Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm swiet din il-produzzjoni sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-livelli kif ċertifikati mil-laboratorji tal-kompost in kwestjoni sena b'sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fit-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14094 u 14819, il-produzzjoni ta’ kompost agrikolu se tkun possibbli la darba jitwettaq il-proġett tal-Organic Processing Plant. Dan se jkun impjant iddedikat biex jittratta l-iskart organiku tal-borża l-bajda waħdu u li se jiġġenera kemm elettriku kif ukoll kompost għall-agrikoltura
Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament;
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi;
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi nħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order;
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order; u
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul il-perjodu msemmi, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ittieħdu l-inizjattivi li ġejjin sabiex fl-uffiċini jsir u¿u minn sorsi alternattivi ta’ enerġija:
Fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi, fl-2018, ġew installati ¿ewġ solar water heaters għall-prezz ta’ sebat elef, seba’ mija u erbgħa u sebgħin ewro (EUR 7,774), VAT esklu¿a. Din l-installazzjoni kienet parti minn tender usa’ li kien intrebaħ mill-kuntrattur Richard Cauchi. Barra minn dan, irrid ngħid li grazzi għal xogħlijiet oħra li wettqet l-Awtorità, hija irnexxielha ttejjeb iċ-ċertifikat dwar ir-rendiment tal-enerġija minn “G” għal “B-rating”.
Fejn jikkonċerna l-Awtorità tal-Ippjanar, matul is-snin imsemmija, ma saret l-ebda installazzjoni li tipprovdi sors alternattiv ta’ enerġija għax ħidma bħal din kien saret diġà fl-2015. F’dik is-sena, minbarra bosta mi¿uri biex tiġi kkonservata l-enerġija, kienu ġew installati l-pannelli fotovoltajiċi. Sadanittant, fil-pre¿ent, l-Awtorità tal-Ippjanar tinsab għaddejja bit-tħejjijiet meħtieġa sabiex twaqqa’ u tibni mill-ġdid l-uffiċini li għandha fir-Rabat, Għawdex. Dan se jsir permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti u l-blokka l-ġdida se tkun mgħammra b’installazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-enerġija u l-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi alternattivi.
Ħidma simili għal dik li diġà wettqet l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġi ppjanata wkoll għall-Head Office tal-Ministeru fejn qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex jinħareġ tender għall-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi u sabiex jittieħdu aktar mi¿uri għall-konservazzjoni tal-enerġija.
Min-naħa tal-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd., irrid ngħid li kelli aktar minn opportunità waħda sabiex f’din il-Kamra nagħti spjega dwar il-proġetti kbar li se twettaq din il-kumpanija fi¿-¿mien li ġej u li grazzi għalihom se nkomplu niġġeneraw aktar enerġija nadifa mill-iskart, kif diġà kien qiegħed isir sa minn qabel l-2017. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari li diġà weġibt dwar il-kullana ta’ proġetti li flimkien se jiffurmaw l-Ecohive fosthom il-mistoqsijiet 14094 u 15478.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema jgħinu fiż-żamma tal-indafa fl-inħawi ta’ Buġibba u Qawra
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibiltà li għax-xhur tas-sajf, numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt xi sezzjoni tal-ministeru, jintużaw biex jgħinu f'dik li hi żamma tal-indafa fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra u dan billi fis-sajf f'dawn l-inħawi jkun hemm influss qawwi ta' Maltin u barranin?
Response (FARRUGIA, AARON)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impjegati tal-Ministeru diġà huma aktar milli impenjati fir-rwoli li huma assenjati fihom. Minkejja dan, nixtieq nassigurah li kull impjegat fil-Ministeru hu mħeġġeġ biex jadotta l-aħjar prattiċi favur l-ambjent mhux biss waqt il-ħin tax-xogħol, iżda anke barra. Nitlob lill-Onorevoli interpellant li, f’każ li jrid iżjed tagħrif dwar l-indafa f’xi lokalità partikolari, jitlob l-informazzjoni lill-Ministeru konċernat.”
Ministeru għas-Saħħa – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru għandu 5 spazji riżervati għall-parkeġġ fil-Belt Valletta.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?gre
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm 10 parkeġġi reservati fil-Belt Valletta.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-parkeġġi fil-Belt Valletta riservati għal dan il-Ministeru huma tnejn fiż-żona tal-Bank Ċentrali u ħamsa quddiem il-Baviera.
Ministeru għal Għawdex – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Belt Valletta hemm spazju ta’ parkeġġ wieħed għas-Segretarju Permanenti.
Ministeru għall-Familja, Dritijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali għandu 11-il parkeġġ riservat ġewwa il-Belt Valletta, kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Parkeġġ Riservat għal:
Sezzjoni li taħtu taqa’ il-karozza bil-Parkeġġ Riservat
L-isem tat-Triq fejn hemm il-Parkeġġ Riservat
Karozza tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Permanenti
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ordinance Street
Karozza tal-Head of Secretariat tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Running Car tal-Ministeru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Privat tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi
Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Karozza tal-Head of Secretariat tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarja Privata tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Running Car tas-Segretarjat Parlamentari
Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Running Car tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Old Mint Street
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ parkeġġi ri¿ervati fil-Belt Valletta huwa ta’ erbgħa (4).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
It-triq imsemmija għadha kemm inbniet mill-ġdid b’investiment li ammonta għal kważi €617,000. Minbarra li ssaħħew il-pedamenti tagħha anke permezz ta’ ba¿i bil-konkos, sar ukoll xogħol ta’ allinjament tat-triq. Barra minn hekk, ġew mgħoddijin diversi servizzi minn taħt l-art li kienu jinkludu drenaġġ, ilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda. Finalment it-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid ukoll Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Daret il-Gudja, Triq Raymond Caruana, Triq Ħal Saptan, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katerina, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ u Triq il-Kappella. Diġà hemm ippjanati wkoll biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq, kif ukoll fi Triq Ħal Resqun.
Barra minn hekk, din is-sena Infrastructure Malta bniet pont għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja, waqt li qed taħdem biex daqt tibda l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) li permezz tiegħu se tibni ¿żewġ mini ġodda u flyover fil-junction tar-roundabout tal-Gudja biex ittejjeb l-aċċess lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, il-Gudja, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħolijiet fi Vjal it-Torri saru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tiġi mnaddfa minħabba l-fatt li hemm pjanti li kibru fuq il-koppla tagħha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li diġa sar ftehim bejn il-Kottonera Foundation/Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera u d-Direttorat tar-Restawr, sabiex il-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tkun inkluża fil-pjan tax-xogħolijiet ta’ restawr għas-sena 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sarx xi progress fil-kwistjoni tal-ex Casino di Venezia peress li issa ilu magħluq għal ċertu snin? Jista’ jgħid jekk sarx avvanz fir-rigward tal-applikazzjoni għal hotel biswit l-istess sit?
Response (BORG, IAN)
B’risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 16374, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li tkomplew it-tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl-obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant li hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta.
Domandi relatati mal-permessi tal-iżvilupp għandhom jiġu riferuti lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hemmx progress fir-rigward ta’ applikazzjoni sabiex tinbena hotel fix-Xatt tal-Birgu ħdejn l-ex Casino di Venezia?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiemha biex tipproċessa proposta li tinvolvi bini ta' lukanda fix-Xatt tal-Birgu fejn dak li kien Casino di Venezia.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13373, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward il-ground Peppi Delceppo f’Bormla?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi tqabbad perit sabiex jagħmel reviżjoni tal-bills of quantities. L-imsemmija tpoġġew għad-diskussjoni u ġew approvati mill-Kunsill Lokali waqt seduta li nżammet f’Awissu 2020.
Ninsab infurmat ukoll illi se tinħareġ sejħa għall-offerti għar-riġenerazzjoni tas-sit.
Ministeru għal Għawdex – entitajiet – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct order li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay — Comino
Question
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16538 rigward it-tender li ħarġet fid-9 ta' Ġunju 2020 'MGOZ/MPU T 56/2020 Tender for the reinforcing and resurfacing of road leading to Blue Lagoon Bay - Comino', fejn ingħad li x-xogħol ħa jibda fil-ġimgħat li ġejjin, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir dan ix-xogħol li hu rikjest minn din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti ma' dan il-permess.
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15284 li ngħatat fl-4 ta' Ġunju 2020, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fil-konkret dwar x'sar f'dawn l-aħħar ħames xhur rigward il-maħsub proġett għall-Korsa ta’ Xhajma li se jkun jakkomoda diversi dixxiplini sportivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan il-quddiem huwa li fil-korsa ta’ Ta’ Xħajma, jissoktaw it-tiġrijiet taż-żwiemel. Min-naħa l-oħra, bħalissa fil-Korsa ta’ Ta’ Xħajma, għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fosthom fit-toilets tal-irġiel u tan-nisa, liema xogħol jinkludi bdil tas-sistema tad-dranaġġ, ilma u dawl, madum tal-ħajt u tal-art, u anke aċċessorji sanitarji. Inbidlu wkoll il-bibien u t-twieqi fit-toilets u fl-uffiċini, filwaqt li sar ukoll up-keep tal-korsa bi tfiegħ ta’ aktar ramel.
Min-naħa l-oħra, ġiet awarded tender għax-xiri ta
’ tractor
ġdid għax-xogħol tal-korsa liema
tractor
mistenni jasal fil-ġimgħat li ġejjin. Dan apparti li ġiet awarded
tender
għax-xiri ta’
Race Results Display and Sound System,
liema apparat se jiġi stallat fil-ġimgħat li ġejjin. Qed isir xogħol fuq il-
pitch
fil-parti ta’ nofs il-korsa li se tkun dedikata għal
cricket u softball.
F’parti oħra fin-nofs tal-korsa qed isir xogħol għal trakka tal-karozzi (
autocross).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15287 u jgħid kemm kien hemm impjegati full-time f'kull fabbrika u garaxx industrijali u x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu dawn l-istess fabbriki u garaxxijiet industrijali li kienu qed joperaw fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija Għawdex matul l-aħħar sitt snin, u dan għal kull sena separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-operaturi fil-Qasam Industrijali fix-Xewkija f’Għawdex, filwaqt li nistiednu jagħmel il-mistoqsija dwar l-impjiegi lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15134 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba hekk kif ġej:
Pitkalija Ltd
Grad
Lokalita’
Numru ta’ ingaġġ
Crates Washer
Għajnsielem
2
Crates Washer
Xewkija
4
Crates Washer
Xagħra
2
Crates Washer
Sannat
1
Crates Washer
Nadur
1
Crates Washer
Kerċem
1
Senior Coordinator
Xagħra
1
Pitkalija Ltd - Kuntratt għal servizzi
Grad
Lokalita’
Numru
Office Administrators
Għajnsielem u Nadur
2
Crates Washer
Attard
1
Support Officer
Fgura
1
Security Officers
**
14
(skont il-ħtieġa)
First Aiders (biex jassistu fil-kontroll tat-temperatura qabel id-dħul fil-Pitkalija)
**
3
Crates Washers
**
2 – 4 (skont il-ħtieġa)
** Lokalitajiet mhux disponibbli, ladarba ħaddiema tal-kuntratturi jinbidlu minn żmien għall-ieħor, skont l-esiġenzi tal-istess.
GAB - Kuntratt għal servizzi
Grad
Lokalita’
Numru ta’ ingaġġ
Clerk/Data Collector
Għajnsielem
1