Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mental Health Community Services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx bħalissa persuni fil-lista ta’ stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services? Ġeneralment kemm idumu dawn il-persuni jistennew sabiex jiġu moqdija minn dawn il-professjonisti?’

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-qasam tal-Mental Health Community Services għall-adulti ma hemmx lista ta' stennija biex wieħed jirċievi s-servizz ta' psikologu jew assistent psikologu. Ġeneralment il-persuni jingħataw appuntament fi żmien ġimgħa wara li l-psikologu jew assistent psikologu jirċievi r-referral u mbagħad ikollhom l-ewwel laqgħa ma' dawn il-professjonosti fi żmien ġimgħatejn.

Infrastructure Malta — toroq lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm saru toroq minn Infrastructure Malta lill-Kunsilli Lokali fl-irħula u bliet? Kif dan jikkumpara maż-żmien preċedenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Leg 13 PQ #15890 Sitting 372 2020-10-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Privat hemm tlett karigi li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku. Dawn huma; Private Secretary, Secretariat Officer, u Secretariat Messenger/Charwoman.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif preżentat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karigi fis-Segretarjat Privat fi ħdan il-Ministeru tiegħi li ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku huma: Kariga Numru ta’ persuni Customer Care Officer 1 Communications Secretary 1 Ministry Coordinator 1 Secretariat Officer 2 Member of Secretariat Pool 2 Secretariat Messenger 3 Secretariat Messenger/Charwoman 1 Personal Driver/Security Officer 1

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi fi ħdan is-Segretarjat Privat tiegħi li l-persuni li jokkupawhom ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku huma dawn: Private Secretary (1) , Assistant Private Secretary (1) , Ministry Co-Ordinating Officer (2) , Secretariat Officer (2) u Secretariat Messenger/Charwoman (3).

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi ingaġġati fis-Segretarjat Privat tiegħi u li huma minn barra s-settur pubbliku hija hekk kif ġej: § Head of Secretariat § Customer Care Officer § Communication Secretary § Assistant Private Secretary § Secretariat Officer § Secretariat Pool § Secretariat Messenger/Charwoman § Personal Driver/Security Officer

Eco tax – Flus miġbura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15521 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġabru flus s’issa mill-Ecotax fuq it-turiżmu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont miġbur s’issa bħala Kontribuzzjoni Ambjentali (Environmental Contribution) fuq akkommodazzjoni minn meta daħlet fis-seħħ fl-2016 sa Ġunju 2020 jammonta għal €13,168,475. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-ammonti miġbura sena b’sena.

WasteServ – ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-WasteServ jaħdmu f'Għawdex? Jista' jgħid kemm minnhom huma tal-fiss u kemm għandhom kuntratt temporanju u x'tip ta' xogħol għandhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-WasteServ ghandha 56 haddiem ġewwa Ghawdex li minnhom wiehed huwa impjegat dirett tal-kumpanija u l-ohrajn huma tal-kuntrattur. Ix-xoghlijiet li jaghmlu jvarjaw minn plant manager, heavy plant drivers, operatives, senior officers, supervisors, technical fitters, skrivani, cleaner, spetturi, koordinaturi, aġenti u rappresentanti tal-customer relations, Professional officer, store officers u watchmen.

National Biodiversity Strategy for Malta — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tan-National Biodiversity Strategy for Malta? Jista' jgħid kif dan il-pjan qed jiġi segwit u implimentat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’Azzjoni 2012-2020, hekk kif approvat mill-Gvern u misjub fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Il-pjan ikopri miri u miżuri li kellhom jitwettqu matul perijodi speċifiċi u dawn jiġu segwiti b’mod kontinwu permezz ta’ diversi inizjattivi, xogħlijiet, preparazzjoni ta’ dokumenti relevanti, fost oħrajn. Diversi miżuri ġew implimentati mill-Ministeru u l-ERA, b’kontribut minn entitajiet oħrajn kif jeħtieġ. Bħalissa qed jiġi wkoll msejjes ir-rapport fuq l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-effettività tal-miri u l-miżuri tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’ Azzjoni 2012-2020 mill-ERA.

Ammont ta’ skart għar-riċiklaġġ miġbur

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' skart għar-riċiklaġġ li nġabar, lokalità b’lokalità, f’din il-leġiżlatura maqsuma xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt — Żvilupp ta’ ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-investiment li sar fl-2017, 2018, 2019 ufl-2020 mill-Gvern Ċentrali fuq l-iżvilupp tal-ġonna madwar il-Belt Valletta, f'liema ġonna sar dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-On Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-ministru kkoncernat.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2020, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, ngħataw tnejn u disgħin (92) promozzjoni. Dawn kienu mqassimin hekk: Fis-Servizz Pubbliku, ħmistax-il (15) promozzjoni li kollha ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet; Fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA), disgħa u tletin (39) promozzjoni li dsatax (19) minnhom ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-għoxrin (20) l-oħra saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv; Fl-Awtorità tal-Ippjanar, tmienja u tletin (38) promozzjoni li minnhom erbatax (14) ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, dsatax (19) saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv, filwaqt li ħamsa (5) ngħataw b’assimilazzjoni mal-kisba ta’ kwalifika xierqa.

Għajnuna għal siġar fl-għelieqi

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk teżistix xi tip ta' għajnuna lil dawk l-individwi li jridu jiżirgħu iktar siġar fil-għelieqi tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, diġa’ joffri servizz ta’ xiri ta’ siġar ghall-bdiewa bi prezz adattat. Barra minn hekk il-Ministeru tieghi permezz ta’ Ambjent Malta ghandu ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ ghaqdiet bhall-FKNK, KSU u ohrajn ball-FWA fejn jassistihom fit-thawil ta’ siġar. Din l-itess ghajnuna tinghata wkoll lill-ghaqdiet ambjentali li jitolbuha. Sadanittant, konxji mill-fatt li ħafna mill-art tal-Gvern hija mikrija lill-terzi, l-Ministeru tieghi qed ifassal skema ta’ kif jista’ jkun inċentivat aktar t-tħawwil ta’ siġar f’għelieqi privati.

High Commision ġewwa l-Ghana – ħidma

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13829, jista’ l-Ministru jindika għala l-proġett jinsab on hold? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-infiq u d-dħul li kien hemm tul is-sena li għaddiet mill-imsemmija High Commission? Jista’ jgħid il-korrispondenza marbuta ma’ nuqqasijiet gravi mal-istess, ġietx riferuta lill-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbieħ kien on hold minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-imxija tal-CoVID-19. Il-proġett issa beda u l-kuntratt ta’ tisbieħ ġie ffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2020. Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant illi l-ispiża fl-2019 kienet ta’ € 194,693.07 u ma kien hemm l-ebda dħul (revenue). Il-Ministeru ma’ rċieva l-ebda rapporti dwar nuqqasijiet gravi relatati mal-proġett.

Ambaxxata għat-Tuneżija – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

EASO – ħidma fuq l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir mal-EASO fir-rigward tal-isfida tal-immigrazzjoni irregolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi għandu fis-seħħ Pjan Operazzjonali u ta’ Assistenza Teknika għall-2020 mal-EASO. Dan jikkonċerna assistenza fil-proċess tal-ażil, l-identifikazzjoni ta’ immigranti vulnerabbli, ir-rilokazzjoni u taħriġ. Ftehim simili kien ukoll implimentat matul l-2019.

Notifika D – persuni li rreġistraw volotarjament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rreġistraw volontarjament taħt in-Notifika D sal-aħħar ta’ Settembru 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru 2020, in-numru ta’ persuni li rrieġistraw volontarjament taħt in-Notifika D kienu jammontaw għal ħames mija u tnejn u għoxrin (522).

Ambaxxata għall-Ġermanja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Home Equity Release for Pensioners

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13778 u 14526, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex approvat bank sabiex l-“Equity Release for Pensioners” tibda titħaddem?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħditiet bejn l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-bank li ressaq l-applikazzjoni biex toffri ‘Equity Release Financial Products’, għadhom għaddejjin.