Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Accountancy – Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16427 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Accountancy? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi min Jannar 2013 sad-data tal-lum, saru ħamsa u sebgħin (75) laqgħa tal-Bord tal-Accountancy. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija protetta mill- Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Bord tal-Accountancy – rapporti annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16428 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Bord tal-Accountancy dwar is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-Bord tal-Accountancy.

Ħabs – Sistema ta’ għoti ta’ privileġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem is-sistema fejn id-direttur tal-ħabs jiddeskrivi bħala għoti ta’ privileġġi għal min iġib ruħu sew fil-ħabs u t-teħid tal-istess privileġġi jekk persuna ma ġġibx ruħha sew? Jista’ jgħid hemmx regoli u protokolli ċari u miktuba kif din is-sistema taħdem u jekk iva jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija sistema li titħaddem skont il-liġi.

Każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ tlett elef, ħames mija u sitta u għoxrin (3,526) każ

Rapporti ta’ stupru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ stupru mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċevew il-Pulizija dwar stupru, bejn l-ewwel ta’ Jannar u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien ta’ għaxar (10) każi.

Birkirkara, Iklin, Lija u Balzan – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq ġewwa Birkirkara, Iklin, Lija u Balzan mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta' Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ serq li ġew irraportati fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant fil-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta' Settembru 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Balzan Birkirkara Iklin Lija Ammont 18 133 14 4

Każijiet ta’ hold ups rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ hold ups rrappurtati mill-1 ta’ Jannar 2020 sat 30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar każi ta’ hold ups bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien jammonta għal tnejn u tletin (32) każ.

Rapporti ta’ ħruq ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ ħruq ta' karozzi mill-1 ta' Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar ħruq ta' karozzi, bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien jammonta għal sittin (60) każ.
Leg 13 PQ #16539 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for the provision of project management support services for the reconstruction of Triq l-Imġarr (Nadur) and Triq Sant'Antnin (Għsielem) Gozo including structural, infrastructural and piling works'

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender for the provision of project management support services for the reconstruction of Triq l-Imġarr (Nadur) and Triq Sant'Antnin (Għsielem) Gozo including structural, infrastructural and piling works' li għalqet fit-30 ta' Gunju 2020? Peress li dan il-proġett taż-żewġ toroq ilu iktar minn sena li beda, jista’ jgħid min kien qed jipprovdi dawn is-servizzi f'dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega kif din it-tender inħarġet wara li nbeda x-xogħol? Ma jaħsibx li dan huwa nuqqas serju ta' ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jassigura li dawn t-toroq ikunu ta’ prijorita. Triq Sant’Antnin ser tkun qed terġa tinfetaħ għall-aċċess għall-vetturi fi ftit tal-ġimgħat oħra, fejn aktar minn 70% tax-xogħol huwa komplut, filwaqt li fi Triq l-Imġarr ix-xogħol miexi b’rittmu tajjeb wara li ġew sorvoljati l-issues tal-istruttura u tal-ġeoloġija. Se nkunu qed naraw li din it-triq tkun lesta sa bejn it-tieni kwart u t-tielet kwart tas-sena 2021. Il-Ministeru għal Għawdex, preżentament qed jagħmel użu ta’ servizzi oħrajn nkluż dawk ta’ l-istess Ministeru. Il-prijorita’ hi li dan ix-xogħol infrastrutturali jitlesta mill-aktar fis u bl-aħjar mod possibli.
Leg 13 PQ #16540 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

'Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, Including the Construction of Rubble Walls' — CT3068/2019

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender li għalqet fl-14 ta' Jannar 2019 'Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, Including the Construction of Rubble Walls' - CT3068/2019, u jgħid minn min hu ffurmat il-Konsorzju (isem tal-kumpaniji jew individwi) li rebaħ din it-tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender intrebaħ minn GP Gozo Consortium li huwa ffurmat minn Gatt Tarmac Ltd u Prax Concrete Ltd.
Leg 13 PQ #16541 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq l-Imgħallem – bini ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15686 u 15290 kollha kemm huma u ċjoè: B'referenza għax-xogħol li xi darba għandu jsir fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Imgħallem ġewwa r-Rabat Għawdex fejn ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi u trakkijiet minn din l-imsemmija triq, jista’ l-Ministru jgħid: a. jekk hux ser isiru walk through culverts biex is-servizzi jgħaddu minn ġo fihom u b’hekk qatt ma jkun hemm bżonn li terġa’ tinqala’ din it-triq arterjali; u jekk le għala ma humiex ħa jsiru? Kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskussjonijiet u meta saru (data) li kien hemm bejn l-MGOZ, l-Enemalta u entitajiet oħra rigward il- walk through culverts fejn juri li Enemalta u entitajiet oħra aċċettaw li ma jsirux il-Walk Through Culverts fl-imsemmija triq? b. jekk hux ser jintuża asfalt apposta fuq din it-triq minħabba l-iskid resistance?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li ma ġewx ipproġettati walk through culverts. Il-walk through culverts mhumiex ser isiru f’din it-triq minħabba li parti mix-xogħlijiet ser isiru f’żona AAI tar-Rabat u taċ-Ċittadella, u fil-buffer ta’ Scheduled Class B structural remains. Din it-triq ħa tinbena skont standards tal-Unjoni Ewropea u ta’ Transport Malta, u kklassifikata bħala ‘ Construction Class V PAVEMENT CONSTRUCTION 4 - ASPHALT, TYPE 1 AND FOUNDATION COURSE’.
Leg 13 PQ #16542 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – dħul u ħruġ taħt kull vot finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum, sena b'sena, f’kull dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, x’kien id-dħul u l-ħruġ taħt kull vot finanzjarju? X’kienet in-nefqa kapitali f’dan l-istess perijodu minn kull dipartiment u għal-liema proġetti sar l-infiq kapitali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL6359 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 446 nhar it-Tnejn, 12 ta April 2021)
Leg 13 PQ #16543 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex lil Gozo Footbal Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2020 sal-lum biex ikunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena u matul is-sena 2021 lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Għawdxin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena, sa’ issa, ma ngħatat l-ebda għajnuna la lill- Gozo Football Association u lanqas lill-Clubs tal-Football Għawdxin. Pero’ għaddejjin b’diskussjonijiet mal-GFA fuq numru ta’ proġetti, fejn l-istess Ministeru jista’ jkun qiegħed jassisti.
Leg 13 PQ #16544 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Work Trial Scheme

Question

B'referenza għal-Work Trial Scheme li tħabbret fix-xahar ta' Ġunju 2020 mil-Ministru għal Għawdex għal studenti Għawdxin ta' bejn is-16 u l-20 sena li riedu jaħdmu Għawdex matul is-Sajf 2020, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li bbenefikaw minn din l-iskema, l-etajiet tagħhom, kif ukoll kemm minnhom ħadmu fis-Servizz Pubbliku ġewwa Għawdex u fejn ħadmu u kemm minnhom ħadmu mal-privat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm total ta’ 226 student li bbenifikaw mil-Work Trial Scheme, bl-etajiet tagħhom huma kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq inżid ukoll li, l-istudenti kollha li bbenifikaw minn din l-iskema ħadmu kollha mal-privat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi hemm dawn il-karigi li huma okkupati b’impjegati minn barra s-settur pubbliku. Minister’s Private Secretariat Position Complement Head of Secretariat 1 Communications Secretary 1 Head of Customer Care 1 Secretariat Officer 2 Secretariat Pool 1 Assistant Secretariat 1 Personal Driver/Security Officer 1 Parliamentary Secretary’s Private Secretariat Position Complement Customer Care Office 1 Personal Driver/Security Officer 2

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sad-9 ta’ Lulju 2020.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ipjajnar — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-Segretarjat Privat tiegħi, l-karigi li mtlew minn barra l-Amministrazzjoni Pubblika huma dawn li ġejjin. Ngħarrfu wkoll li fil-Ministeru tiegħi ma hemm l-ebda Segretarju Parlamentari. Is-Segretarju Privat L-Uffiċjal tal-Customer Care Is-Segretarju għall-Kommunikazzjoni L-Assistent Segretarju Privat Uffiċjal tas-Segretarjat (żewġ postijiet) Membru tal-Pool tas-Segretarjat (tliet postijiet) Messaġġier tas-Segretarjat/Charwoman (tliet postijiet) Ix-Xufier Personali/Uffiċjal tas-Sigurtà

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħi fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u li ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku huma customer care officer, communications secretary, ministry co-ordinator, 3 full time equivalent officers, 3 full time equivalent secretariat pools, 3 full time equivalent messengers/charwomen u 2 personal drivers/securities.

Ministeru għall-Wirt, Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi tmintax (18)-il persuna ġiet impjegata minn barra s-Settur Pubbliku, li jokkupaw il-pożizzjonijiet ta’ Head of Secretariat, Private Secretary, Assistant Private Secretary, Secretariat Officer, Secretariat Pool, Secretariat Messenger u Personal Driver/ Officer.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħi huma tnejn; Secretariat Pool u Co-Ordinating Officer filwaqt tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħi huma tlieta; żewgt Xufiera u Messaġġier.