Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb – nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'xiri tal-ikel tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-sena 2020 kollha u fis-sena 2021 kollha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infumat li l-ispiża tal-ikel għas-snin 2020 u 2021 hija ta’ €4,402.85 u €5,526.90 rispettivament.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xiri tal-ikel tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili isirx b’direct order jew wara li tinħareġ tender pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ikel jinxtara permezz ta’ sejħa għall-offerti li ssir għal sena sħiħa.
Dentistrija – istituzzjonijiet edukattivi – programmi ta’ edukazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il istituzzjoni edukattiva għamlet talbiet mal-Kunsill Mediku sabiex ikunu akkreditati/reġistrati biex joffru programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Mediku irċieva applikazzjoni waħda minn istituzzjoni sabiex toffri programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija.
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk fil-ġranet li għaddew instabux annimali eżotiċi bħal black panther u puma f’residenza f’Għajnsielem u kienx hemm kelb domestiku ferut bi gdim possibilment ta’ annimal domestiku? Jekk iva, jista’ jgħid jekk ġewx sekwestrati? U jekk ġew, fejn qegħdin dawn l annimali eżotiċi u ġewx informati l-pulizija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkonfermat li fil-ġranet li għaddew daħal rapport ta’ kelb ferut fl-istess triq ta’ residenza f’Għajnsielem li fiha hemm annimali eżotiċi . Għadhom qiegħdin isiru l-investigazzjonijiet fuq il-każ mid-direttorati fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali flimkien mal-pulizija.
Mellieħa –Triq il-Barkazza u Triq Għar u Casa — inkonvenjenti
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21894 mogħtija fis-seduta numru 484 fuq domanda tiegħi dwar l-istat ħażin tat-toroq Barkazza u Għar u Casa fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tinforma lill-iżviluppaturi konċernati sabiex jaraw li jiġu osservati b’mod immedjat l-obbligi tagħhom fl-interess tar-residenti li jabitaw f’dawn iż-żewġ toroq u ż-żona tal-madwar?
Response (BORG, IAN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23988, nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tara li l-ħsarat fid-dwal fil-viċinanzi tal-pjazza ewlenija tan-Naxxar kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament, dawn jissewwew mill-entità responsabbli mill-aktar fis, peress li issa ilhom għal numru ta’ ġimgħat bil-ħsara??
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta għamlet x-xogħolijiet neċessarji f’numru ta’ toroq. Dan ix-xogħol sar matul ix-xahar ta’ Diċembru u fil-bidu ta’ Jannar. Minn spezzjoni li saret mill-Enemalta fl-10 ta’ Jannar bħala followup għas-servizz mogħti lir-residenti, nstab li d-dawl kien kollu mixgħul.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – impjieg ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat fil-Ministeru tiegħu? Ittieħdet xi azzjoni f’dan il-konfront?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhuwiex impjegat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klieb u qtates li jinsabu f'xelters u kemm minnhom qegħdin fil-proċess li jiġu addottati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responabbli jista’ jagħti informazzjoni biss tal-klieb u l-qtates li jinsabu bħalissa taħt il-ħarsien tad-Direttorat tat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Dan għaliex il-Ministeru ma jżommx din it-tip ta’ informazzjoni għal xelters li ma jaqgħux taħt l-imsemmi Direttorat. Għaldaqstant nitlobok tirreferi għat-tabella segwenti:
Tip
Ammont
Fil-proċess li jiġu adottati
Klieb
92
18*
Qtates
137
0
* Bħalissa 18-il kelb qegħdin jiġu fostered bil-għan li jiġu adottati aktar ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-pont ta' Ħ’Attard peress li din it-triq ilha magħluqa u hi waħda mid-daħliet u l-ħarġiet ewlenija tar-raħal?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma sabiex twessa’ l-gverta tal-pont li jgħaqqad Triq l-Imdina ma’ Triq il-Linja, f’Ħ’Attard. Din il-gverta qed titwessa’ b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, b’disinn li ma jaffettwax l-istruttura antika tal-pont li hemm taħtha, peress li din tifforma parti mill-fdalijiet tal-infrastruttura tal-ferrovija ta’ Malta, li waqfet taħdem fil-bidu tas-seklu 20.
M’huwiex veru li dan il-pont “ilu magħluq” peress li waqt ix-xogħlijiet li saru s’issa f’din iż-żona, fosthom il-bini ta’ parti minn korsija għar-roti, saru bil-pont miftuħ f’direzzjoni waħda jew saħansitra miftuħ miż-żewġ naħat, kif inhu fil-fatt bħalissa. Fil-fatt, b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, ix-xogħlijiet li saru s’issa u li għad iridu jsiru, ġew ippjanati b’mod li kemm jista’ jkun il-pont jinżamm miftuħ imqar f’direzzjoni waħda, għall-kumdità tar-residenti ta’ dawn l-inħawi. Ix-xogħol meħtieġ biex il-gverta titwessa’ u ssir aktar sigura b’korsija f’kull direzzjoni, mistenni jkun lest fit-tieni kwart tas-sena.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu barranin fl-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra? Mil-liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-reġistru Nazzjonali tal-iMwiet kien hemm 14 u 23 mewt fis-snin 2020 u 2021 rispettivament, ta’ barranin (mhux residenti f’Malta) li mietu f’Mater Dei. Il-pajjiżi fejn twieldu hija skont it-tabella hawn taħt:
POST TAT-TWELID
2020
2021
Albanija
1
0
Bulgarija
0
1
Eritrea
1
0
Franza
1
0
Germanja
1
1
Ungerija
1
1
Indja
0
1
Irlanda
1
0
Italja
1
4
Libja
0
1
Malasja
0
1
Olanda
1
0
Nigerja
1
0
Polandja
1
0
Filippini
0
1
Sudan
1
0
Sirja
0
1
Turkija
0
1
L-Ingilterra
3
9
Mhux maghrufa
0
1
Total
14
23
L-informazzjoni għas-sena 2021 għadha proviżorja.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar sejħa għal Executive Officers – Malta Public Service? Kemm applikaw? Kemm għaddew? Minn dawk li għaddew kemm minnhom diġà bdew jaħdmu mal-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal Uffiċjali E¿ekuttivi ħarġet fit-23 ta’ April 2021. Kien hemm erbgħa mija sitta u tmenin (486) applikant li minnhom għaddew mitejn tmienja u għoxrin (228). S’issa għadhom ma sarux ħatriet f’dan il-grad minhabba li ghadu ghaddej il-proċess tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Kunsill Lokali ta' Marsaskala: Konsultazzjoni mar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23713 u jindika kemm-il konsultazzjoni saret mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mar-residenti ta’ Marsaskala mis-sena 2018 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23714 u jindika meta l-aħħar li ntbagħtu r-rivisti lir-residenti ta’ Marsaskala sabiex ikunu jafu x’qiegħed isir fil-lokalità tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-aħħar rivista li ntbagħtet lir-residenti kienet f’Diċembru 2019.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23763, peress li din hi kwistjoni ta# ħsejjes li ma jħallux bniedem jgħix fil-kwiet, jista' l-Ministru jara l-każ imsemmi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m' għandi xejn iktar xi nżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parmamentari 23763.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ anzjani li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2020, il-popolazzjoni tal-lokalità ta’ Marsaskala kienet stmata li tammonta għal 15,579. Minn dan l-għadd, il-persentaġġ ta’ residenti li kellhom 60 sena u fuqhom kien ta’ 16.5 fil-mija. Ta’ min jinnota li informazzjoni f’iktar dettall tkun disponibbli ġaladarba jkunu ppublikati r-rizultati taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021.
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji sabiex tara li n-new water jitwassal sal-inħawi ta’ Triq San Leonardu fix-Xgħajra (Park Nazzjonali tal-Inwadar) u fl-inħawi ta’ Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni ndikati diġa jiffurmaw parti mill-pjanijiet tan-network ġdid ta’ New Water.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ir-rampa fiċ-Ċimiterju tal-Mosta li hemm fuq in-naħa tal-kappella tal-istess ċimiterju tkun miksija mill-ġdid biex tkun konformi mar-regolamenti stipulati u li b’hekk l-istess rampa tkun tista’ tintuża mill-persuni bil-wheelchairs filwaqt li jitnaqqas il-perikolu li hemm fil-preżent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet ippublikata sejħa għall-offerti fis-27 ta’ Diċembru tal-2021 (CFT012-1098/21) sabiex isir xogħol ta’ alterazzjoni ta’ rampa e¿istenti u aċċess aħjar għal persuni li j¿uru ċ-ċimiterju tal-Mosta, wara li l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar (DN 01174/21) għall-istess proġett ġiet approvata fit-22 ta’ Settembru tal-2021. L-pjan hu li x-xogħlijiet jibdew fix-xhur li ġejjin.
Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru ħas-Saħħa jara x'passi jistgħu jittieħdu biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2021 kien hemm ilment wieħed rigward ħmieġ ikkawżat minn ħamiem salvaġġ fi Triq il-Fjuri, Imqabba. Dan l-ilment ġie investigat minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat u l-inkonvenjent kien tneħħa.
Dan id-Direttorat reġa’ investiga dan l-ilment fit-12 ta’ Jannar ta’ din is-sena u intbagħat avviż lill-Kunsill Lokali biex jerġa jitneħħa l-inkonvinjent. Il-Kunsill ġie nnotifikat li dan l-ilment qiegħed ikun repetut sabiex possibilment tinstab soluzzjoni dejjiema u jiġi kkontrollat in-numru ta’ ħamiem selvaġġ.
L-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wkoll ser ikomplu jsegwu dan l-ilment sakemm jitneħħa l-inkonvenjent.
Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu anke mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba huwa mgħarraf bl-inkonvenjent li qed jinħoloq f’din l-area u flimkien mal-assistenza tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali ser jibda dalwaqt l-għalf ikkontrollat tal-ħamiem bil-għan li titnaqqas il-popolazzjoni tagħhom. Il-Kunsill intrabat wkoll li l-indafa trid issir fuq ba¿i regolari fl-interess tar-residenti tal-area. Din il-materja ser tiġi diskussa wkoll waqt il-laqgħa tal-Kunsill sabiex jittieħdu d-deċi¿jonijiet li hemm b¿onn.