Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23230 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Żebbuġ — Triq Għajn Mhelhel - Shooting Range

Question

Jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni PA/03783/20 Location of development: Shooting Range, Triq Ghajn Mhelhel, Zebbug (Gozo) Description of works: Extension to existing shooting range as stipulated in Supplementary Guidance for Shooting Ranges Article 4.10, u għal liema skop ġiet sottomessa? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn din l-applikazzjoni ġiet 'withdrawn' u min talab li tiġi 'withdrawn'?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar din l-applikazzjoni għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet mal-istakeholders.
Leg 13 PQ #23231 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq Mġarr - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22528 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Mġarr, fin-Nadur, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu s' issa u kemm hu previst li se jiġu jiswew, kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal li jridu jitwettqu f'din it-triq u meta hu ppjanat li tkun lesta minn kollox din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant’Antnin tifforma parti minn proġett ferm ikbar u li, kemm fil-kumplessita’ tiegħu kif ukoll fl-investiment, huwa wiehed mill-akbar proġett li qatt sar f’Għawdex f’dak li jikkonċerna n-network ta’ toroq. Ix-xogħlijiet jestendu mill-bidu ta’ Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem, il-bini ta’ Junction ġdida bejn Ghajnsielem, il-Qala u n-Nadur , u bini mill-ġdid ta’ aktar minn 800 metru minn Triq l-Imġarr fin-Nadur. Dawn ix-xogħlijiet irrikjedew ukoll li Triq iż-¯ewwieqa tiġi mibnija sabiex tkun tista’ tintuża bħala devjazzjoni għat-traffiku. Il-proġett kien jitlob interventi differenti f’diversi partijiet. Ħafna mill-investiment li sar fi Triq Sant’Antnin kien jikkonċerna bini mill-ġdid tas-servizzi kollha, inkluż walk-through culverts u sistema ġdida ta’ storm water culverts . Saru wkoll xogħlijiet estensivi f’dak li jirrigwardja retaining walls , l-aktar fis-sezzjoni viċin il-Knisja ta’ Sant’Antnin. Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq, apparti t- top layer tal-asphalt, huma lesti. Ix-xogħol kollu ta’ servizzi fejn gejja l-junction huwa lest. Sabiex jitnaqqas il-periklu, f’din il-parti ser tinbena juntion ġdida, kif mitlub minn Transport Malta. Hekk kif diġa’ ħarġu l-approvazzjonijiet mill-Lands Authority u mill-ERA, issa jonqos biss li jiġi approvat il-permess tal-Planning Authority sabiex dan ix-xogħol ukoll jitlesta. Triq l-Imġarr inbniet mill-ġdid. Apparti l-bini tas-servizzi kollha u sistemi ġodda ta’ dwal u storm water culverts, testijiet speċjalizzati fuq il-blat u s-sotterran wasslu sabiex il-Ministeru jaddotta sistema ta’ strutturi li għal Għawdex kienu innovattivi. F’dan ir-rigward intużaw metodi ta’ pedamenti u strutturi tal-konkos varji f’partijiet fejn il-blat kellu karatteristiċi għal kollox differenti. Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq huma lesti, apparti t- top layer tal-asphalt u dik is-sezzjoni tat-triq biswit il-ground tal-futbol. Hawn, minħabba ħsarat mhux previsti f’din il-faċilita’, kellhom isiru alterazzjonijiet fid-diżinn tal-istrutturi. Dan ix-xogħol, flimkien mal-kumplament tax-xogħlijiet fil-proġett huma mistennija li jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2022. Bħal kull proġett ieħor infrastrutturali, il-valur tax-xogħlijiet ikun bbażat fuq xogħol imkejjel. Bħalissa huwa stmat li l-valur totali mhux ha jaqbez dak approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 13 PQ #23232 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diviżjoni Strateġija u Support – infiq ta’ flus

Question

Jista' l-Ministru għal Għawdex jgħid kemm intefqu flus mid-Diviżjoni Strateġija u Support fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b' xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 18659.
Leg 13 PQ #23244 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tal-Kuntratti — Competitive Dialogue

Question

B'referenza għall-Competitive Dialogue li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti: 'Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) For the Design, Build/Construction and Operating of a Waste to Energy Facility in Malta in an Environmentally Friendly Manner'(CT2193/2019), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess f' din il-Competitive Dialogue?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-entitajiet, kumpaniji u joint ventures li wrew interess fil-Competitive Dialogue imsemmi skont it-Tender Opening Report tal-PQQ CT2193/19 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23269 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174 u 20272 kollha kemm huma (intera) u jgħid kemm kien hemm, u fil-pre¿ent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni li qed jiskontaw sentenza fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi ta’ Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li skontaw sentenza ta’ priġunerija fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi (mhux aggravat) ta’ Kannabis (mhux droga oħra) mill-Qrati tagħna fl-aħħar erba’ snin? (Jiġifieri f’każ fejn l-unika akkuża kienet ta’ pussess sempliċi ta’ Kannabis, bla reċidività)

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil-Onor Intperllant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħa mal-OHSA

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dati meta l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ltaqgħet mal-uffiċjali tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema laqgħa qed jirreferi.

Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħa mal-MEA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija Għal Min Iħaddem (MEA) dwar l-Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi laqgħat u taħdidiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet u entijiet, inkluż l-Malta Employers Association, dwar il-leġislazzjoni li twaqqaf l-Awtorita dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis. Permezz ta’ tali laqgħat u taħdidiet, gie enfasizzat l-fatt li r-riforma proposta dwar il-kannabis għandha l-għan ewlieni u aħħari li sservi ta’ miżura effettiva ta’ harm reduction . Intant, ghadhom qeghdin isiru laqghat u tahdidiet ma’ esperti minn setturi varji sabiex ikun assigurat l-ahjar operat tal-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

Raħal Ġdid — Studju fuq il-Porfido tal-Pjazza Antoine de Paule - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiswa (jew kemm kienet il-quote li ġiet magħżula) l-istudju li ser isir dalwaqt fuq il-porfido tal-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tal-istess triq. L-ispejjeż huma ta’ € 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament.

Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorita għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħat mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dati tal-laqgħat kollha li kellu mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar sena dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi laqgħat u taħdidiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet u entijiet, inklu¿ dawk mill-qasam tas-sahha, dwar il-leġislazzjoni li twaqqaf l-Awtorita dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis. Permezz ta’ tali laqgħat u taħdidiet, gie enfasizzat l-fatt li r-riforma proposta dwar il-kannabis għandha l-għan ewlieni u aħħari li sservi ta’ mi¿ura effettiva ta’ harm reduction. Intant, ghadhom qeghdin isiru laqghat u tahdidiet ma’ esperti minn setturi varji sabiex ikun assigurat l-ahjar operat tal-Awtorita għall-U¿u Responsabbli tal-Kannabis.

Korp tal-Pulizija — rizultat tas-survey mid-ditta PWC

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tas-survey intern li sar fil-Korp tal-Pulizija mid-ditta li-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-aħħar ġranet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20242.

Sptar Pubbliku — Anzjani bħala Social Cases

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social cases?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23719 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Ministeru għall-Edukazzjoni — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtha u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtha u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.
Leg 13 PQ #23722 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23717.

Non-resident Ambassadors

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-Ambaxxaturi non-resident?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minnħabba Protezzjoni tad-data u li tali CV’s gja’ intbagħatu lill Kumitat għall-ħatriet pubblici, bħala parti mill-proċess tal-ħatra.

Non-resident Ambassadors

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jgħid f’din l-aħħar sena, ċioè fl-2021, kemm-il darba dawn l-Ambaxxaturi non-resident marru fil-pajjiż li huma akkreditati għalih, minn spejjeż tal-Gvern Malti? Kemm kienu l-ispejjeż ta’ kull Ambaxxatur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din l-aħħar sena (2021), l-Ambaxxaturi Mhux Residenti li marru fil-pajji¿ li huma akkreditati għalih u l-ispejje¿ mħallsa mill-Gvern Malti hu kif ġej: Ambaxxatur Numru ta' drabi li marru fil-pajjiz fejn huma akkreditati Spiza Totali Frank Zammit 7 € 8,235.99 Mary Scicluna 1 € 621.80 Kenneth Vella 1 € 398.20 Andre' Borg 1 € 4,328.00 Paul Mifsud 1 € 2,687.50 John Debono 1 € 1,882.00 George Said Zammit 2 € 6,025.64 Gordon Pace Bonello 2 € 3,412.70 Marlene Mizzi 1 € 3,058.44 Jesmond Cutajar 1 € 6,317.60