Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hazardous Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2017 sal-lum

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ hazardous waste iġġenerat fl-2017 u l-2018 kien dak ta’ 35,975 tunnellata u 26,653 tunnellata rispettivament. Fiġuri fuq l-ammont ta’ hazardous waste iġġenerat fl-2019 jistgħu jiġu pprovduti lejn l-aħħar tas-sena 2020, filwaqt li l-figuri tal-2020 ikunu jistgħu jiġu pprovduti fis-sena 2021. Dan skont kif jirrikjedi Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart u l-Basel Convention.

Rijabilitazzjoni ta’ widien – fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul l-2018 u l-2019 marru sabiex jiġu rijabilitati l-widien f'pajjiżna? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern matul l-istess perijodu għall-istess għan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Inċineratur – spiża – break down

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża biex jitħaddem l-inċineratur bejn Jannar 2020 u Lulju 2020 kienet ta’ € 1,817,146.83. Qed npoggi fuq il-mejda tal-kamra tabella l-informazzjoni mitluba

Flixkun tal-Plastik — Lifetime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-lifetime ta' flixkun tal-plastik? Kemm-il flixkun tal-plastik qiegħed jiġi mibjugħ fis-suq lokali kull sena? Kemm-il flixkun tal-plastik inbiegħu mimlija ilma, luminata, xampu, ħasil tal-platti, ħasil tal-ħwejjeġ u ħasil tal-art matul is-snin 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019? Kemm minn dawn il-fliexken huwa kkalkolat li nġabru lura? Jekk huwiex il-ħsieb li ssir eko kontribuzzjoni fuq dawn ukoll?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Karti miġbura għar-riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata karti nġabru għar-riċiklaġġ matul is-sena 2019? Kemm jaħseb li din iċ-ċifra tista' titla' matul is-sena 2020? Kif sejjer jara li din iċ-ċifra tintlaħaq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadHa qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Fondazzjoni tal-GWU – Skema Community Work Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sa Ġunju 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ingaġġati mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation sa Ġunju 2020 kien ta’ 1,036.

Ambaxxata tal-Greċja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għandu ħdax (11) -il spazju riżervat għall-parkeġġ għal dawk li għandhom l-uffiċċju ġewwa l-Belt Valletta maqsumin kif ġej: Sezzjoni Numru ta’ parkeġġi rizervati ġewwa l-Belt Valletta Ministeru 4 Karozza għall-użu ġenerali 1 Segretarjat Parlamentari (Fondi Ewropej) 3 Segretarju Permanenti (Fondi Ewropej) 1 EC-Arab League of Arab States Liaison Office (ECLASLO) 2

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur– parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tagħha li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm tmien spazji riżervati għall-parkeġġ – tlieta minnhom huma assenjati lis-Segretarju Parlamentari, b’żewġ spazji ġewwa l-Belt u spazju ieħor mad-dawra tal-Bejt, filwaqt li l-ispazji l-oħrajn huma riżervati għall-Ministeru.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parkeġġi riservati huma kif ġej: Fi Strada Stretta hemm erba’ parkeġġi li huma riservati wieħed għall-karozza tal-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Ligi; ieħor għall-karozza tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet; wieħed għall-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru u l-ieħor għall-Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari. Fi Triq Melita u fi triq il-Mithna hemm b’kollox ħames parkeġġi li jintu¿aw minn karozzi uffiċjali tal-Ministeru u Segretarjati hawn fuq imsemmija. Wieħed jintuża mis-Segretarju Permanenti u/jew mid-Direttur Ġenerali Strateġija u Sapport tal-Ministeru.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Settembru 2020.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma għandux uffiċini fil-Belt Valletta u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-każ taż-żewġ toroq indikati Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali li għalihom għandu proġett ta’ pavimentar. L-aġenzija qed twettaq investiment li jammonta għal madwar €300,000 biex tagħmel ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ servizzi ġodda taħt l-art u ssir sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li se jsir mill-Kunsill Lokali. Filwaqt li x-xogħol fi Triq id-Dejqa huwa lest, dak fi Triq Santa Katarina ser jitlesta dalwaqt. Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan u Vjal it-Torri, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun. Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dawn ix-xogħlijiet fl-imsemmija toroq qiegħdin isiru minn Infrastructure Malta. Ninsab infurmat wkoll illi l-Kunsill Lokali ser ikun qed jieħu ħsieb il-pavimentar wara li jitlestew ix-xogħlijiet min-naħa tal-Infrastructure Malta. Bħalissa għaddejja evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol ta’ pavimentar. Il-pavimentar maħsub li jinbeda bejn Novembru u Diċembru ta' din is-sena, u qed jiġi ppjanat li f'sitt xhur ikun lest il-proġett.

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ restawr qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja? Jista’ jindika kemm se tiġi tiswa u meta hu previst li tiġi finalizzata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ restawr fuq il-ġebla kemm barra kif ukoll ġewwa qed isir minn studenti tal-MCAST li jagħmlu parti mill-kors ta’ Mastru taħt is-superviżjoni tal-letturi tal-MCAST. Ix-xogħol hu previst li jiġi konkluż fl-2022. Dan jiddependi wkoll minn kemm studenti jagħżlu li jkunu parti minn dan il-programm ta’ taħriġ fis-snin li ġejjin. Il-materjal qed jiġi pprovdut mill-Parroċċa tal-Gudja. Jista’ jkun hemm xi spejjeż relatati maċ-ċaqlieq tal-armar iktar ‘il quddiem.

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol ta’ restawr li qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja, il-Ministeru tiegħu hux involut jew ikkonsultat? Jekk iva, b’liema mod?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja, li l-Kunsill qatt ma kien involut b'mod dirett fir-restawr ta' din il-kappella. Ix-xogħol ta’ restawr qed isir mill-istudenti tal-MCAST.

Omiċidji fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fil-pajjiż mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ omiċidji, li kien hemm bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ sitt (6) każi. Każ minnhom kien omiċidju doppju.

Mosta – Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq id-Durumblat ġewwa l-Mosta u kemm hi l-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. Żewġ toroq li qed isir titjib fihom bħalissa f’din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Triq Durumblat huwa mmirat li titlesta fl-aħħar ta’ Marzu 2021 u huwa stmat li l-ispiża se tammonta għal €850,000. Il-pjan minn Infrastructure Malta jinkludi wkoll li fl-istess żona jsiru żewġ roundabouts, waħda ma’ Triq Pantar u oħra ma’ Triq il-Kbira, kif ukoll jitranġaw aktar toroq fl-inħawi biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.