Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16442 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari 11385 u 11599, li kopriet il-perjodu sa Settembru li għadda, nixtieq in¿id li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 9 talbiet
Jannar-Settembru 2020: 20 talba
Minn dawn kien hemm 7 talbiet milqugħa, 17 rifjutati u 5 għadhom pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16443 jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11394, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru – Diċembru 2019: xejn
Jannar-Settembru 2020: 7 talbiet
Minn dawn kien hemm 4 talbiet milqugħa u 3 rifjutati.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet sena b’sena mit-8 ta Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kif inhuma mqassma, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex u Kemmuna, u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ operaturi li għandhom liċenzja mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet sena b’sena hija:
Sena
Lokalita’
Numru ta’ Operaturi
2013
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
6
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
2
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2014
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
4
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2015/6
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2017/8
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
San Pawl il-Baħar – Qawra
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
2019/20
Mellieħa – Armier
5
Mellieħa – Għadira
7
Mellieħa – Għajn Tuffieħa
1
Mellieħa – Ġnejna
1
Mellieħa – Paradise Bay
1
San Pawl il-Baħar – Qawra
1
Sliema – Fond Għadir
1
Kemmuna – Blue Lagoon
3
Kemmuna – Santa Marija
1
Għawdex – Marsalforn
1
Għawdex – Ramla l-Ħamra
1
Jista’ jingħata l-każ li hemm numru ta’ operaturi oħra li l-permess tagħhom ma jaqax taħt dan il-Ministeru.
Il-proċess tal-permess jibda’ b’applikazzjoni apposta għal dan it-tip ta’ operat li jista’ japplika għaliha biss stabbiliment li diġa’ huwa liċenzjat mal-Awtorita’. Dan il-permess jiġi mħallas kull sena mal-kont tal-liċenzja tal-istabbiliment u l-ammont huwa determinat skont L.S. 409.05, sezzjoni XII (€116.47). Fil-każ ta’ Kemmuna tinħareġ tender u jsiru l-offerti. L-ammont jiġi determinat fl-offerti tat-
tender.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jikkawża li kull meta tagħmel ix-xita, diversi toroq madwar il-pajjiż qed jegħrqu bl-ilma tax-xita? Biex tiġi evitata din il-problema, għaliex il-Gvern mhux jinvesti f'water culverts, speċjalment fejn qegħdin isiru toroq ġodda bit-tarmak?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull proġett li qed tagħmel fit-toroq madwar il-pajjiż, Infrastructure Malta qed tqis is-sistemi kollha nkluż dawk għall-ġbir tal-ilma tax-xita u servizzi li jkun hemm fihom biex tara kif dawn ittejjibhom.
Bħala ftit eżempji nsemmi li f’żewġ toroq ewlenin li qegħdin isiru bħalissa, Triq San Pawl in-Naxxar u Triq il-Wied li tiġi bejn l-istess lokalità u l-Iklin, instabu sistemi antiki għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li kienu imblukkati matul is-snin u qed tibnihom mill-ġdid. F’dan iż-żewġ toroq l-aġenzija qed tqiegħed medda ta’ katusi twila aktar minn kilometru u tibni diversi spralli biex jonqsu d-diffikultajiet tal-għargħar f’dawn l-inħawi.
Fi Vjal Santa Luċija li għadha kif inbniet mill-ġdid saru aktar minn 100 sprall tal-ilma tax-xita. Waqt li bħala parti mill-Marsa Junction Project qed jinbnew tliet ġibjuni għall-ġbir tal-ilma tax-xita u ġibjun ieħor qed isir ukoll bħala parti mis-Central Link Project, quddiem ċimiterju ta’ Ħ’Attard.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull fejn qed issir triq ġdida bit-tarmak huwiex jittieħed topographical survey tat-triq u jekk humiex jiġu studjati l-livelli ħalli fejn f’partijiet tat-triq tkun iżżomm l-ilma tax-xita, meta jsir it-tarmak il-ġdid, din il-problema tiġi evitata? Jista’ jgħid jekk hux minnu li meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jinżamm mal-livelli eżistenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tat-tweġiba 7931 tas-Seduta 175.
M’hijiex minnha l-allegazzjoni li “meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jin¿amm mal-livelli e¿istenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak”. Madankollu, jekk l-Onor. Bezzina għandu xi każi speċifiċi ta’ toroq li nbnew mill-ġdid u li fihom hemm diffikultajiet bl-ilma tax-xita, nissuġġerixxu li jipprovdi d-dettalji sabiex fejn ikun hemm, tittieħed azzjoni fl-aħjar interess tar-residenti u dawk kollha li jużaw l-istess toroq.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ssir trinka, minflok isir wiċċ temporanju bl-asfalt kif kienet il-prassi sa seba’ snin ilu, dan il-wiċċ temporanju qed isir bil-lean mix bil-konsegwenza li malli tagħmel ftit xita, dan il-wiċċ jinqala’ u t-triq timtela bit-toqob b'periklu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq? Min ħa din id-deċiżjoni teknika u għal liema raġuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li x-xogħol ta’ trinek fit-toroq isir minn ħafna entitajiet u kumpaniji tal-Gvern u privati differenti, u anke minn individwi, u peress li hemm trinek li jsiru minħabba xogħlijiet fl-infrastruttura taħt l-art u oħrajn li jsiru waqt xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid jew manutenzjoni tat-toroq infushom, jista’ jiġi speċifikat eżattament għal liema tip ta’ xogħol qed issir referenza għaliha.
Awtorità tal-Ippjanar – Forward Planning Unit — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-nies li żdiedu fil-Forward Planning Unit fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar f'din l-aħħar sena u f'liema grad huma? Jista’ jgħid jekk ħarġitx call for applications għal dan il-post? Jista’ jgħid x'inhi l-esperjenza ta' dawk magħżula għal dan il-post?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena kien hemm ħames (5) persuni li ġew allokati mad-diviżjoni tal-iStrategy and Policy Formulation, li qabel kienet tissejjah Forward Planning. Iz-zieda kienet qed taghmel tajjeb għal replacement ta’ ħames (5) persuni li marru jaħdmu f’dipartimenti oħra jew irriżenjaw, matul dan l-istess perjodu. Il-persuni l-ġodda li marru jaħdmu fid-diviżjoni tal- iStrategy and Policy Formulation, kienu wieħed b’riżultat ta’ call for application, wieħed b’ingaġġ fuq bażi ta’ trust, u tlieta ġew trasferiti minn dipartimenti oħra. Kull wieħed minn dawn il-persuni għandu l-esperjenzi neċessarji sabiex ikun jista’ jgħamel xogħlu kif jixraq u b’effiċjenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm investiga każijiet l-Awditur tal-Ippjanar mis-sena 2013 sal-2020, sena b'sena, in-numru tal-permess, il-lokalità u r-rakkomandazzjoni f'kull każ li għamel l-awditur kif ukoll x’azzjoni ħadet l-Awtorita tal-Ippjanar f'kull każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li r-rwol ta’ Awditur Intern tal-Awtorita’ tal-Ippjanar gie twaqqaf permezz tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp tas-sena 2016, ghalkemm il-ħatra tal-Awditur ġiet fis-seħħ fl-4 ta’Dicembru 2017.
Apparti dan ix-xogħol huwa jieħu ħsieb ukoll il-komunikazzjoni ma’ l-Ombudsman/Kummissarju ghal Ambjent u l-Ippjanar u wkoll ma’ l-uffiċċju ta l-Awditur fi ħdan l-Awtorita’ tal-Artijiet. Il-ka¿ijiet investigati jvarjaw minn permessig għal investigazzjonijiet rigwardanti impjegati tal-Awtorita’ u prattici tad-Direttorati. Infurmat ukoll li minħabba li ċerti dettalji jkunu jaqaw taħt l-Att Dwar il-Protezzjoni u Privatezza tad-Data dawn ma jkunux jistgħu jingħataw. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Saħħa — Rapporti ta’ inċidenti fatali ta’ pazjenti ta’ saħħa mentali komprometta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13475 u jindika kemm kien hemm rapporti ta’ inċidenti fatali f’din il-leġiżlatura, li ġraw lill-pazjenti ta’ saħħa mentali komprometta, ġo faċilitajiet liċenzjati għall-kura tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda inċident fatali f’din il-leġiżlatura, li ġara lill-pazjenti ta’ saħħa mentali komprometta, ġo faċilitajiet liċenzjati għall-kura tas-saħħa mentali.
Kampanja ta’ prevenzjoni kif jiġi evitat il-mard mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx kampanja ta’ prevenzjoni kif jiġi evitat mard mentali f’dawn l-aħħar tliet snin sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk iva, meta u fejn saret din il-kampanja ta’ prevenzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ta’ kull sena f’Ottubru, waqt il-kommemorazzjoni tal-jum dinji iddedikat għas-Saħħa Mentali, jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali skont it-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard tul l-aħħar snin saret ħidma flimkien mas-Servizzi għas-Saħħa Mentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa biex titfakkar il-ġurnata Dinjija tas-Saħħa Mentali dwar temi differenti. Ġie organiżżat
lecture
dwar l-istress u x-xogħol immirat għall-ħaddiema ġewwa l-isptar Mater Dei kif ukoll seminar dwar id-dipressjoni għat-tobba tal-familja. Għal-aħħar tas-sena 2019 saret kampanja dwar is-Saħħa Mentali billi saru interventi fuq il-mezzi tax-xandir tradizzjonali kif ukoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali, ta’ kull ġimgħa beda’ jingħata iktar għarfien billi jittellgħu messaġġi ta’ kif wieħed għandu jieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħu. Tul l-istess sena saru sforzi biex jiżdied l-għarfien fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju, permezz ta’ programmi fuq il-midja tradizzjonali (TV u gażżetti) u wkoll dawk soċjali. Infetħu ukoll
Well Being clinics
fl-Universita’ ta’Malta u wkoll fl-MCAST -Malta Council of Art, Science and Technology biex is-saħħa u mentali tal-istudenti tkunu mħarrsa ukoll.
Mid-Dipartiment tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kura Primarja saru taħdidiet regolari fil-kunsilli lokali kemm f’Malta u Għawdex dwar suġġetti varji relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali. Il-konkorrenza tal-pubbliku kienet tassew inkoraġġanti. Saru ukoll taħdidiet dwar suġġetti diversi relatati mas-saħħa mentali tal-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum ta’ l-anzjani kemm f’ Malta u f’Għawdex, taħdidiet regolari fil-parroċċi eżempju: Ladies Circle u gruppi tar-romol rigward stigma u għarfien dwar suġġetti relatati mas-saħħa mentali, Taħdidiet f’għaqdiet filantropiċi, aktar informazzjoni u ghajnuna lill-Fondazzjoni RISE rigward suġġetti relatati mas-saħħa mentali immirati lejn persuni li qegħdin isegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni bil-għan li jerġghu jintegraw ruħhom fis-soċjeta’ u ngħata ukoll iktar għarfien lill-membri tal-istaff ġewwa d-dipartiment tal-gvern. B’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Mental Health tal-Universita’ ta’ Malta, saret ħidma sabiex ikun hemm ikun għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-stigma f’lokalitajiet differenti. Minn dan id-dipartiment ukoll ngħatat informazzjoni waqt programmi kemm televiżivi kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju u tqassmu fuljetti b’informazzjoni relatati mas-saħħa mentali u l-stigma li jġibu magħhom dawn il-kundizzjonijiet, ġew ippubblikati diversi artikli f’diversi fuljetti li jitqassmu fil-paroċċi kif ukoll f’rivisti li jiġu mqassma lill-ħaddiema fil-qasam tal-Kura Primarja. Nfakkar ukoll illi f'Marzu ta’ din is-sena s-Servizzi għas-Saħħa Mentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa investew b'mod qawwi flimkien mar-Richmond Foundation fil-helpline 1770. Dan il-helpline kien immirat lejn nies li kienu qed jesperjenzaw diffikultajiet emozzjonali u ta' saħħa mentali. F'April 2020 is-servizz tal-helpline beda’ jopera fuq bażi ta' erbgħa u għoxrin siegħa kuljum inkluż fil-ġranet ta' festi. Apparti li kienu jintbagħtu żewġ professjonisti ta' saħħa mentali ta' kuljum biex jirrispondu t-telefonati fuq il-post kienu wkoll jiġu offruti korsijiet ta' terapija aktar fut-tul lil dawk li kienu jinstemgħu vulnerabbli fuq livell psikoloġiku. B'hekk seta’ jiġi evitat ir-riskju li dawn il-callers jiddeterjoraw mentalment. Bejn April u Awissu fost il-ħafna nies li ċemplu fuq il-helpline kien hemm aktar minn 100 persuna li bdiet ċiklu ta' psikoterapija mid-Dipartiment tal-Psikoloġija li jifforma parti mis-servizzi għas-Saħħa Mentali.
Sptar Mentali – bini minn fondi mill-European Fund for Strategic Investments
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1806, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa issa jindika jekk hux ser jinġiebu fondi mill-European Fund for Strategic Investments bil-ħsieb li jinbena l-Isptar Mentali fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sorsi alternattivi ta' finanzjament għal-bini tal-isptar Mentali fl-isptar Mater Dei qed jiġu esplorati b'mod attiv mill-awtoritajiet ikkonċernati.
Persuni li nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il persuna nqabdet tabbuża mill-benefiċċji soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’passi ttieħdu ma’ dawn il-persuni li nqabdu jabbużaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2017 sa Settembru 2020 ġew identifikati 2684 każ li kellhom jew il-benefiċċji mwaqqfa jew li ġew notifikati b’ammont żejjed ta’ ħlas. It-tabella li ssegwi tindika n-numru ta’ każijiet f’kull sena:
Sena
Total
01/01/2017 – 31/12/2017
628
01/01/2018 – 31/12/2018
739
01/01/2019 – 31/12/2019
748
01/01/2020 – 30/09/2020
569
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża fuq priġunieri barranin
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienet l-ispiża globali matul is-sena l-oħra li ħallset il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba l-priġunieri barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2019, kien hemm medja ta’ 295 priġunier barrani kuljum.
Għall-tagħrif dwar l-ispiża nirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12252.
Persuni vulnerabbli – tilqima tal-influwenza fi djarhom
Question
Peress li hemm numru ta’ persuni vulnerabbli li jinstabu d-dar minħabba ċ-ċirkostanza tal-COVID-19 u jixtiequ li jitlaqqmu minħabba l-influwenza iżda ma jixtiqux imorru ġo health centers jew ċentri oħra minħabba ċ-ċirkostanza tal-pandemija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ser isir biex dawn jitlaħqu? Tista’ terġa’ ssir sejħa biex tobba tal-familja jirreġistrawhom maċ-Ċentru tat-Tilqim ħalli b’hekk jingħatalhom servizz fi djarhom? Ir-reġistrazzjoni ta’ din l-iskema kienet għalqet fl-aħħar ta’ Settembru.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni vulnerabbli għandhom jikkuntattjaw il-CommCare Unit fuq 7902 0589 sabiex jingħataw appuntament ħalli infermiera tkun tista’ tmur tlaqqamhom f’darhom stess.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-perjodu tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tneħħa mill-ewwel paġna fil-parti ta’ fuq tax-xelluġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS riedet tkun iżjed preċiża u b’hekk dan il-perjodu qed jitniżżel ħdejn il-qari tad-dawl u l-qari tal-ilma. Din saret ukoll għaliex xi drabi jkun hemm differenza żgħira ta’ ġranet bejn il-qari taż-żewġ metres.
Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak
Question
Jista Ministru jgħid meta sar l-aħħar wiċċ bit-tarmak ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed inwettquh b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Triq il-President Anton Buttigieg hija fost it-toroq lokali li Infrastructure Malta inkludiet fl-ewwel listi ta’ toroq li jeħtieġ jinbnew mill-ġdid mill-aktar fis. Fil-fatt, diġa intgħa¿lu l-kuntratturi li se jibnu din it-triq mill-ġdid, b’bankini ġodda, servizzi ġodda tad-distribuzzjoni taħt l-art u ħafna titjib ieħor fl-aħjar interess tar-residenti u l-komunità kummerċjali f’din it-triq, kif ukoll ta’ dawk kollha li jgħaddu minnha ta’ kuljum b’mezzi differenti. Filwaqt li bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid t’aktar minn 50 triq residenzjali differenti madwar il-pajji¿, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Anton Buttigieg huwa ppjanat li jkun fost l-ewwel xogħlijiet li se jsiru fl-ewwel xahrejn tas-sena d-dieħla.
Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-aħħar xogħlijiet sostanzjali f’din it-triq saru lejn l-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, f’din it-triq saru biss xogħlijiet ta’ tiswijiet żgħar skont il-ħtieġa, sabiex jitneħħew perikli għall-pubbliku.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Iż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta jikkunsidra li jsir wiċċ ġdid bit-tarmak kif xieraq lit-Triq President Anton Buttigieg iż-Żejtun, hekk kif l-istat tat-triq huwa wieħed xejn tajjeb anzi perikoluż hekk kif is-sewwieqa jipprovaw jiskartaw il-ħofor li nħolqu bil-patching ħażin li sar u li l-eluf ta' sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum jipprovaw jevitaw sabiex ma jagħmlux ħsara lill-vetturi tagħhom sahansitra jaqsmu fuq il-lane l-oħra? Infakkar li din it-triq isservi lir-residenti taż-Żejtun, maġġoranza tar-residenti ta' Marsaskala, it-800 student tal-Kulleġġ St Thomas More u dawk li jqassmu x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti infrastrutturali fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — fondi allokali għal proġetti fil-qasam edukattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam edukattiv fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.