Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għaċ-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għac-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm irziezet fl-abitat u x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex jiġu rilokati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont in-National Livestock Database, li hija d-database nazzjonali fejn tinżamm l-informazzjoni kollha dwar l-irziezet u l-annimali, ma tinżammx informazzjoni relatata jekk razzett jinstabx fl-abitat.
Il-Ministeru m’għandu l-ebda talba għal rilokazzjoni ta’ rziezet minn żoni fl-abitat.
Istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi fejn intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 4407 sejħa. Saru wkoll 700 dekontaminazzjoni fuq vetturi.
Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – mistiedna
Question
Jista’ jgħid min kienu l-mistiedna għat-tnedija tal-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-mistiedna għat-tnedija tal-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 kienu l-Kummissarju u membri oħra tal-Korp f’diversi rankijiet u funzjonijiet kif ukoll xi uffiċjali ċivili mill-istess dipartiment; il-Ministru u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u xi Uffiċjali mill-istess Ministeru; is-Segretarju Permanenti Ewlieni u xi Segretarji Permanenti oħra; il-Membri tal-Bord tal-Governanza tal-Korp tal-Pulizija; Konsulenti li ħadmu fuq l-istrateġija; il-Kmandant tal-Akkademija tal-Forzi Dixxiplinati; il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza; il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta; il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi; id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili; il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali; Uffiċjali mill-Università ta’ Malta; id-Direttur tal-Victim Support; il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti.
Kienet ix-xewqa li jkunu mistiedna ikatar persuni iżda minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ma kienx possibli.
Tfassil tad-dokument Malta Police Force Transformation strategy 2020-2025 – konsulenti ingaġġati minn barra l-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ġewx ingaġġati konsulenti minn barra l-Korp sabiex jitfassal id-dokument Malta Police Force Transformation Strategy 2020-2025 u jekk fl-affermattiv min kienu dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għax-xogħol li għamlu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-arranġamenti kollha biex ġew ingaġġati konsulenti sabiex jitfassal id-dokument Malta Police Force Transformation Strategy 2020-2025, sar permezz ta’ fondi mid-Directorate-General for Structural Reform Support (DG Reform) tal-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li l-Korp għamel talba għall-assistenza u din ġiet milqugħa. Il-konsulenti kienu minn Price Waterhouse Cooper, li ġew imqabbda mill-istess Direttotrat tal-UE u għalhekk ma hemmx dettalji ta’ kemm dawn tħallsu għax-xogħol li għamlu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi ġodda li żżanżnu fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-Korp xtara wieħed u għoxrin (21) vettura ġdida, li ġew imqassma għall-użu tal-Pulizija fid-Distretti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża fis-sistemi tal-IT fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel 9 xhur tas sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ispiża fis-sistemi tal-IT fil-Korp tal-Pulizija fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien ta’ madwar żewġ miljuni, erba’ mija u sitta u sittin elf ewro (€2,466,000).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru u fejn saru parks ġodda għall-familja ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u kemm kienet l-ispiża u kemm hemm ippjanati li jsiru u fejn huma ppjanati li jsiru parks ġodda għall-familja ġewwa Għawdex matul is-sena 2021?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed iħejji pjan biex il-proġett tal-park għall-familja f’Ulysses Grove, li jinsab fix-Xewkija, jitkompla matul s-sena d-dieħla. L-ewwel fażi tal-proġett, li kienet tinkludi trakka għall-mixi u l-ġiri, hija diġa lesta. Apparti hekk, matul din is-sena u s-sena d-dieħla se jsir upgrade ta’ Ġnien il-Familja, li jinsab fil-Qala. Dan l-upgrade jinkludi afforestazzjoni u Dog Park.
Ministeru għal Għawdex – lista ta’ bordijiet u kumitati
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? F'kull każ jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet u/jew kumitati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 16565 Ministeru għal Għawdex lista ta bordijiet u kumitati.pdf
Tender għal resurfacing fi Triq il-Kbira fix-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender For The Resurfacing Of Triq Il-Kbira, Xewkija' li għalqet fl-1 ta' Ġunju 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded? Meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol fuq din it-triq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li l-evalwazzjoni ta’ dan it-tender qiegħda tiġi konkluża. Il-proċess tal-evalwazzjoni ħa ftit fit-tul minħabba li kellhom jintalbu xi kjarifiċi. Ir-rapport tal-evalwazzjoni kellu mbagħad jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali.
Malli jintemm il-perjodu tal-appell, il-Kunsill Lokali jkun jista jiltaqa mal- kuntrattur li ssottometta l-aktar offerta vantaġġuża, sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt.
Tender ‘Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender 'Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid x’ħa jiġri minn issa ’il quddiem rigward din it-tender? Jista’ jgħid min kien u min fil-preżent qed joffri dan is-servizz, kif intgħażel u kemm kien ilu joffri dan is-servizz? Jista' jgħid xi ħlas sar għal dan is-servizz fis-sena 2019 u fis-sena 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ offerti li ġew sottomessi kienu għola mill-badġit allokat, għalhekk it-tender ġie kkanċellat f’konformità ma’ klawsola 18.3 (d) tal-General Rules Governing Tenders. Dawk interessati ngħataw l-opportunita li jippreżentaw l-oġġezzjoni tagħhom lill-Public Contract Review Board iżda ma waslet l-ebda oġġezzjoni. Ġie revedut tender ieħor u ser jinħareġ fiż-żmien li ġej. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kummerċjali u kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Malta Public Transport biex treġġa' lura servizz mir-rotta 62 Siġġiewi-Valletta mit-8:00am ’il quddiem, li tnaqqas fl-iskeda tax-xitwa, hekk kif is-Siġġiewi qiegħed jikber, u f'istanzi fejn servizz partikolari ma joħroġx, kif ġara kemm-il darba, il-passiġġieri se jkollhom jistennew siegħa għas-servizz ta' wara? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tar-rotot li raw tnaqqas fis-servizzi tagħhom, bħal fil-każ 62 Siġġiewi - Valletta? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għafejn tnaqqas servizz mir-rotta 62 Siġġiewi - Valletta mit-8:00am ’il quddiem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, n-numru ta’ passiġġiera li qedgħin juzaw il-mezzi tat-trasport pubbliku naqas u dan minħabba li n-nies qedgħin jivjaġġaw inqas, predominament minħabba il-pandemija tal-Covid 19. Fil-fatt minn analizi li saret fuq ir-rotta 62, jiġifieri r-rotta li tgħaqqad is-Siġġiewi mal-Belt Valletta jirriżulta li fost il-ġimgħa u s-Sibtijiet f’Settembru n-numru ta’ passiġġieri li wżaw din ir-rotta naqas b’medja ta’ 44% meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Jirri¿ulta wkoll li l-Ħdud il-medja ta’ dan it-tnaqqis huwa pjuttost ikbar b’medja ta’ 48%. Kienet din ir-raġuni li tnaqqset il-frekwenza fuq din ir-rotta.
F’din l-skeda s-servizz fuq ir-rotta 62 bejn il-05:30 u it-08:00 il-frekwenza baqat kif kienet jiġifieri frekwenza ta’ kull għoxrin minuta u wara dan il-ħin jaqleb għal kull 30 minuta. Jirri¿ulta ukoll li ma ġewx innotati problemi ta capacity fuq din ir-rotta wara dan it-tnaqqis. Infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku ser ikun qiegħed ikollu karozzi tal-linja fuq standby fl-inħawi tas-Siġġiewi sabiex dawn jintuzaw kemm il-darba jkun hemm xi problema ta capacity.
Infurmat ukoll li mill-25 ta’ Ottubru 2020 il-frekwenza fuq din ir-rotta ser tkun qedgħha tiżdied bejn 08:00 u l-10:00 ta’ filgħodu fost il-ġimgħa, bejn 09:30 u 17:00 is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn il-05:30 u 11:00 ta’ filgħodu. Transport Malta qedgħa tevalwa regolarment l-andament tal-passiġġiera sabiex fejn ikun hemm il-ħtieġa tiġi aġġustata l-frekwenza sabiex tiżgura li l-bżonnijiet tal-passiġġiera qed jiġu milħuqa.
Ta’ min wieħed jinnota li ma’ din l-iskeda qed isiru vjaġġi addizjonali fuq seba’ rottot li huma 2, 43, 50, 82, 90, 91, X4. Iddaħħlet ukoll rotta ġdida bin-numru X300. Din ir-rotta hija waħda Express liema rotta tgħaqqad iċ-Ċirkewwa mal-Belt Valletta. Din ir-rotta hija sinkronizzata mal-wasla tal-vapur t’Għawdex. Dan sabiex il-passiġġiera Għawdxin ikunu moqgħdija bl-aħjar mod possibbli.
Minbarra r-rotta 62, kien hemm tnaqqis ta’ frekwenza, minħabba t-tnaqqis fil-patrunaġġ, fuq tlett rotot oħra hekk kif gej:
· Rotta 4, wara it-tmienja ta’ filgħodu
· Rotta 15
· Rotta 35, wara id-disgħa ta’ filgħodu
Jista’ l-Ministru jindika kemm sar investiment sabiex jitwaqqaf il-Community Police? Kemm hemm pulizija involuti f’dan is-servizzi? X’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn il-pulizija li qegħdin assenjati f’dan is-servizz u meta sar dan it-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tmienja u għoxrin (28) membru tal-Korp li qed jagħmlu xogħol relatat ma’ Community Policing f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta. Relatat ma’ dan ix-xogħol l-istess membri ngħataw taħriġ dwar Community Skills for Community Police, fix-xhur ta’ Awwissu 2019, Lulju 2020 u Awwissu 2020. Taħriġ dwar l-istess suġġett ingħata wkoll minn servizz ta’ Pulizija fir-Renju Unit f’Novembru 2019, lil xi uffiċjali marru fl-istess pajjiż. Rigward investiment/spejjeż sabiex jitwaqqaf il-Community Police li għadu fi stadju ta’ espansjoni, sal-lum saret nefqa ta’ madwar mija u erbgħa u erbgħin elf (144,000) ewro.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15985, jista’ l-Prim Ministru issa jindikalna kemm hemm persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku u jekk hemmx pjan li jiġu ingaġġati iktar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku hija ta 3.3% tal-impjegati kollha fl-istess servizz. Din ir-rata hija 1.3% aktar mill-minimu kif stipulata bil-ligi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16397, jista’ l-Ministru jindika x’sar f’dawn l-aħħar tliet snin u x’qiegħed isir issa sabiex inkjesti li ilhom ħafna pendenti jiġu mitmuma għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-inkjesti li ilhom aktar minn sitt snin pendenti, jiena bħala Ministru risponsabbli mill-Ġustizzja dejjem sostnejt, anke fid-dominju pubbliku, li dan mhux aċċettabbli, speċjalment għal dawk iċ-ċittadini li jkunu qed jistennew l-eżitu ta’ xi inkjesta sabiex jasserixxu jeddijiet tagħhom. Il-Ministru huwa konsopevoli tal-fatt li din hija l-pożizzjoni wkoll tal-Prim Imħallef preżenti li għamilha ċara li dawn l-inkesti Maġisterjali għandhom jiġu konklużi. Huwa informat ukoll li l-Avukat Ġenerali qed imexxi skont dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali fl-istess direzzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni – multa lill-ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14747, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-snin imsemmija f’din il-mistoqsija? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb ngħid li din hija l-informazzjoni kollha li setgħet tingħata mill-Ministeru tiegħi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga? Kemm minnhom huma nisa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa hemm 16-il priġunier li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga u tnejn minnhom huma nisa.
Multi Modal Hub f’Ta’ Xhajma fin-Nadur — oġġezzjonijiet
Question
B' referenza għall-proġett li hemm ippjanat li jsir ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'se jsir biex l-oġġezzjonijiet li qed jagħmlu s-Superintendence of Cultural Heritage u s-CHAC rigward dan il-proġett li qed jgħidu li: 'the proposes works Outside Development Zone in an area of archaeological potential, very visible from significant viewpoints, including the Xagħra Plateau (especially around Ġgantija) and from the knoll known as in-Nuffara'? Jista’ jgħid fil-konkret x'se jsir biex dawn l-oġġezzjonijiet jiġu sorpassati? Jista’ jara li l-pjanti jiġu mibdula u l-proġett ma jkollux impatt viżiv negattiv fuq il-madwar speċjalment mix-Xagħra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta s-Superintendence of Cultural Heritage (SCH) ħarġet b’dan l-statement, il-pjanti ġew emendati biex ikunu konformi mal-istess suġġerimenti tal-SCH.