Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16689 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15173 u jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Mdina u Burmarrad – rapport ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet tal-Mdina u Burmarrad?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-każ tal-Imdina ma ġewx irrappurtati ka¿ijiet ta’ vjolenza domestika fil-perjodu minn Jannar 2019 sa Settembru 2020. Dwar il-lokalità ta’ Burmarrad fis-sistema tal-Pulizija din inkluża bħala area ma’ San Pawl il-Baħar. Madankollu, jidher illi mit-toroq identifikati fil-lokalità ta’ Burmarrad kien hemm każ wieħed biss ta’ vjolenza domestika, f’dan il-lokal fl-istess perjodu.

Bastimenti marittimi użati mis-CPD – nefqa ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bastimenti marittimi jintużaw mis-Civil Protection Department (CPD) u kemm hi n-nefqa ta’ manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi jintuża bastiment wieħed mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u li n-nefqa għall-manutenzjoni tiegħu din is-sena kienet €14,213.

Armata – bastimenti marittimi rreġistrati – nefqa ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bastiment marittimu hemm irreġistrat mal-armata u kemm hi n-nefqa ta’ manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16708, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha sittax-il bastiment reġistrat magħha u l-informazzjoni mitluba dwar in-nefqa ta’ manutenzjoni qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt: Sena Nefqa ta’ Manutenzjoni 2018 €1,039,451 2019 €1,029,034 2020 €506,177

Aħrax u Miżieb – multi ta’ kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-multi ta’ kontravenzjonijiet li jingħataw mill-Green Wardens fl-Aħrax u l-Miżieb għal dawk li jiksru l-liġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-multi li jistgħu jinħarġu mill-Uffiċjali tal-Komunità fl-Aħrax u l-Miżieb għal dawk li jiksru l-liġi (ambjent) huma ta’ mhux anqas minn €150 u mhux aktar minn €350 għal ksur ta’ liġi f`post pubbliku msemmi f`regolament 12, triq, baħar jew spazju fil-miftuħ li ghalih il-pubbliku għandu aċċess, u dik ta’ mhux anqas minn €2329.37 u mhux aktar minn €5823.43 għal ħwejjeġ mormija, żibel, skart, swill, jew kull oġġett ieħor ta' daqs jew kwantità jew kumulu, li meta jitqies waħdu jikkawża ħaġa li ddejjaq, jew li jista' jwassal għad-deterjorament jew tħassir ta' post pubbliku msemmi f'reg. 12.

Għassa Ħ’Attard – ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħin tal-ftuħ tal-għassa ta’ Ħ’Attard għax spiss tkun magħluqa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif kelli ċans nispjega għal iktar minn darba l-vi¿joni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm pre¿enza ikbar ta’ pulizija fit-toroq. Kien għalhekk li fl-aħħar ġimgħat estendejna l-proġett tal-pulizija tal-komunità u fil-baġit għas-sena d-dieħla ħabbarna li se nkomplu nestenduh. Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-ka¿ tar-residenti ta’ Ħ’Attard hija l-għassa ta’ Birkirkara dik l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha. Dan iwassal biex l-għassa ta’ Ħ’Attard tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Dan barra milli r-ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol tkompliet. Mal-għassa ta’ Ħ’Attard ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed infittxu djalogu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard biex nesploraw il-possibbiltà li s-servizz tal-pulizija f’din il-komunità jissaħħah.

Awtorità tal-Artijiet – Home Ownership Plot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2019 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2019, l-Awtorità tal-Artijiet ma akkwistat ebda proprjetà rigward il-Home Ownership plots.

Ex Imħallef — Inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4000 u 4294 u u jgħid, kemm ilu li rtira l-eks Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm-il inkjesta ġie maħtur biex jagħmel? Liema huma dawn l-inkjesti? Xi ħlas ingħata f’kull każ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li min kemm ilu li rtira l-eks Imħallef li d-dettalji dwaru qed ingħataw separatament huwa ingħata inkjesta waħda biss fis-sena 2016 mid-dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Din kienet dwar ħasil ta’ flus inkonnessjoni ma’ Capital One, fejn ġie mħallas €2,000. Għall-informazzjoni dwar Ministeri oħra nistieden lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Gaming Authority – safra tal-Head Legal & Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-Head Legal & Enforcement tal-Gaming Authority li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħalliet tmur Las Vegas fl-2018 mal-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament li allura kien operatur tal-gaming? Jista’ jgħid jekk dan kienx kunflitt ta’ interess u jekk sarx bil-kunsens taċ-Chairman tal-Gaming Authority? Jista’ jgħid jekk l-ispejjeż tagħha taż-żjara tħallsux mill-Awtorità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #16722 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ebda entita fid-dekasteru tal-Prim Ministru ma ħalset kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill onorevoli interpellat ma kien hemm l-ebda spejjez jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kemm id-Dipartiment Strateġija u Sapport kif ukoll ebda entità fi ħdan il-MEDE ma ħallset l-ebda spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Direttorat tal-Cleansing — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fid-Direttorat tal-Cleansing u xi gradi għandhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tipprovdi servizzi ta’ immaniġġjar tal-iskart lill-Gvern Ċentrali u lill-Kunsilli Lokali, partikolarment it-Tindif Pubbliku, sabiex iż-żoni urbani u mhux urbani jinżammu ħielsa mill-iskart u skart mormi illegalment. L-għan tad-Direttorat tat-Tindif huwa li jippromwovi ambjent ħieles minn skart, żibel, debris, ħmieġ jew kwalunkwe forma oħra ta’ skart abbandunat. Unitajiet taħt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni huma: · Unità tat-Tindif tat-Toroq Arterjali · Tindif ta' Żoni Pubbliċi u Unità ta' Spazji Miftuħa · Unità għat-Tindif tal-Bajjiet · Unità tat-Tindif tal-Konvenjenzi Pubbliċi (bini tal-Gvern Ċentrali biss) · Manutenzjoni tas-Sistemi tal-Ilma tax-Xita Ta’ min wieħed jirrikonoxxi wkoll il-ħidma tad-Diviżjoni matul l-imxija tal-Covid-19. Din hija l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant: Assistant Director Operations 1 Assistant Director Support Services 1 Assistant Foreman 6 Assistant Principal 2 Bookbinder 1 Cleansing Awareness Campaign Official 1 Client Satisfaction Administrator 1 Co-Ordinating Officer 1 Customer Care Official 2 Director General 1 Director Operations 1 Director Support Services 1 Enrolled Nurse (Scale 11) 1 ERL employees 26 Executive Officer 2 Foreman 6 Gardener 1 General Hand 7 Health Assistant 3 Health Attendant 2 Health Attendant [Public Cleansing] 91 Heavy Plant Driver 32 Labourer 19 Labourer Ex Impressed 1 Management Support Executive 1 Motor Transport Driver 9 Nursing Aide 1 Officer in scale 10 2 Officer in scale 12 1 Officer in scale 14 2 Officer in Scale 18 1 Operations Manager 1 Operative 1 Principal - Scale 7 1 Principal - Scale 8 1 Principal - Scale 9 2 Principal Public Cleansing Officer 4 Principal Technical Officer 2 Public Cleansing Foreman 5 Public Cleansing Officer 4 RSSL employees 14 Security Guard 4 Senior Clerk 2 Senior Engineer 1 Senior Foreman 2 Senior Operative 239 Senior Principal 1 Senior Public Cleansing Foreman 7 Senior Technical Officer 4 Senior Technician 1 Senior Tradesman 15 Supervisor 20 Timekeeper 1 Tradesman (Carpenter) 1 Tradesman (Mason) 4 Tradesman (Mechanical) 5 Tradesman (Plasterer and Painter) 4 Tradesman (Welder) 5

Vetturi tat-trasport pubbliku — inqas nies ħabba sitwazzjoni tal-Covid

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku jara jekk wasalx iż-żmien li jibdew jgħabbu inqas persuni sabiex l-istess vetturi jkunu Covid Safe? Jista' jara li fuq il-vetturi ta' trasport pubbliku nerġgħu lura għal regolamenti ta' meta kien hemm partial lockdown?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ittieħdu u għadhom qed jittieħdu diversi miżuri fir-rigward ta’ vetturi li jintużaw fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku sabiex kemm il-passiġġiera kif ukoll ix-xufiera jiġu protetti kemm jista jkun mit-trasmissjoni tal-pandemija. Fost dawn wieħed issib l-iffumigar ta kuljum tal-vetturi li jkunu intużaw, separazzjoni fiżika permezz ta’ “screen bejn ix-xufier u il-passigiera, tindif tal- vettura aktar spiss matul il-ġurnata kif ukoll numru limitat ta’ persuni li jitħallew jirkbu bil-wieqfa. Dawn il-miżuri ttieħdu b’kunsultazjoni ma l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Skejjel u Istituti edukattivi — servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet sabiex l-iskejjel u l-istituti edukattivi jkunu koperti b'servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)? Jista' jgħid liema huma dawk l-iskejjel u l-istituti edukattivi li qed ikunu koperti b'servizz ta' sigurtà (gwardjani privati)? Jista' jgħid dawk l-iskejjel li qed ikunu koperti b'servizz ta' sigurtà permezz ta' gwardjani privati/aġenziji li joffru servizz ta' gwardjani privati permezz ta' liema proċedura ta' għażla ġew magħżula l-gwardjani privati/aġenziji jekk hux b'tender jew direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din l-inzjattiva hija kuntratt b’valur ta’ €2,620,326.48 (eskluż il-VAT) u li tkopri 256,736 sigħat ta’ servizz. Is-servizz tal-uffiċjali tas-sigurtà għall-iskejjel tal-istat qed jiġi offrut minn kumpanija privata li rebħet il-kuntratt wara sejħa pubblika skont ir-regoli tax-xiri pubbliku. L-uffiċjali tas-sigurtà qed jagħtu servizz fl-iskejjel tal-istat.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16469, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-għaqdiet li fil-fatt ibbenefikaw minn dawn l-għotjiet u kemm kien l-ammont li ngħatalhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International. Bħala donazzjonijiet ingħataw ukoll Faxitron Biopsy Machine li tiswa €60,000, Faxitron Plus Biopsy Machine li tiswa €104,850 u GE Seno Iris Mammography Review Workstation li tiswa €80,948 lill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Barra minn hekk ġie ffinanzjat ukoll il-QT Breast Database u ngħataw ukoll kontribuzzjonijiet għal-Complimentary Breast Cancer Programme.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16470, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza dawn id-donazzjonijiet u/jew servizzi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-avvenimenti mtella fit-Teatru Manoel ġew approvati mis-CEO u d-Direttur Artistiku. Id-donazzjoni mid-dħul u l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Okrestra Filarmonika Nazzjonali kienu awtorizzati mill-Executive Chair.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16471 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #16746 Sitting 378 2020-10-26 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16472, jista' l-Ministru jgħid: a. min awtorizza dawn id-donazzjonijiet; b. jekk l-ammont totali tad-donazzjoni tal-Gozo Channel kienx €10,000 jew €10,000 kull sena, jiġifieri €20,000; u c. liema kienu l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn id-donazzjonijiet minbarra l-Marigold Foundation? Kemm kienu l-ammonti għal kull għaqda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-donazzjonijiet ġew awtorizzati mill-Board tad-Diretturi tal-Gozo Channel. L-ammont totali ta’ donazzjonijiet kien ta’ €10,000 kull sena, biex b’hekk ingħatat is-somma globali ta’ €20,000. Dawn id-donazzjonijiet ingħataw għall-Pink October bħala għajnuna lil din l-għaqda biex tkun tista torganizza l-attivitajiet f’Għawdex. Ta’ min jirrimarka li permezz ta’ dawn l-attivitajiet li ġew organizzati, qasmu aktar nies lejn il-gżira Għawdxija. Nerġa’ nirrimarka li dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazzjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.