Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa? Jista’ jgħid attwalment jekk hemmx xi direttivi jew regolamenti tal-UE dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija? Jekk hemm, jista’ jelenka liema huma u x’ħidma saret dwar it-traspożizzjoni tagħhom s’issa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u huma biss id-direttivi li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Għaldaqstant fir-rigward ta’ direttivi tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur, bħalissa hemm tlett direttivi li għad iridu jiġu trasposti. Dawn huma: 1. Id-direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti li se tkun qiegħda tiġi trasposta permezz tal-Abbozz ta’ Liġi Nru 248 msejjaħ l-Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378. Dan għandu jgħaddi għall-istadju ta’ Kumitat quddiem il-Parlament wara lit-tieni qari ta’ dan l-Abbozz sar fl-1 ta’ Diċembru 2021. 2. Id-direttiva (UE) 2019/2161 dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li bħalissa għaddejja minn stadju ta’ konsultazzjoni pubblika. 3. Id-direttiva (UE) 2020/1828 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, li kif ġie spjegajt fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa m’hemmx direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni li jridu jiġu trasposti fil-liġi Maltija.

Twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20850, jista’ l-Ministru jgħid meta saret jew ser issir il-konsultazzjoni pubblika dwar it-twettiq bħala parti mill-liġi Maltija tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ din id-Direttiva u kif indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, il-konsultazzjoni pubblika hija ppjanata li ssir aktar ’il quddiem. It-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ din id-Direttiva għandha sseħħ sal-25 ta’ Diċembru 2022, filwaqt illi l-miżuri tagħha japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2023. Sadanittant, kif indikat fl-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 20850, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

Għawdex – mains ta’ drenaġġ u ilma ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm u fejn saru mains ta’ drenaġġ u ilma ġodda, jiġifieri fejn qatt qabel ma kien hemm dan is-servizz, raħal b'raħal ġewwa Għawdex minn Jannar 2020 sal-lum? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża globali u x’pjanijiet hemm biex isiru mains tad-drenaġġ u ilma f'areas u triqat fejn qatt ma kien hemm qabel dan is-servizz, raħal b'raħal ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Dawn ix-xogħlijiet saru b’investiment ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro. Qala Triq Ta Kassja Water main Drainage main Xewkija Tal-Ħofra Ind Estate Water main Drainage main Għajnsielem Part off Simirat street Drainage main Xagħra Part off Gajdoru street Drainage main Munxar 2nd n/s in Rinota Drainage main Għarb Upper Albert Caruana Drainage main Il-lista ta’ hawn taħt turi xogħlijiet ippjanati li jkun kompluti matul din is-sena. Xagħra Stellini street Drainage main Rabat n/s off ghajn qatet Water main Drainage main Għarb Lower Albert Caruana Drainage main Munxar 3rd n/s in Rinota Water main Drainage main Nadur Dahlet Qorrot Drainage main

Xewkija Għawdex – Triq il-Madonna tal-Ħniena — asphalt

Question

B'referenza għax-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fuq parti minn Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex it-triq ma ngħatatx bl-asphalt il-wisa’ kollha kemm hi ta’ din it-triq? Tista’ tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma sarx gutter tal-konkos fil-ġnub ta' din il-parti tat-triq? Tista' tgħid min kien il-perit responsabbli minn xogħlijiet ta' asphalt u xogħol ieħor li saru f'din it-triq mill-WSC u min kien il-perit li ċċertifika dan ix-xogħol u tpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ġie jiswa x-xogħol ta' asphalt f'din it-triq u kemm kienet il-ħxuna ta' asphalt li saret f'din il-parti tat-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-asserzjonijiet li saru f'din il-mistoqsija parlamentari huma għal kollox skorretti. It-triq msemmija, bħal f'kull kaz ieħor fejn isir intervent minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-asphalt jingħata mal-wisa' kollha tat-triq, skond il-permessi marbuta mal-proġett tan-New Water Network f'Għawdex. L-istess dwar il-gutters tal-konkos imsemmija, dawn ġew miżmuma kollha. Tajjeb ngħid li dawn kienu diġa eżistenti fil-ġenb tat-triq. Ix-xogħol ġie stmat li jiswa 150 elf ewro. Bħalissa qed isiru t-testijiet neċessarji u allura ix-xogħol għad irid jiġi ċċertifikat
Leg 13 PQ #23300 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Fondazzjoni għal-Iskejjel ta’ Għada – ktejjeb imqassam fi djar f’Għawdex — kopji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kopja ġiet stampata tal-ktejjeb tal-Fondazzjoni għal-Iskejjel ta' Għada li tqassam ftit tal-ġimgħat ilu ġewwa d-djar f'Għawdex? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan il-ktejjeb (layout, printing, posta eċċ)? Tista' tgħid lil min ġiet mibgħut bil-posta dan il-ktejjeb?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada stampat 17,000 kopja tal-fuljett dwar l-investiment bla preċedent li qegħdin nagħmlu fil-gżira Għawdxija fl-infrastruttura tal-iskejjel biex uliedna jkollhom ambjent li jixraq iż-żmien tal-lum u dak tal-futur, waqt li jkunu qed jitgħallmu. L-ispiża totali ta’ din l-inizjattiva intiża biex ninformaw bl-investiment li qed isir lill-households kollha f’Għawdex, kienet ta’ €2,080. Din l-ispiża tkopri l-ispejjeż tad-disinn, l-istampar u d-distribuzzjoni.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi kwalsijasi grad mill-1 ta’ Ottubru 2021 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Ottubru 2021 ġew impjegati 10 ħaddiema li ddaħlu biex jisostitwixxu ħaddiema oħra li waqfu jahdmu minn mal-Korporazzjoni.

Ħal Lija — Ċimiterju - spralli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-entitajiet li jaqgħu taħtu ħallew żewġ spralli sporġuti diversi pulzieri ‘l fuq mit-tarmac b’mod traskurat għal ġimgħat sħaħ eżatt fejn iċ-Ċimiterju ta’ Ħal Lija? Jaf il-Ministru li għexieren ta’ vetturi qed iċarrtu t-tyres magħhom? Jista’ jgħid min se jassumi r-responsabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-Onor. Azzopardi qed jirreferi għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni ta’ wiċċ it-triq li saru fil-ġimgħat li għaddew fit-triq indikata. Fil-fatt, il-ħaddiema konċernati neħħew il-wiċċ antik tat-triq, li kellu diversi ħsarat, u bdew jiksuh b’asfalt ġdid fl-istess żmien, mhux “ġimgħat sħaħ” wara, kif qed jiġi allegat. Persuni li jsofru ħsarat minħabba allegati nuqqasijiet fit-toroq għandhom jagħmlu rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija u wara jressqu l-ilment tagħhom, bid-dokumentazzjoni meħtieġa, lill-awtoritajiet jew kunsilli lokali responsabbli mill-istess triq, skont il-proċeduri applikabbli.

LESA – tħassir ta’ kontravvenzjonijiet ta’ politiċi, kanditati ta’ partit politiku, Deputat Parlamentari jew uffiċjali ta’ partit politiku

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ ismijiet ta’ politiċi, kandidati ta’ partit politiku, Deputati Parlamentari, uffiċjali ta’ partit politiku li kellhom id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet tagħhom imħassra mis-sistema tal-LESA fl-aħħar snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ebda impjegat ma jista’ jħassar kontravenzjoni mis-sistema tal-LESA. Id-deċiżjonijiet dwar il-petizzjonijiet li jidħlu wara kontravenzjoni huma deċiża minn bord li huwa indipendenti mill-Aġenzija. Wara rapport dwar persuna, il-LESA bdiet mill-ewwel proċedura dixxiplinarji fil-konfront tagħha , u ġiet imneħħija mill-post tagħha.

LESA – impjegat li kien involut iħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija għadha ma ressqitx ‘l Qorti lill-impjegat tal-LESA li kien involut biex iħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti u uffiċjali tal-Partit Laburista u/jew ta’ Ministri preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-twġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23668.

Inkjesta Maġisterjali — impjegati li kien involut jħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbitx il-ftuħ ta’ Inkjesta Maġisterjali dwar l-impjegat tal-LESA li kien involut biex ħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti u uffiċjali tal-Partit Laburista u/jew ta’ Ministri preżenti? Jekk iva, meta? Jekk le, għala?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-twġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23668.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 23717

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Ministeru għas-Saħħa — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor, Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 23717.

Ministeru għall-Wirt Nazzjnali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 23717.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 23717.
Leg 13 PQ #23730 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 23717.

Central Link – miżuri għal sewqan b'veloċità eċċessiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jitħarsu s-sewwieqa u r-residenti ta' Ħ’Attard minn min isuq b'veloċità eċċessiva, issa li hemm is-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttorat fi ħdan l-Awtorita’ qed iwettaq studju f’diversi ħinijiet tal-ġurnata inkluż matul il-lejl dwar il-velocita’ tal-vetturi f’dawn it-toroq. L-informazzjoni dwar dan l-istudju kienet diskussa fil-laqgħa tal-Kumitat ghall-immaniggjar tat-traffiku li saret fis-6 ta’ Jannar 2022 u li għaliha attenda u ipparteċipa is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard. Kien hemm qbil li dan l-istudju flimkien ma suġġerimenti oħra li tqajmu mis-Sindku u membri prezenti ghal-laqgħa, ghandu jitkompla u deċizjoni tittiehed f’laqghat oħra tal-Kumitat ghall-immaniggjar tat-traffiku.
Leg 13 PQ #23753 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Pakkett finanzjarju ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintgħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pakkett finanzjarju mogħti lill-individwu msemmi fil-mistoqsija huma paga annwali ta’ €120,000, u allowances sa’ €42,000 fis-sena.

Ħatra ta' Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-persuni li nħatru mill-2013 sal-lum u liema huma political appointees, bit-terminu ta’ kemm u fejn servew jew qed iservu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum inħatru 25 uffiċjali pubbliċi u 28 political appointees bħala Ambaxxaturi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-persuni kollha li ġew appuntati bħala Ambaxxaturi mill-2013 sal-lum.