Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi – Triq il-Ġdida – vultaġġ baxx ta’ dawl

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq il-Ġdida, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.

Siġġiewi – Triq l-Iskola – vultaġġ baxx ta’ dawl

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq l-Iskola, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.

Siġġiewi – Triq it-Tabib Nikol Zammit – vultaġġ· baxx ta’ dawl

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.
Leg 13 PQ #24626 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pixxina Nazzjonali kienet titgħatta bil-lejl? Jistax jikkonferma meta l-aħħar ġiet mgħottija bil-lejl? --

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li filwaqt li l-pixxina kienet tagħlaq fix-xhur tax-xitwa u titgħatta waqt dan il-waqfien fit-tul mill-operat, fl-aħħar snin il-pixxina kienet qed tagħlaq biss fil-perjodu bejn il-Milied u l-ewwel tas-Sena.

Liġi li tgħin lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tidħol fis-seħħ l-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li jien tiegħu responsabbli qed jipprepara d-dokumenti legali neċessarji. Wieħed għandu japprezza li l-abbozzar ta’ liġi li tindirizza kwistjoni ta’ din il-portata m’għandux isir b’għaġla, sabiex ikun żgurat li jintlahqu objettivi mixtieqa u jkun hemm ġustizzja ma kulħadd.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23399 u 21962 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista kif ġew ippreżentati lili, ta kemm intefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-2017 sal-lum.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23401 u 21970 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 13 PQ #24652 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23403 u 21974 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23404 u 21975 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Djar tal-anzjani — Involviment tar-residenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23405 u 22482 u ċjoè b'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22366, jista' jindika liema huma dawk id-djar residenti tal-privat li m'għandhomx kunsill magħmul mir-residenti stess, fejn huma jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-dar fejn huma qed jgħixu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.

Pulizija – każi ta’ cyber harassment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ cyber harassment ġew irrapportati, xahar b’xahar, matul l-aħħar tliet snin? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Membru tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ indaġini manwali biex tkopri tlett snin kif rikjest fil-mistoqsija, peress li fis-sistema elettronika tal-pulizija ma kienx hemmx il-possibilita li toħroġ l-informazzjoni kif mitluba u ddetalji kif indikati. Dan eżerċizzju jikkonsma ħafna ħin prezzjuż li l-Korp tal-Pulizija jista’ juża aħjar għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u għall-aħjar protezzjoni taċ-ċittadini. Madankollu, infurmat illi min nofs Dicembru 2021 il-Pulizija nkludew il-possibilita li jestrattaw elettronikament dettalji dwar cyber reports. Bejn Dicembru u l-aħħar ta’ Jannar kien hemm tnax ir-rapport ta’ cyber-harassment (fastidju pers se). Jekk wieħed iqis li reat ikun cyber bullying meta l-persuna ffastidjata u l-persuna li tgħat fastidju jkunu minuri (meta l-eta’ tkun magħrufa), filwaqt li reat ikun cyber harassment meta waħda mill-persuni li ġiet iffastidjata jew iffastidjat kienu adulti, it-tabelli t’hawn taħt tista tagħti ndkikazzjoni aħjar tar-reat . Cyber-harassment – Rapporti minn Dicembru 2021 sa 31.12.2022 Seq. Eta tal-vttma Eta’ tas-suspettat 1 25 sena Mhux magħruf 2 18 sena Mhux magħruf 3 21 sena Mhux magħruf 4 31 u 34 sena Mhux Magħruf 5 31 sena Mhux magħruf 6 Tnejn ta’ 16 il-sena 16 sena 7 29 sena 25 sena 8 79 sena 76 sena 9 23 sena Mhux magħruf 10 16 sena Mhux magħruf 11 26 sena 37 sena 12 64 sena Mhux magħruf

Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni – proġetti għal spazji miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti saret applikazzjoni għalihom permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni sabiex joħolqu spazji miftuħa fil-lokalitajiet tagħhom u mil-liema Kunsill Lokali, matul is-sena li għaddiet? Liema minn dan il-proġetti ġew aċċettati? Liema minn dawn il-proġetti ma ġewx aċċettati u x’kienet ir-raġuni għal dan f’kull każ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Għases tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex li għandhom għassa? Minn dawn, liema huma dawk l-għases li huma miftuħa? F’kull każ, jekk l-għassa tinsab magħluqa, x’inhi r-raġuni għala din tinsab magħluqa u jekk din se terġa’ tinfetaħ, meta hu ppjanat li dan isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa, Naxxar, Qawra u San Pawl il-Baħar — Skejjel primarji u sekondarji – studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il tifel u tifla fl-iskejjel primarji u sekondarji (fejn hemm skola sekondarja) tal-Gvern ġewwa l-Mellieħa, Naxxar, Qawra u San Pawl il-Baħar huma barranin u kemm hu t-total ta’ tfal li jattendu kull skola? F’kull każ, ta’ liema nazzjonalità huma dawn it-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji tal-Gvern – studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il tifel u tifla fl-iskejjel primarji tal-Gvern huma barranin u kemm hu t-total ta’ tfal li jattendu kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikun hemm Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tan-Northern Regional Health Hub wasal fi stadju avvanzat ta’ preparamenti, li jinkludi studju estensiv tal-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit propost u t-tfassil tas-servizzi li ser jingħataw miċ-ċentru. Ninsabu f’kuntatt kontinwu ma’ bosta awtoritajiet ikkonċernati, inkluż l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-ippjanar, fejn qed inħejju biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp.

Żejtun – ċaqliq tal-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-librerija pubblika ġewwa l-Iskola taż-Żejtun Primarja A għaddiet issa fiż-Żejtun Primarja B u jista’ wkoll jinforma l-Kamra jekk is-servizzi humiex l-istess jew inbidlux?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-librerija pubblika ġiet temporanjament riallokata minn Żejtun Primarja A għal Żejtun Primarja B sabiex jinħoloq spazju ħalli l-istudenti tal-Kinder ikun jista’ jingħatalhom id-dritt għat-tagħlim fi spazji xierqa. Is-servizz ta’ din il-librerija ser jingħata skont l-iskeda preċedenti.

Żejtun – ċaqliq tal-librerija pubblika – twaqqif ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għal liema raġuni l-librerija pubblika fiż-Żejtun iċċaqilqet u għaliex is-servizzi preċedenti waqfu ħabta u sabta b'mod li wieħed jista’ jirritorna l-kotba s-sibt filgħodu u ma jistax jissellef? Jista’ għalhekk jipprovdi alternattiva billi hemm numru ta’ persuni li s-soltu jissellfu l-kotba u li issa ma jistgħux?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru PQ 24692.

Żejtun – Librerija Pubblika — kotba

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kotba fil-librerija pubblika fiż-Żejtun u kemm żdiedu l-kotba f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li hemm tnejn u għoxrin elf, tlett mija, ħamsa u għoxrin (22,325) ktieb fil-librerija pubblika taż-Żejtun. In-numru ta’ kotba miżjuda fl-2019 kien ta’elf, erba’ mija, wieħed u tmenin (1,481) ktieb, in-numru ta’ kotba miżjuda fl-2020 kien ta’elf, tmienja u erbgħin (1,048) ktieb u n-numru ta’ kotba miżjuda fl-2021 kien ta ħames mija, disgħa u erbgħin (549) ktieb.