cannabis 3 Cocaine 31 Ecstasy 1 Heroin 6 MDMA and derivatives 1 Other drugs 1 Gambling 1 NB - L-informazzjoni rigward l-klijenti tal-OASI tinkludi l-kuntatti kollha tal-OASI, inkluż ukoll, għajnuna għal problema tal-Alcohol u l-logħob. Caritas Number of Current Contacts i Total persons currently receiving treatment 46 iii Gender Female 10 Male 36 Other 0 iv Primary Drug / Addiction Cannabis 20% tal-każijiet Cocaine 45% tal-każijiet Heroin 31% tal-każijiet NB - (Caritas ukoll bhalissa qed issegwi 591 persuna fuq bazi outpatient dwar problema ta’ droga kif ukoll 332 persuna familjari ta xi hadd li ghandu problema ta’ droga)