Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22656 u dawk preċedenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu u meta ser jibda x-xogħol fuq il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jippre¿enta fuq il-Mejda tal-Kamra rapport aġġornat tal-istess ħsarat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat ix-xogħol fuq il-pjazza beda u jinvolvi titjib u tiswijiet li qegħdin isiru mill-kuntrattur oriġinali u huma sorveljati mill-perit tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u segwiti mill-Kunsill Lokali Paola. Rigward l-ittestjar tal-porfido, il-kumpanija magħ¿ula qiegħda tagħmel l-aħħar preparamenti flimkien ma’uffiċjal ta’Transport Malta sabiex fi ftit ġranet oħra jibda l-ittestjar. Ta’ min jaċċenna li dan l-ittestjar ma sarx f’Diċembru biex ma jiddisturbax il-kummerċ u attivitajiet tal-Milied. Qiegħed ukoll inpoġġi rapport li jaġġorna l-istess ħsarat fuq il-mejda tal-Kamra.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – tneħħija ta’ blokok tal-konkos

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-blokok tal-konkos li tqiegħdu fi Triq Dawret it-Torri Santa Luċija għadhom ma tneħħewx, b’inkonvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-blokok f'din it-triq tqiegħdu minn Infrastructure Malta minħabba x-xogħlijiet li ser jibdew fit-triq imsemmija.

Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – tneħħija ta’ blokok tal-konkos

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-blokok tal-konkos li tqiegħdu fi Triq Dawret it-Torri Santa Luċija għadhom ma tneħħewx b’inkonvenjent?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta qed twettaq proġett ta’ €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti. Wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa u bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, l-aġenzija ikkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta qed tgħaddi minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn meħtieġ, se ssaħħaħ ukoll il-pedamenti tat-toroq u tibni bankini ġodda, qabel ma tlestihom b’wiċċ ġdid bl-asfalt u tlesti xogħlijiet ta’ tisbieħ ieħor fl-istess inħawi. It-titjib tal-belvedere tul medda ta’ kilometru fuq ix-xaqliba tan-nofsinhar ta’ Dawret it-Torri u Triq il-Prinjoli se jinkludi mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u żoni msebbħin b’diversi siġar ġodda. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija f’kolloaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, iddisinja mill-ġdid din iż-żona mħaddra biex joħloq spazju ta’ rikreazzjoni għar-residenti u rotta aktar sigura għaċ-ċiklisti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bil-mixi. Fl-2020, Infrastructure Malta ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ dan il-belvedere. L-aġenzija qed tkompli tieħu ħsieb dawn is-siġar u se tkompli ssebbaħ l-inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli. Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejja t-tieni fażi ta’ Dawret it-Torri li parti minnha tlesiet ukoll. Il-blokki li qed issir referenza għalihom jinsabu temporanjament fil-bidu ta’ din it-triq għal raġunijiet ta’ sigurezza minħabba x-xogħol li għadu għaddej. Biex it-triq tinżamm miftuħa u l-inkonvenjent ikun l-inqas possibbli, fuq il-post qed ikun hemm ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta biex jidderiġu lis-sewwieqa. Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Mari de Domenicis, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra. Fl-aħħar snin, permezz tal-proġett nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għall-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġiżimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex ix-xogħol fi Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa fil-Gudja li kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena, għadhom ma humiex lesti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet għadhom mhux lesti minħabba l-waqfa ta¿-¿mien tal-festi u l-kundizzjoni tat-temp li mhux dejjem jippermetti li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa.

Santa Luċija – Triq il-Qronfol – tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Qronfol f’Santa Luċija hiex tiġi mnaddfa regolarment għax jidher li hemm b¿onn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li Triq il-Qronfol qiegħda tiġi mnaddfa skond l-iskeda.

Santa Luċija – Triq Mari de Domenicis – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija Triq Mari De Domenicis għandha tiġi rranġata minn Infrastructure Malta.
Leg 13 PQ #24049 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-aħħar mistoqsija parlamentari 19403 l-Awtorita tal-Artijiet biss tat donazjioni ta €371.80 lil Marigold Foundation.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija l-istess kif muri fid-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18617.

Ministeru għall-Enerija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ndikat il-Water Services Corporation tat lill-Marigold Foundation l-ammont ta’ € 3,750, filwaqt li l-ARMS tat lill-Marigold Foundation is-somma ta’ €500. Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi huma ndirizzati lill-għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu ndikat minnha, minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, ma kien hemm l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra(inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet indikati.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #24097 Sitting 534 2022-01-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pedestall storiku ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23708, jista' l-Ministru jgħid fejn qiegħed maħżun dan il-pedestall, f'liema stat jinstab u meta ser jerġa jitpoġġa f'postu jew f'xi post alternattiv ħalli jkun jista' jiġi gawdut mill-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pedestall qiegħed jinżamm fi propjetà tal-Gvern.

Gozo Fibre optic Cable Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Fibre Optic Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-kumpanija twaqqfet fl-aħħar kwart tal-2020 u għaldaqstant l-ewwel estimi finanzjarji qed jiġu ppreparati għas-sena li għalqet f’ Diċembru 2021.

Foundation for Tomorrow School – financial statements

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Tomorrow School?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li din l-informazzjoni diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Foundation for Education Services – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Education Services?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ERA – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-ERA?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta’ Statements Finanzjarji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

MCA – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MCA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-financial statements ta’ MCA jkunu ppublikati fuq is-sit eletroniku ta’ listess entita. Madankollu qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar annual report li jinkludi l-aħħar set ta' financial statements kif kien intalab. https://www.mca.org.mt/articles/mca-2020-annual-report
Leg 13 PQ #23295 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ċirkewwa – Moll Numru 1 – irbit ta’ vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu ppjanat li Moll numru 1 fiċ-Ċirkewwa, jibdew jorbtu l-vapuri tal-Gozo Channel miegħu? Jista’ jgħid x’fadal isir biex dan il-moll jibda jiffunzjona?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba jiġi awarded it-tender u sakemm it-temp ikun jippermetti, l-installazjoni tal-fenders u l-protective ramp għandhom isiru minnufih.