Persuni li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna s-safra
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna s-safra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kien hemm 149,998 persuna li bbenefikat minn mediċini b’xejn permezz tal-kartuna s-safra (schedule V).
Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, minn liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16444 u tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11387 u PQ 11599, li koprew il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 4 talbiet
Jannar-Settembru 2020: 19-il talba
Minn dawn kien hemm 11-il talba milqugħa, 11 rifjutati u talba minnhom ġiet abbandunata. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16445 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
“B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ16445 li kopriet il-perjodu sa Ottubru li għadda, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 4 talbiet
Minn dawn kien hemm 2 talbiet milqugħa, 1 rifjutati u 1 għadha pendenti.
Jannar-Settembru 2020: 10 talbiet
Minn dawn kien hemm 2 talbiet milqugħa, 5 rifjutati u 3 għadhom pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16446 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-perjodu bejn Ġunju 2017 u Settembru 2019, l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat mill-predeċessur tiegħi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11390. B’żieda ma’ din l-informazzjoni ngħarrfu li t-talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li rċieva l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kienu kif ġej:
Bejn Ottubru u Diċembru 2019: Tlettax-il (13) talba;
Jannar u Settembru 2020: Għoxrin (20) talba.
Minn dawn it-talbiet, disgħa (9) intlaqgħu, wieħed u għoxrin (21) kienu rrifjutati, waħda (1) għadhapendenti u tnejn (2) ġew irtirati. F’dawk il-każijiet fejn talba ġiet irrifjutata, dan sar għax l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet li rċieva l-Ministeru tiegħi saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu jikkonċernaw aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, kif ukoll l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16447 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11388 u 11380, li koprew il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 13 il-talba
Jannar-Settembru 2020: 69 talba
Minn dawn kien hemm 37 talba milqugħa, 44 rifjutati u 1 għadha pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16448 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (REFALO, ANTON)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11390, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet
Jannar-Settembru 2020: 1 talba waħda
Minn dawn kien hemm talba waħda milqugħa, tnejn irrifjutati, filwaqt li m’hemm l-ebda talbiet pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.”
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16449 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ABELA, CARMELO)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11385 u 11599 li diġà rreferejna għalihom l-ewwel darba, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Jannar-Settembru 2020: 1 talba
Din it-talba ġiet milqugħa. It-talba saret minn midja u kienet dwar aspetti varji tal-operat ta’ enitita` li taqgħa taħt il-Ministeru.
Ministeru għal Għawdex – proġett ta’ retro fitting
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' retro fitting li qed issir ġewwa l-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'sar s’issa, u jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż li saru s’issa fuq dan il-proġett, u kif ukoll x'baqa jsir u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett jinsabu għaddejin b’ritmu tajjeb. Fl-aħħar xhur ġiet konkluża l-ewwel fażi li kienet tikkonsisti fil-bdil kollu tal-aperturi tal-binja ċentrali tal-amministrazzjoni tal-Ministeru. L-aperturi l-ġodda saru kollha tal-aluminium double glazed, li apparti li se joffru aktar protezzjoni kontra l-elementi naturali, se jnaqqsu d-domanda għall-enerġija tal-Ministeru. Għaddej it-tqegħid mill-ġdid tal-PV panels wara li dawn kienu tneħħew temporanjament fix-xhur preċedenti biex isir xogħol ta’ waterproofing u insulation fuq is-saqaf ħalli tingħata aktar protezzjoni kontra l-elementi naturali u titnaqqas id-domanda għall-enerġija. Wara li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin, fil-bidu tas-sena d-dieħla se tibda l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’VRF air-conditioning system ġdida għall-binja kollha, sistema ta’ ventilazzjoni mekkanizzata, sistema ta’ air-to-water heat pumps, sistema tad-dawl li se tkun kompletament energy-efficient u t-tibdil tas-suffitti fost affarijiet oħrajn. Dan il-proġett qed ikun ippjanat li jkun kompletament lest lejn nofs is-sena 2023. Minbarra li se jikkontribwixxi biex Malta tilħaq il-miri marbuta mal-enerġija, dan il-proġett għandu wkoll l-għan li jservi ta’ mudell għal proġetti simili fil-futur u allura jixpruna kultura ġdida għal futur sostenibbli għal kulħadd. Fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi break down dettaljat tal-ispejjeż li saru s’issa fuq dan il-proġett.
Attachments:PQ 16621 - Ministeru għal Għawdex proġett ta retro fitting Papers laid.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għal Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Pjazza tax-Xewkija – project leader tal-proġett ta’ pavimentar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-Project Leader (isem u kunjom) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar is-sena l-oħra ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Project Leader kien uffiċjal mil-Ministeru għal-Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ alka nġabret, mil-liema bajjiet ġewwa Għawdex inġabret, minn min sar ix-xogħol ta’ ġbir tal-alka, jekk sarx bl-idejn jew inkella b’makkinarju apposta u fejn twaddbet l-alka wara li nġabret mill-bajjiet mill-1 ta’ Jannar 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-alka tinġabar prinċiparjament mill-bajjiet ta’ Marsalforn, il-Qbajjar, ir-Ramla u Daħlet Qorrot. Il-ġbir tal-alka isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex, ħafna drabi bl-idejn u xi drabi wkoll bl-użu ta’ makkinarju. Wara li tinġabar l-alka tintbagħat il-Wasteserv. Għalkemm l-alka tinġabar separatament minn skart ieħor, din l-informazzjoni ma tinżammx b’mod separat mill-Wasteserv. L-ammont ta’ materjal kollu li inġabar mill-bajjiet sa meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija huwa ta’ ftit iktar 358 tunellata.
L-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija — siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġar li se jitħawlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu? Meta ser jitħawlu dawn is-siġar?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta' daqs żgħar u medju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) permezz tal-programm ERDF Business Enhance, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi x’intefaq f’issa f’dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti ewlenin li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus ri-allokati għal infieq urġenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li l-Kummissjoni Ewropeja ippermettiet lill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej biex jigu ri-allokati fuq infieq urġenti konness mal-miżuri meħuda minħabba l-Pandemija Covid-19. Jista’ l-Ministru jgħarraf ukoll lil din il-Kamra fuq liema oqsma l-aktar li ġew minfuqa dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
ħaddiema mgħejuna bil-Wage supplement minħabba Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li fl-aħħar ta’ Settembru 2020 kienu għadhom qed jiġu mgħejjuna jibqgħu fl-impjieg tagħhom permezz tal-wage supplement mogħti mill-Gvern minħabba l-pandemija Covid-19?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata f’xi seduta oħra.