B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14699, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq Triq iż-Żewwieqa fil-Qala, Għawdex? Jista' jgħid liema Perit (isem u kunjom) iċċertifika x-xogħol u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li sar fi Triq iż-Żewwieqa ġie jiswa is-somma ta’ €345,082.15 (incl VAT). Ix-xogħol ġie ċċertifikat minn rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex.
Marsalforn – xogħlijiet fuq il-Promenade u l-Waterfront
Question
B’referenza għax-xogħlijiet li nbdew f'dawn l-aħħar ġranet fuq il-Promenade u l-Waterfront ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid hux ħa jinbidlu xi affarijiet mill-Master Plan li kien approvat mill-Planning Authority f'Diċembru 2017? Jista’ jgħid jekk il-materjal tal-pavimentar li kien hemm fit-tender 'CT2199/2019 - Negotiated Procedure for the Paving and Embellishment Works at Marsalforn Promenade, Marsalforn, Gozo' hux ħa jinbidel xi parti minnu jew kollu u jsir materjal differenti u ta' kwalità oħra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materjal li se jintuża għall-kumplament tal-promenade se jkun l-istess bħal dak li tpoġġa fl-ewwel fażi tal-istess proġett, iġifieri porfido għaż-żona pedonali u lava għall-karreġjati. B’hekk, l-unika tibdil li se jkun hemm minn dak li kien approvat huwa il-materjal. Dan it-tibdil sar mhux biss għal raġuni ta’ estetika imma ukoll minħabba l-fatt li l-elementi kienu se jħallu ferm aktar deterjorazzjoni kieku intużaw il-concrete slabs, kif gie approvat oriġinarjament fil-masterplan.
Ta’ min jirrimarka li għalkemm intuża l-materjal
porfido paving
minflokk dak tal-
concrete slabs
, il-prezz kien l-istess wieħed li hemm mniżżel fil-kuntratt. B’hekk żammejna l-istess spiża filwaqt li intuża materjal ta’ kwalita superjuri.
Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u proġett tal-Petting Farm
Question
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret f'Jannar 2018 rigward il-Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u l-proġett tal-Petting Farm u faċilitajiet ġodda għall-SPCA u l-Animal Welfare, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi meħtieġa min-naħa tal-Planning Authority u l-ERA u jgħid fiex waslu dawn il-proġetti u jekk tlestewx, u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma tlestewx? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq dawn il-Proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant li l-applikazzjoni ta’ dan il-masterplan kienet sottomessa f’Novembru tal-2019. Din l-applikazzjoni għadha fi stadju ta’ screening. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-drawings ta’ dan il-proġett.
Attachments:PQ 16773 - Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u proġett tal-Petting Fa.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema rħula u bliet qed jiġi provdut is-servizz tat-trasport għall-anzjani magħruf bħala tuk tuk? Liema lokalitajiet kellhom dan is-servizz u ġie mwaqqaf u jekk fl-affermattiv għal liema raġuni twaqqaf? Hemm il-ħsieb li dan is-servizz jerġa’ jibda u jiġi estiż madwar Malta u Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz tat-trasport għall-anzjani, is-Servizz tas-Silver-T, qed jiġi pprovdut lill-anzjani residenti fil-lokalitajiet tal-Imġarr, Dingli, Pieta’, Kirkop, Paola, Fgura, Tarxien, Santa Luċija, Baħrija, Burmarrad, Gżira, Ħal Safi, Mosta, Msida, Mtarfa, Rabat, Ta’ Xbiex u Żurrieq. Dan is-servizz ma twaqqaf fl-ebda lokalità u qed naħdmu biex jiġi estiż madwar Malta u Għawdex fis-sena 2021.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid preżentement kemm hemm infermiera fil-kwarantina? Kemm kien in-numru kull xahar minn Marzu sal-lum? Kemm minnhom kienu pożittivi għall-COVID-19 u kemm huma dawk qegħdin fil-kwarantina minħabba kuntatt ma' persuni infettat? Kemm minnhom ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li bħalissa xogħolhom hu li jieħdu ħsieb il-contact tracing? Kemm minnhom huma voluntiera u kemm impjegati tal-Gvern u f'dan il-każ liema grad għandhom? Jista’ jagħti din l-informazzjoni ġimgħa b'ġimgħa mill-bidu ta’ Marzu sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-kriterji li qed jintużaw meta jintalab appuntament għall-COVID-19 swab test? Kemm huwa fil-preżent ’il bogħod l-itwal appuntament? Persuni anzjani qed jingħataw prijorità qabel oħrajn? Preżentement kemm hemm persuni jistennew li jsirilhom l-iswab test u kemm minnhom ingħataw appuntament għal aktar minn ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kategoriji/kriterji tal-hubs, li qed jintużaw meta jintalab appuntament għall-COVID-19 swab test huma kif ġej:
Prijorita’ 1: Kull min għandu s-sintomi tal-COVID, persuni li għamlu antigen test u rriżultaw pożittiv, ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, persuni li jkollhom bżonn jingħataw kenn f’dar (malajr kemm jista’ jkun).
Prijorita’ 2.1: Membri tal-familja ta’ każ pożittiv li kienu qed jgħixu mal-każ pożittiv, kuntatti diretti tal-każ pożittiv (it-test isir 5 sa 7 ijiem mill-kuntatt tal-każ pożittiv biex ikun hemm viral load adekwat)
Prijorita’ 2.2: Persuni li daħħlu Malta minn pajjiż mhux fil-kuridur (test isir 7 sa 10 ijiem mill-wasla f’Malta) u persuni li jaħdmu fl-iskejjel.
Prijorita’ 3: Kuntatti ta’ kuntatti ta’ każi pożittivi, persuni oħra li jixtiequ jagħmlu test.
Ninfurmah ukoll illi l-iswabbing centre ta’ Mater Dei jopera billi fil-għodu (bejn s-7:30am u n-12:30pm) isir swabbing ta’ pazjenti qabel ma jkunu se jsirilhom xi operazzjoni (Pre-Ops), Bejn l-10am u n-12:30pm isir swabbing lill-membri ta’ staff li jħossu xi sintomi, li jkunu ġejjin minn kwarantina jew li jkunu rritornaw minn xi safar, bejn s-1pm u t-3.30pm isiru swabs lill-qraba ta’ membri tal-istaff filwaqt li mill-4pm il-quddiem ikomplu jsiru iktar swabs lin-nies fil-komunita’.
Sal-25 t’Ottubru l-appuntament għal dawk li jagħmlu parti mill-kategorija Prijorita’ 1 jingħata f’madwar 24 siegħa, Prijorita’ 2 fi żmien erbat ijiem jew skont il-ħtieġa filwaqt li Prijorita’ 3 l-appuntament jingħata fi żmien sebat ijiem filwaqt li l-membri tal-istaff jiġu swabbed fl-istess ġurnata jew l-għada. Pazjenti li jkun irid isirilhom swab test peress li jkun se jsirilom xi intervent jew operazzjoni, dan isir fi żmien stipulat mill-konsulent kkonċernat.
Ninfurmah ukoll illi fid-djar ta’ l-anzjani l-iswabbing isir mill-infermiera tad-djar stess u l-kampjuni jittieħdu direttament il-laboratorju f’Mater dei.
Bejn is-26 t’ Ottubru sa l-1 ta’ Novembru s’issa diġa ngħataw 9,047 appuntament għal-swab test.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija paralmentari 16697 u jgħid kemm kien hemm persuni/familji li abbużaw mill-akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin, fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi u x’miżuri ttieħdu biex jieqaf dan l-abbuż?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u ser jingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar l-iskandlu tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta tat-Tonn qed ssir mill-Maġistrat inkwerenti u d-Dipartiment ikkonċernat m’għandu l-ebda informazzjoni rigward l-istadju li waslet fiha din l-inkjesta. Ta’ min wieħed jgħid li dan id-Dipartiment ikollabora kull meta kien mitlub jagħmel dan permezz ta’ xhieda u preżentazzjoni ta’ dokumenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena 2020 lil min tħallsu d-€940,000 ta’ Storm Damages Scheme kif deskritt fil-Financial Estimates tal-2021?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vot Storm Damages Scheme qed jintuża mill-Ministeru tiegħi sabiex jingħata kumpens lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ġarrbu ħsarat strutturali u/jew ħsarat fl-uċuħ tar-raba’ jew fil-mezzi tas-sajd tagħhom fil-maltempata li seħħet fi Frar 2019. Minn dawn il-fondi tħallsu s’issa €410,687.13.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kienu użati l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-EU Agriculture Fund for Rural Development (2014-2020) li fl-2020 jidhru bħala total ta’ €17,215,000 intużaw għall-mizuri hekk kif ġej:
· Quality Schemes for Agricultural Products and Foodstuffs (Article 16) – Measure 03
· Farm and Business Development (Article 19) – Measure 06
· Agri-Environmental-Climate (Article 28) – Measure 10
· Organic Farming (Article 29) – Measure 11
· Payments to areas facing natural or other specific constraints (Articles 31 & 32) – Measure 13
· Support for Leader Local Development (CLLD – Community-Led Local Development (Article 35) – Measure 19
Technical Assistance (Article 51) – Measure 20
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti d-dħul tal-Gvern ta’ €760,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021 qed jidhru bħala Miscellaneous Receipts?
Response (REFALO, ANTON)
L-ammont stima ta’ €760K fil-line item 0999 - Miscellaneous Receipts għall-2021 kien ibbażat fuq l-istima għas-sena 2020 li kienet tammonta wkoll għal € 760K u d-dħul attwali għall-2019 ta’ €935K.
Id-dħul f'dan il-
line item
jikkonsisti prinċipalment f'irkupri minn debituri tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA). Dawn id-djun jinħolqu minħabba irregolaritajiet min-naħa tal-benefiċjarji ta’ skemi u miżuri tal-UE li jitħallsu minn din l-Aġenzija kif ukoll minn Rimborżi oħra ta’ Finanzjament tal-UE fir-rigward ta’ vjaġġar, salarji, servizzi professjonali, workshops u spejjeż ta’ studju.
Jista’ l-Ministru jgħid min ħallas għal dak li qed ikun magħruf bħala fee on caging of Bluefin Tuna li huma ħlas ta’ €2,200,000 fl-2020?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jispeċifika r-regolament relattiv, il-fee on caging of Bluefin Tuna titħallas mill-operaturi tal-farms tat-tonn għal tqegħid ta’ tonn fil-gaġeġ fis-sena relattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 li tkopri l-Experimental and Demonstration Units li skont il-Financial Estimates tal-2021, fl-2020 kienet tkopri n-nefqa ta’ €185,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa marbuta ma’ dan il-vot tkopri l-ispejjeż assocjati mar-riċerka u l-manteniment tal-merħla tal-annimali ġewwa l-Agriculture Research and Innovation Hub li qiegħed fl-Għammieri.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq ix-Ship to Shore fil-Port Ħieles f'Birżebbuġa u meta hu maħsub li jitlesta?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa previst li l-proġett kollu jieħu madwar 30 xahar biex jitlesta. Dan il-perjodu jinkludi il-ħrug u l-aġġudkiar ta’ tenders, applikazzjoni u approvazzjoni tal-fondi mill-UE, permessi fejn meħtieġa, bini ta xogħlijiet ċivili u l-installazzjoni tal-apparat tal-elettriku. Jinkludi wkoll perjodu ta' ttestjar u ċertifikazzjoni skont standards internazzjonali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema - telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.