Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16468 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, f’Mejju 2019, in-National Alliance for Rare Diseases Support ingħatat donazzjoni ta’ €100 mill-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li, f’Settembru 2019, l-istess Awtorità tat donazzjoni ta’ €3,943 lill-Fondazzjoni Marigold biex jibbenefikaw lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October u mhux għall-fondazzjoni nnifisha. Minbarra dawn, ninforma lill-interpellanta li, mill-2014 sal-lum, il-Fondazzjoni Marigold, in-National Alliance for Rare Diseases Support u/jew il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma rċievew l-ebda kuntratt, direct order, donazzjoni jew benefikat dirett jew indirett ieħor mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16508, jista' l-Ministru jgħid x'valur finanzjarju kellha l-assistenza tal-Forzi Armati ta' Malta lill-Marigold Foundation fl-għawma annwali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2015 u l-2019? Jista' jgħid liema għaqdiet ibbenefikaw mid-donazzjonijiet imsemmija u kemm kienu l-ammont li ħadet kull għaqda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16748, l-Onorevoli Interpellant għandha tkun infurmata illi l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta marbuta mal-għawma msemmija kienet tinvolvi u¿u ta’ laneċ żgħar jew RHIBs (Rigid Hull Inflatable Boats), li użaw €1,843 fi fuel mifruxin fuq 5 snin (2015 – 2019). Ninsab infurmat li l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International.
Leg 13 PQ #16752 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Youth Council

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Gozo Youth Council fil-mument, il-metodu ta' kif saru l-ħatriet u l-ħidma ta' dan il-Kunsill tul l-aħħar sena? Jista' jagħti wkoll rendikont ta' kemm fondi pubbliċi ġew allokati lil dan il-Kunsill sena b'sena tul il-leġiżlatura preżenti? F'każ li ġew allokati fondi pubbliċi, jista' jagħti rendikont ta' kif intefqu dawn u jekk għadx fadal bilanċ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni lil Gozo Youth Council kienu hekk: 2017 - € 25,000 2018 - € 25,000 2019 - € 25,000 2020 - € 20,000 Rigward il-kompozizzjoni ta’ dan il-Kunsill, nitolbok tirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ftehim iffirmat minn individwu u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16635 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ftehimiet iffirmati minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16634 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Parking Spaces riżervati — policy

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16348 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parking space riżervat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-policy mitluba qiegħda tiġi riveduta u li se tiġi ppubblikata fil-futur qarib.

Il-Belt Valletta – parking spaces riżervati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16347 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali: records ta' ilmenti/suġġerimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16613 u 16488 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali u l-użu mill-Iskejjel tal-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16614 u 16487 u jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali jirriżulta li hawn għaxar lokalitajiet li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola. Fi tmienja minnhom is-servizz qed jingħatalhom bla ħlas. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Persuna b’diżabilità – eliġibilità għall-helper

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hijiex eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hija eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha.

Ħaddiema — Workforce

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-workforce ta' ħaddiema reġistrati fl-aħħar ta' Frar u kemm hija l-workforce sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għad m’għandux statistika dwar in-numru ta’ ħaddiema reġistrati sal-aħħar ta’ Frar. L-aktar informazzjoni riċenti ppubblikata f’dan ir-rigward hija għal Jannar 2020.
Leg 13 PQ #16770 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Area tal-Fessej – Open Skips

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar dan li ġej: 1) Min huwa l-kuntrattur li fil-preżent u mis-7 ta’ Ottubru 2020 qed jipprovdi s-servizz ta’ Open Skips ġewwa l-area tal-Fessej/l-impjant ta’ Ras il-Ħobż f’Għajnsielem Għawdex u dan sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? 2) Kif ġiet stabbilita r-rata ta’ ħlas? 3) Kemm huwa l-massimu li jista’ jitħallas taħt il-proċedura (direct order) l-istess kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol? 4) Kif intgħażel l-istess kuntrattur? 5) Il-vettura/i biex isir dan ix-xogħol huma proprjetà tal-kuntrattur li ntgħażel? 6) Jekk le ta’ min huma dawn il-vetturi? 7) Jekk ma humiex proprjetà tal-kuntrattur abbażi ta’ liema kriterju intgħażel tali kuntrattur u x’inhu n-ness legali bejn il-kuntrattur magħżul u sid/proprjetarju tal-vettura/i? 8) Saru l-verifiki neċessarji biex jiġi konfermat jekk il-kuntrattur magħżul/bil-vetturi li qiegħed isir dan ix-xogħol għandhomx il-permess/liċenzji/awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex isir tali xogħol maħruġa mill-ERA? 9) Jikkonfermax jekk mill-bidu ta’ Ottubru 2020 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-vetturi li qegħdin ikunu utilizzati mill-kuntrattur preżenti għandhomx il-liċenzja A5 u C2 maħruġa mill-ERA li huma neċessarji biex ikun jista’ jsir tali xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ ġarr ta’ open skips qiegħed jitqassam bejn numru ta’ kuntratturi li joperaw jew għandhom esperjenza fis-settur, b’mod ugwali fuq erba’ ġimgħat. Ir-rata tal-ħlas hija waħda fissa ta’ € 27.00 mingħajr VAT għal kull skip trasportat u li hija l-irħas rata li ntefgħet f’sejħa għall-offerti għal-istess servizz, sejħa li għadha ma ġietx ikuntrattata għax għaddejja minn proċeduri legali. Il-massimu ta’ kemm jista jitħallas jiddependi fuq in-numru ta’ skips trasportati, però fi kwalunkwe każ ma jistax jaqbeż is-somma ta’ € 8,100.00 kull erba’ ġimgħat. Ix-xogħol qiegħed jitqassam b’mod ġust bejn diversi kuntratturi li jistgħu joffru dan is-servizz. Il-Ministeru qiegħed jixtri dan is-servizz u qiegħed iħalli fir-responsabbiltà tal-kuntrattur li jara li għandu l-permessi kollha neċessarji biex jopera. Il-kuntrattur huwa responsabbli għal ksib ta’ permessi neċessarji biex jopera dan is-servizz. Dan l-arranġament huwa wieħed fuq bażi temporanja sakemm jiġu konklużi l-proċeduri legali marbuta mat-tender MGOZ MPU T 32/2019.

COVID-19 – Spiża addizzjonali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża addizjonali li ngħatat fis-sena 2020 lill-Ministeru għas-Saħħa minħabba l-COVID?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta wieħed jikkonsulta l-Financial Estimates tas-sena 2020, paġna 20, jiġi nnotat li huwa propost li l-Budget rivedut tas-Saħħa jitla għas-somma ta Euro 806,926,000 minn Euro 702,024,000 (kif oriġinarjament approvat), jiġifieri żieda ta’ Euro 104,902,000. Għalkemm huwa mistenni li l-maġġoranza ta’ dawn il-Fondi addizzjonali se jintefqu fuq spejjeż relatati mal-Covid-19, parti minn dawn jistgħu jintefqu anke fuq xi spejjeż addizzjonali oħra kif jiġi miftiehem bejn il-Ministeru tas-Saħħa u dak tal-Finanzi.

Il-Miżieb – kundizzjonijiet dwar l-għoti ta’ art lill-FKNK

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16551 fejn tlabt li jiġi ppubblikat l-ftehim li sar fl-1986 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Karmenu Mifsud Bonnici, dwar l-għotja tal-Aħrax u l-Miżieb u minflok tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija għal is-Stampa li saret f’dak iż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-ftehim ma tpoġġiex? F’ġieħ it-trasparenza u l-kontabilità, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim u l-pjanti tal-art mogħtija ta’ dan il-ftehim imsemmi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skeda ta’ numru ta’ mwiet b’suwiċidju

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16627, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta’ numru ta’ imwiet b’suwicidju u attentat suwiċidju xahar b’ xahar minn 2018 s’Awwissu 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Binjiet u siti storiċi – mudelli għall-persuni nieqsa mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-binjiet, siti jew strutturi oħra li għandna f'pajjiżna u li jiffurmaw parti mill-wirt storiku tagħna, jinkorporaw fihom mudelli li jippermettu li persuni nieqsa mid-dawl ikunu jistgħu jħossu b'idejhom ħalli jifhmu d-dehra ta' dawn il-binjiet, siti jew strutturi? F'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika liema huma dawn il-binjiet, siti jew strutturi u għal kull wieħed jgħid fejn jinsab il-mudell? In oltre, f'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika xi spiża ġiet jew ser tiġi ddedikata f'dan ir-rigward tul din il-leġiżlatura u wkoll mnejn oriġinaw il-fondi? F'każ ta' risposta fin-negattiv, jista' l-Ministru jindika jekk għandux ħsieb li jinstalla faċilitajiet ta' dan it-tip għall-persuni nieqsa mid-dawl?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Binjiet u siti storiċi – mudelli għall-persuni nieqsa mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-binjiet, siti jew strutturi oħra li għandna f'pajjiżna u li jiffurmaw parti mill-wirt storiku tagħna jinkorporaw fihom mudelli li jippermettu li persuni nieqsa mid-dawl ikunu jistgħu jħossu b'idejhom ħalli jifhmu d-dehra ta' dawn il-binjiet, siti jew strutturi? F'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika liema huma dawn il-binjiet, siti jew strutturi u għal kull wieħed jgħid fejn jinsab il-mudell? In oltre, f'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika xi spiża ġiet jew ser tiġi ddedikata f'dan ir-rigward tul din il-leġiżlatura u wkoll mnejn oriġinaw il-fondi? F'każ ta' risposta fin-negattiv, jista' l-Ministru jindika jekk għandux ħsieb li jinstalla faċilitajiet ta' dan it-tip għall-persuni nieqsa mid-dawl?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtrawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku li qed jintużaw fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kienet ingħatat diġà fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 12994. Fir-rigward ta’ flus iffrankati, rrid ngħid li, għalkemm l-użu tal-karozzi elettriċi naqqas in-nefqa tal-Ministeru fuq xiri ta’ fuel b’madwar EUR 3,000, l-ikbar benefiċċju li ġġib magħha l-qalba minn karozzi konvenzjonali għal dawk elettriċi jinsab fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u allura f’arja aktar nadifa u f’inqas impatt fuq it-tibdil fil-klima.

Hazardous Waste — Database

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi żżomm database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar it-tip ta’ dan l-iskart, minn fejn qiegħed joriġina u fejn qiegħed jispiċċa. Jinżammu ukoll records dwar kemm minn dan l-iskart qiegħed jiġi esportat u lejn fejn. Fuq nota ġenerali, hazardous waste jiġi esportat primarjament lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea kemm għall-operazzjoniet ta’ rkupru kif ukoll għal-operazzjoniet ta’ rimi. Nikkonferma ukoll li teżisti sistema sabiex esportazzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ skart tkun segwita.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħtiġijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-entitatjiet li jaqgħu taħtu, n-numru ta’ karozzi/vetturi mikrija huwa ta’ tnejn u tmenin (82) u ċ-ċifra ta’ flus li titħallas kull xahar (VAT esklu¿a) hija ta’ tlieta u għoxrin elf, mitejn u tnejn u sebgħin ewro (EUR 23,272). Dawn il-karozzi/vetturi huma mqassmin hekk: • Ħamsa (5) fil-Ministeru u l-Head Office; • Għoxrin (20) fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA); • Tnejn (2) fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd.; • Erbgħa u ħamsin (54) fl-Awtorità tal-Ippjanar (PA), u waħda (1) fl-Aġenzija għall-Irkupru tar-Ri¿orsi u Riċiklaġġ (RRRA).