Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ kumpaniji u negozji li fl-aħħar ta’ Settembru 2020 kienu qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna mill-Gvern minħabba l-Pandemija Covid-19 u taħt liema forom differenti kienet qed tingħata din l-għajnuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata f’xi seduta oħra.
Prodotti u Servizzi li hemm taxxa ambjentali fuqhom
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?
Pjan ta’ edukazzjoni fuq Waste Separation u Door Collection
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex jiġu intensifikati l-isforzi nazzjonali għal media education aktar effettiva dwar waste separation u door collection?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ilna għal dawn l-aħħar snin nahdmu bis-sħiħ biex nzidu l-għarfien fuq l-immaniġjar sostennibli ta’ l-iskart permezz ta’ diversi kampanji edukattivi. Ewlenin fosthom “Don’t Waste Waste”, “Sort it Out”, u “Saving Our Blue”. Il-messaġġi li wassalna u li għadna qed inwasslu jittrattaw mhux biss is-separazzjoni ta’ l-iskart fid-djar tagħna, iżda ukoll kif innaqqsu l-ġenerazzjoni ta’ l-iskart bħal l-użu tal-plastik, u anki kif nużaw il-faċilitajiet u s-servizzi provduti għalina. Użajna u se nibqgħu nużaw diversi mezzi biex nipprovdu l-informazzjoni. Mhux biss riklami u videos fuq it-televiżżjoni, ir-radju u l-medja soċjali. Morna fl-iskejjel, żorna fabbriki u postijiet tax-xogħol, iltqajna man-nies fl-avvenimenti tal-massa, qassamna għodda biex inħeġġu n-nies jisseparaw aktar, dorna l-pjazez ta’ l-irħula.
L-enfasi fuq l-edukazzjoni u l-ħtieġa li nibqgħu dejjem inżidu l-għarfien ma tistax tieqaf. Nhossu wkoll l-bzonn li dejjem ghandna nkomplu nsahhu l-gharfien dwar il-prevenzjoni ta l-skart u mhux biss s-separazzjoni. Dan ifisser gharfien ta kif ser nagħmlu għażliet aktar konxji biex narmu inqas skart specjalment bhal li nixtru prodotti li ma jkellhomx ippakkjar zejjed, kif nibqgħu nużaw il-prodotti aktar fit-tul, kif niprovdu servizzi ta’ tiswija u kif nippreferu materjali ta’ dannu inqas għal ambjent minn oħrajn billi nużawhom aktar minn darba. Fil-gimghat li gejjin ser tissokta wkoll kampanja dwar il-gbir tal-hgieg u qieghdin ukoll nahdmu dwar kampanja indirizzata għall-istabilimenti kummerċjali.
Din il-ħidma ser titkompla għax nemmen b’rieda sħiħa u b’saħħitha għax nemmen bil-qawwa dwar l-importanza tal-edukazzjoni f’dan il-qasam, kif alluda tajjeb hafna l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq trakkijiet taż-żibel fis-sena 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi matul l-2019 saru 33 spezzjoni fuq trakkijiet taż-żibel Apparti minn hekk il-WasteServ tagħmel spezzjonijiet kontinwi fuq it-trakkijiet li jidħlu fil-faċilitajiet tagħha sabiex jaraw li jkunu konformi mar-regoli applikabbli. Fil-fatt infurmat li matul l-2019 l-WasteServ għamlet 53,518 il-spezzjoni ta’ dan it-tip.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Żoni tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun – ilma lill-bdiewa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex jiġi assigurat provista tal-ilma lill-bdiewa fiż-żona tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun minn Ta’ Barkat? Jista jgħid x’volum u x’kwantità ġie provdut tul din is-sena u sal-aħħar ta’ Awwissu 2020?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna f’Ruma tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u x’inizajattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għal-Ruma tul dawn l-aħħar disa’ xhur ta’ din is-sena.
Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11645 u 14286, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti minn persuni li huma ta’ dixxendenza Maltija li ġejjin mit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu? Saru diskussjonijiet ma’ Identity Malta sabiex is-sistema taħdem aħjar milli kienet, wara l-emendi li ġew approvati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Ministeru jista’ jikkonferma li ma rċeviex ilmenti minn persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu dwar applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija, kif kien irrappurtat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14286, il-Ministeru kien iddiskuta din il-materja mal-awtoritajiet kompetenti mill-Aġenzija Identity Malta, u filwaqt li dawn tal-aħħar fehmu d-diffikultajiet li applikanti ta’dixxedenza Maltija mit-tali pajjiżi jistgħu isibu biex jipprovdu ċertifikati tat-twelid oriġinali tal-iStat minħabba raġunijiet ta’ natura storika, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara ta’ passaport Maltin, issa dawn il-persuni jistgħu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija, flimkien ma’ kull dokumentazzjoni oħra wara li d-dixxendenza minn persuna mwielda f’Malta tkun ġiet stabbilita. Il-Ministeru huwa nfurmat mill-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip qed jiġu trattati każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.
Fir-rigward tal-emendi fil-leġislazzjoni msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari, l-Aġenzija Identity Malta infurmat lill-Ministeru li fejn qabel kien possibbli biss għal persuni li twieldu barra minn Malta biex japplikaw għal ċittadinanza Maltija abbażi ta’ dixxendenza kif definit fil-proviżjonijiet tal-istess leġislazzjoni, issa din ġiet estiża ukoll għal persuni li twieldu Malta. F’dan l-istadju għalhekk, dawn l-emendi fil-leġislazzjoni ma japplikawx għal persuni li dwarhom saret din il-Mistoqsija Parlamentari
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 33 spazju riservat li 4 minnhom huma temporanji u dawn jintużaw minn diversi uffiċċji u dipartimenti fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ħames spazji riżervati għall-ministeru u għall-ufficju tas-segretarju permanenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-MEDE ma għandu ebda parkeġġ riżervat għal nies li għandhom l-uffiċċju l-Belt Valletta.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma għandu 2 parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta għall-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati pulizija ġodda fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2020 u kemm kien hemm pulizija li rtiraw fl-ewwel 9 xhur tas sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Settembru tal–istess sena, ġew ingaġġati sitta u sebgħin (67) membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija filwaqt illi tmienja u tmenin (88) membru spiċċaw mill-Korp fl-istess perjodu.
Il-maġġoranza ta’ dawk li spiċċaw irtiraw bil-pensjoni, kien hemm raġuni ta’ saħħa jew saħansitra mewt jew kienu pulizija ta’ riserva li ma baqgħux jew ma kellhomx il-kuntratt imgedded. Dsatax (19) -il pulizija biss irriżenjaw.