Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu implimenti l-miżuri a tenur tar-Regolament tal-UE 2017/2394?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi proposti għall-leġiżlazzjoni li taqa’ taħt l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, sarulhom emendi ulterjuri abbażi tal-konsultazzjoni u hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament fi żmien qarib. Min-naħa tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jiġu mħejjija l-emendi fil-leġiżlazzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-verżjoni online tal-Att Dwar il-Medjazzjoni (Kap. 474 tal-Liġijiet ta' Malta) għadha ma ġietx konsolidata biex tintegra fiha l-emendi introdotti permezz ta' Att Nru VIII tas-sena 2017 u miġjuba fis-seħħ permezz ta' Avviż Legali Nru. 362/2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-emendi neċċessarji saru u jinsabu online. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja ta’dan l-Att.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sitt sena ġewwa l-Iskola Primarja taż-Żebbuġ Għawdex għadha bla għalliem u kif donnu jidher, ser tibqa hekk għal xi żmien? Jista' jgħid meta ser tinstab soluzzjoni u din il-klassi jkollha għalliem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fid- 9 ta’ Ottubru 2020 intbagħat għalliem però qatt ma rrapporta minħabba li ħareġ b’sick leave mill-ġurnata li kellu jibda. Għalhekk għalliema oħra ġiet deployed f’din l-iskola biex tibda fis-26 t’Ottubru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu miżuri maż-żieda evidenti f'pajjiżna tal-ispeċi Żunżan Bagħal (Oriental Hornet)? Jista’ jispjega kif se nipproteġu l-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-frott Malti u l-għasel fl-interess tal-bdiewa, l-industrija agrikola u l-ekosistema ta' pajjiżna mill-istess speċi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet għall-Annimali joffri assistenza teknika sabiex tiġi kkontrollata l-invażjoni ta’ ċertu pesti u mard tal-pjanti u tal-annimali. Peress li l-ispeċi taż-Żunżan Bagħal (Oriental Hornet) tista’ titqies bħala waħda minn dawn, il-bdiewa jistgħu jiksbu għajnuna dwar il-kontroll ta’ dan il-pesti permezz tal-Extension Service fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8739 bid-data tas-6 ta’ Frar, 2019, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid issa jekk intlaħaqx ftehim mal-Crisis Resolution Malta sabiex jitjiebu s-servizzi indirizzati lill-persuni f’riskju ta’ suwiċidju? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar l-ebda ftehim mal-Crisis Resolution Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15709 li oriġinalment saret il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u li issa ġiet irreferuta lilu dwar il-ħidmiet li wettqet ir-Responsible Gaming Foundation matul l-aħħar sena? Kemm tat fondi lura lis-soċjetà fil-ġbir tagħha mill-industrija tal-logħob din il-Fondazzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari Numru 15709 kienet ġiet imwieġba bir-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numbru 15954.
Barra minn hekk, inzid li għas-sena 2018, il-Fondazzjoni nefqet €110,544 biex tindirizza logħob responsabbli.
L-‘audited accounts’għas-sena 2019 għadhom qed jiġu finalizzati.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul is-sena 2017, 2018 u s-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-persuni kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 15951.
Jista’ l-Ministru jindika x’servizzi hemm sabiex jiġu megħjuna persuni li għandhom il-vizzju tal-Gambling? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? X’irid wieħed jagħmel biex jirċievi s-servizzi tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Addictions Community Team fi ħdan l-Aġenzija Sedqa, toffri servizz lil dawk illi b’xi mod qed jissieltu ma’ problema ta’ logħob tal-azzard u l-konsegwenzi marbuta magħha. Toffri wkoll servizz ta’ sapport lill-qraba, anki jekk il-persuna li qed iġġor il-problema, għal xi raġuni tirrifjuta s-servizz.
Normalment il-proċess jibda billi tidħol talba għal għajnuna mingħand il-persuna li tixtieq l-għajnuna, jew xi professjonisti oħra li jkunu f’kuntatt mal-persuna. Il-professjonisti ta’ l-Addictions Community Team ta’ Sedqa jissoktaw billi joffru appuntament mill-ewwel, fil-maġġoranza tal-każi, fi żmien ġimgħa. L-iskop huwa li jiġi stabbilit kuntatt mal-persuna kemm jista’ jkun malajr u anki jiġi assessjat fid-dettall x’inhuma l-bżonnijiet. Fejn meħtieġ, il-professjonisti jippruvaw mill-ewwel jidentifikaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jfasslu pjan ta’ kura għalihom sa mill-ewwel darba.
Eventwalment il-każ jiġi allokat għand ħaddiem soċjali u jibda l-proċess ta’ terapija, dejjem fil-kuntest ta’ dak li jixtieq il-klijent.
Jiġu offruti varjetà ta’interventi li jibdew minn laqgħat ta’ kull ġimgħa mal-ħaddiem soċjali inkarigat mill-każ. Jiġi offrut ukoll servizz ta’ tabib u psikjatra u jekk ikun hemm bżonn anki servizz ta’ psikologu/a u terapista tal-familja. F’każijiet fejn il-problema tkun daħlet fil-fond, jiġi offrut servizz ta’ programm intensiv ta’ riabilitazzjoni residenzjali.
Wieħed jista’ jirrikorri għall-għajnuna hawn fuq imsemmija billi jagħmel appuntament mal-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa jew billi jirrikorri l-uffiċini tal-istess Aġenzija, fejn il-professjonisti tal-Addictions Community Team ikunu lesti li jilqgħu lil
kull minn javviċina lil Aġenzija, anke mingħajr appuntament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/familji li abbużaw mill-akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin, fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi u x’miżuri ttieħdu biex jieqaf dan l-abbuż?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega l-mottiv wara l-applikazzjoni ta’ IM fl-applikazzjoni PA/01609/20 (to rebuild and consequently sanction an illegal room complex described as a pigeon loft slapped with an enforcement notice EC/00536/9), f’Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Azzopardi li qed jikkwota titlu falz għal din l-applikazzjoni ta’ żvilupp ta’ Infrastructure Malta. Fil-fatt, it-titlu (jew deskrizzjoni qasira) ta’ din l-applikazzjoni uffiċjali hekk kif jidher fid-dokumenti pubbliċi m’huwiex “To rebuild and consequently sanction an illegal room complex described as a pigeon loft slapped with an enforcement notice EC/00536/9” iżda “Demolition of existing dwelling and pigeon loft in view of road widening works and reconstruction of identical dwelling in area not affected by roadworks.”
Dan it-titlu tal-applikazzjoni biss juri b’mod ċar li l-allegazzjoni li se tiġi legalizzata xi struttura illegali hija falza. Fil-fatt, din l-applikazzjoni kienet meħtieġa sabiex dar residenzjali ¿għira fis-sit tal-proġett tal-mini ġodda ta’ Santa Luċija, u li hija koperta b’permess tal-i¿vilupp mogħti aktar minn 10 snin ilu, tinbena mill-ġdid ftit metri ‘l bogħod sabiex minflokha ssir parti mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi li Infrastructure Malta għamlet tul Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata). Din il-korsija tifforma parti minn sistema estensiva ta’ passaġġi għall-mixi u r-roti u infrastruttura oħra sigura biex aktar persuni jitħajru jivvjaġġaw bejn Ħal Tarxien, Santa Luċija, Raħal Ġdid, Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi b’mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u aktar sostenibbli. L-istruttura żgħira deskritta bħala “pigeon loft”, li kien hemm fis-sit u li kienet maħsuba li ser tiġi milquta’ mill-istess proġett, la hi se tiżżarma u lanqas tinbena mill-ġdid jew tiġi b’xi mod legalizzata.
Din l-applikazzjoni qed issir sabiex il-persuni li jgħixu f’din id-dar jingħataw lura l-istess dar li kellhom qabel, iżda ftit metri ‘l bogħod.
Diplomatiċi Maltin li ssejħu lura Malta mill-Ambaxxati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament l-ismijiet tad-diplomatiċi Maltin li ssejħu lura Malta mill-Ambaxxati Maltin barra minn xtutna fil-perjodu 10 ta’ Ġunju 2017 sal-10 ta’ Settembru 2017, u f’kull każ jgħid minn liema posting issejħu u d-data meta ġew infurmati li kienu qed jissejħu lura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jelenka sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum, kemm kien hemm viżti privati minn tobba miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella t’hawn taħt tindika n-numru ta’ viżti li saru fid-djar privati mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta mill-2013 sal-20 t’Ottubru ta’ din is-sena.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Numru ta’ vi
ż
ti
3,463
4,462
5,552
6,181
8,028
8,070
8,455
3,333*
Ninfurmah ukoll illi fl-1 ta’ April ta’ din is-sena, id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja nidiet s-servizz tat-Telemedicine 24/7 Client Support Centre, liema servizz huma mmexxi minn tim professjonali u multidixxiplinarju fil-qasam tal-kura primarja, inkluż tobba. L-għan prinċipali ta’ dan iċ-Ċentru hu li jintlaħħqu l-klijenti/pazjenti kollha li jkollhom bżonn ta’ servizz ta’ natura medika u għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jmorru fiċ-Ċentri tas-Saħħa. It-tobba ta’ dan iċ-Ċentru jilħqu l-pazjenti permezz tas-sistema elettronika u ssir telekunsultazzjoni minn fuq it-telefon jew minn fuq l-iscreen ta’ kull mezz elettroniku li jkollu smart technology. Matul dawn is-sitt xhur, li jinkludu ukoll il-bidu tal-pandemija COVID-19, minn dan iċ-Ċentru saru 8,809 konsultazzjoni u pariri bit-telefon lill-lokalitajiet li jaqgħu taħt iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta biex b’hekk ġie evitat li l-pazjenti joħroġu minn djarhom u jitnaqqas t-tixrid tal-mard. Dan is-servizz naqqas ukoll mill-ħtieġa li t-tabib imur jinvista’ lill-pazjenti fid-dar tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka sena b’sena mill-2013 sal-lum, kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list ta’ kull operazzjoni li ssir f’Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li l-Berġa ta’ Ħ’Attard tkun miftuħa iktar ġranet, ħinijiet itwal u jagħtu aktar servizzi speċjalment li bħalissa hemm it-taqlib tas-Central Link u jkun ta’ inkonvenjent biex jitilgħu ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 il-klinika fil-komunita’ ta’ Ħ’ Attard ġiet rinovata; ġew introdotti servizzi ġodda, filwaqt li ġew estiżi ukoll il-ħinijiet tas-servizzi. Illum din il-klinika toffri is-servizz tat-tabib tal-familja, tal-infermiera, tal-iSpeech Language Pathologist, tal-Fiżjoterapija, tas-Saħħa Mentali u tal-Podjatrija u hija miftuħa l-ġimgħa kollha, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Ħ’Attard u Mosta – rapporti ta’ vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza domestika fl-għases ta' Ħ' Attard u l-Mosta, jew f’għases oħra imma b’referenza għal-lokalitajiet imsemmija, u x'passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija fi kwalunkwe għassa madwar Malta u Għawdex dwar każijiet ta’ Vjolenza Domestika li seħħew fil-lokalitajiet ġewwa Ħ’Attard u l-Mosta, fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2019 u Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Kif spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili fil-passat, dawn il-każijiet kollha jiġu investigati u fejn jirriżulta ksur tal-liġi, il-persuni responsabbli jittressqu l-Qorti. Dan barra minn azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu abbażi tal-provedimenti tal-Liġijiet dwar l-istess reat.
Lokalità
Ammont 2019
Ammont 2020
(sa Settembru)
Total
Attard
19
20
39
Mosta
31
38
69
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar teleworking vis-à-vis tal-Kunsilli lokali, kemm hemm staff li qed jaħdmu bit-teleworking u jekk dan hu possibbli jsir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 17–il persuna impjegati mall-Kunsilli Lokali li jaħdmu bit-teleworking. Il-Kunsill Lokali jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jaddotta dawk il-mi¿uri neċessarji għall-impjegati tiegħu inkluż it-teleworking.
It-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tati dettalji dwar liema Kunsilli jħaddnu t-
teleworking
għal konvenjenza tal-impjegati tagħhom.
Rural Development Programme 2014 — 2020 - applikazzjonijiet għal Measure 4.4
Question
Jista' l-Ministru jippubblika d-data dwar l-applikazzjonijiet għal Rural Development Programme 2014-2020, Measure 4.4 - support for non productive investments?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data tal-applikazzjonijiet kollha li jkunu approvati minn żmien għal żmien huma disponibbli u aċċessibbli pubblikament fuq il-websajt ta’ l-Awtorità ta’ Ġestjoni, fuq il-link hawn taħt. Din tinkludi s-Sotto Miżura 4.4 – ‘Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi’.
https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/European%20Agricultural%20Fund/Documents/Measures/Results/EAFRD%20PROJECTS%20ONLINE%20LIST%2012-08-2020.pdf
Qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-
data
speċifikament marbuta ma Sotto Miżura 4.4 – ‘Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tal-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta? Kif qed jiġi trasportat bħalissa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ skart li jinġabar mill-WasteServ f’tal-Kus Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat jew mibjugħ lejn Malta huwa dak ta’ madwar 17,000 tunellata fis-sena (2019). L-MSW (borża sewda), skart organiku (borża bajda) u materjal ieħor simili qiegħed jiġi trasportat lejn Malta permezz ta’ containers speċjali “hermetically sealed” li jkunu ssiġillati, filwaqt li materjal bħal injam, tyres u oħrajn simili qed jiġu trasportati b’containers li jkunu miftuħin minn naħa ta’ fuq (open-top containers).
Il-borża tal-iskart riċiklabbli tiġi pproċessata fil-faċilità tal-Kus, fejn jigi sseparat il-materjal li jiġi mballat u preparat biex jinbiegħ. Il-parti l-kbira ta’ dan il-materjal mballat jinġabar dirett mill-facilità f’Tal-Kus u ġieli jkun hemm materjal imballat li jitwassal Malta fil-faċilità tal-Wasteserv minn fejn jiġi miġbur mill-klijent.