Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23942 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23634 u 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23941
Leg 13 PQ #23943 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Diċembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23942
Leg 13 PQ #23944 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ'Attard — Triq Durumblat - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Durumblat, bejn il-Mosta u Ħ'Attard fejn ix-xogħol jidher li waqaf fin-nofs?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġà qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. Żewġ toroq li kellu jsir titjib fihom bħala parti mill-pjan għal din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. Filwaqt li Triq San Pawl tal-Qliegħa tlestiet is-sena li għaddiet, ix-xogħlijiet fi Triq Durumblat kellhom isiru f’fażijiet minħabba li din hija arterja ta' 1.8 kilometri bejn Ħ’Attard, Ta’ Qali u l-Mosta. Minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt, din it-triq kienet tirrikjedi li fiha jsiru diversi xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ, elettriku u telekomunikazzjoni li ntalbu mill-entitajiet rispettivi biex isiru mill-aġenzija, kif ukoll dwal tat-triq ġodda. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed tintroduċi roundabouts u punti ta’ qsim (pelican crossings) għal aktar sigurezza f’din it-triq, kif ukoll qed tibni bankini biex tiffaċilita l-konnessjonijiet bil-mixi bejn il-lokalitajiet li semmejt u biex ittejjeb ukoll l-aċċess għall-ġonna pubbliċi u l-faċilitajiet sportivi ta’ Ta’ Qali. Fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet ix-xogħlijiet fl-aħħar parti tat-triq twaqqfu sabiex it-triq setgħet tintuża bħala rotta alternattiva waqt l-aħħar xogħlijiet ta’ Central Link Project. Issa li dan il-proġett huwa lest, ix-xogħlijiet fi Triq Durumblat qed jitkomplew u s-servizzi kollha ġodda li għad fadal isiru taħt l-art fl-aħħar parti ta’ din it-triq u l-bini mill-ġdid tagħha mistennija jitlestew fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Leg 13 PQ #23113 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Estensjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f’Għawdex – kera ta’ proprjetà

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tagħha f'Għawdex? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Estensjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali f’Għawdex – kera ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tiegħu f'Għawdex? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23115 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division — Tender

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21445 u 22601 rigward it-tender li ħarġet f'Mejju 2021 mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kollha kemm hi (intera) u jgħid: fejn f'dawn l-aħħar xhur u fil-preżent kien qed jikri l-Ministeru għal Għawdex, għal storage u upkeep ta' tiżjin u strutturi relatati? Kemm kienet l-ispiża sena b' sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru għal-Għawdex kera warehouse fir-Rabat Għawdex. Din il-warehouse inkriet b’direct order sakemm tigi awarded it-tender li għalqet fis-17 ta’ Novembru li għadda, liema tender kienet diġa ħarġet darboħra u ma kinietx ġiet awarded. Il-warehouse qiegħda tinkera għal raġuni li l-Ministeru ma għandux biżżejjed spazju ta’ ħażna għat-tagħmir tal-istess Ministeru. Sa issa tħallset is-somma ta’ €9,001.04 (VAT eskluż).
Leg 13 PQ #23193 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co Ltd– financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Channel Co. Ltd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar sett ta’ financial statements tal-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd ma jistgħux jiġu ppreżentati lill-Kamra għal raġuni li din il-kumpanija m’għadhiex teżisti għax din kienet ġiet struck off mir-Reġistratur tal-Kumpaniji fil-5 ta’ Ottubru 2016.
Leg 13 PQ #23194 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Holding ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Channel Holding Ltd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kordin Grain Terminal Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Kordin Grain Terminal Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sett ta’ financial statements ta-Kordin Grain Terminal Ltd.
Leg 13 PQ #23226 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem u x-Xewkija — Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru għal Għawdex iqiegħed kopja tal-ftehim li sar mal-Malta Public Transport dwar l-introduzzjoni tal-Park and Ride minn Ta' Lambert f'Għajnsielem u x-Xewkija? Jista' jgħid għaliex beda s-servizz minn dan il-post u mhux minn fejn kien ippjanat f'Ta Xħajma? Jista' jgħid għaliex fil-post fejn inbeda dan is-servizz ma hemmx fejn jistkennu l-passiġġieri u ma hemmx dwal biżżejjed u x' qed isir biex jiġi indirizzat dan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23227 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant Antnin – xogħlijiet – perit u in·inier

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22624 u jgħid min hu/huma l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) li kienu mqabbdin direttament mill-Ministeru għal Għawdex u li għadhom inkarigati fuq il-proġett u x-xogħlijiet ta' Triq Sant Antnin f'Għajnsielem? Jista’ jgħid jekk dawn il-persuni humiex ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u kemm ilhom jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar — amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hux qed tippjana biex fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin toħroġ skema/skemi ta' amnestiji, u jekk iva, fiex inhu maħsub li jkunu jikkonsistu dawn l-amnestiji u min se jkun jista’ japplika għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed tagħmel pjanijiet tat-tip li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Organizzazzjonijiet Volontarji — Contracts for Service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar

Question

Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261 dwar Pjazza Antoine de Paule, jista’ l-Ministru , jgħid meta Transport Malta ser tiddeċiedi dwar meta ser jibda l-istudju dwar il-pavimentar tal-Pjazza? Għaliex għadha ma tatx l-awtorizzazzjoni tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju dwar il-pavimentar tal-Pjazza Antoine de Paule qiegħed issir mill-MHAL. L-Awtorità ta’ Transport f’Malta ser tipprovdi s-servizzi ta’ Enforcement Officersu qed tagħmel l-arranġamenti ta’ traffiku meħtiega biex ma jinħoloqx inkonvenjent għal pubbliku u sabiex dan il-proġett ikun jista’ issir.