Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat- Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtha u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta — sejħiet għar-reklutaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għar-reklutaġġ kien hemm fil-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fl-2020 u fl-2021 u jgħid kemm applikaw rispettivament f’kull waħda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:.
Forzi Armati ta’ Malta
Pulizija
2020
2020
Number of Calls
Calls for Applications
Number of Applicants
Number of Calls
Calls for Applications
Number of Applicants
1
Officer Cadets
21
1
Kuntistabbli
198
2
Regular Soldiers
124
2
Kuntistabbli
280
3
Regular Soldiers with Technical Background and Musicians
8
3
Spetturi
59
4
Kuntistabbli ta’ riserva
37
2021
2021
Number of Calls
Calls for Applications
Number of Applicants
Number of Calls
Calls for Applications
Number of Applicants
1
Regular Soldiers in ‘C’ Company 1 Regiment or the Special Operations Unit
151
1
Kuntistabbli
166
2
Regular Soldiers
96
2
Kuntistabbli
158
3
Regular Soldiers with Technical Background and Musicians
11
3
Spetturi
17
4
Regular Soldiers Aspiring to Pursue a Technical Military Career – MCAST Scheme
11
4
Kuntistabbli ta’ riserva
46
5
Officer Cadets
30
6
Regular Soldiers
155
7
Regular Soldiers with Technical Background and Musicians
15
8
Regular Soldiers Aspiring to Pursue a Technical Military Career – MCAST Scheme
7
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex – talba għal użu ta’ private jet fl-2018 u 2019
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull ċirkostanza jew data meta fl-2019 il-Ministeru tiegħu talab quotation jew staqsa dwar użu ta’ private jet għall-użu tal-Ministru u jgħid għal liema pajjiż kienet it-talba, kif ukoll jagħti d-data meta fl-2018 jew fl-2019 il-Ministru siefret bi private jet u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numru 8446, 12484 u 12709.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22997, tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk is-servizzi offruti mill-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat u dan minn meta fetaħ sakemm għalaq? Tista' tgħid kemm persuni kienu qed jaħdmu f'dan l-uffiċċju u dan minn meta fetaħ sa meta għalaq? Tista' tgħid ukoll kemm għaqdiet Għawdxin ibbenefikaw mis-servizz tal-uffiċċju, minn kemm ilu miftuħ sa meta għalaq? Tista' tagħti d-data ta' meta għalaq dan l-uffiċċju?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23007, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17977 u ċjoè: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra
Tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti mediċi u Medical Board Coordinator — membri
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23000, jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u kunjom tal-membri tat-tim multidixxiplinarju ta' professjonisti mediċi kif ukoll tal-Medical Board Coordinator?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li skont il-protezzjoni tad-data, dawn id-dettalji ma jistgħux jingħataw.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm ambulanzi joperaw fl-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid ukoll min hu l-proprjetarju u jekk hemmx minnhom li huma mikrijin? F'każ li hemm ambulanzi mikrijin, jista' jagħti d-dettalji tal-kirja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm ħames ambulanzi li qed joperaw. Tnejn minn dawn huma propjeta’ ta’ Steward Healthcare u tlieta l-oħra huma mikrija minn kuntrattur privat.
Għawdex — Persuni b’diżabilità li qed jirċievu servizzi ta’ Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Parlament kemm hemm individwi b'diżabilità f'Għawdex li fil-mument qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, Physiotherapy u Speech Therapy? Jista' jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn is-servizzi, kemm hemm professjonisti f'Għawdex li qed joffruhom fil-qasam tas-saħħa pubblika? In kwantu Occupational Therapy, jista' jgħid x'sensory integration resources jeżistu f'Għawdex? In kwantu Speech Therapy, ma jidhirlux il-Ministru li s-servizz mhux qed jingħata minn post adekwat għal tfal li jeħtieġuh?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq bażi ta’ outpatients, fl-isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 258 individwi b'diżabilità qed jirċievu servizzi ta' Occupational Therapy, 95 Physiotherapy u 205 Speech Therapy li dawn jinkludu ukoll dawk li jirċievu dan is-servizz mill-bereġ u skejjel.
Bħala
Occupational Therapists
li qed joffru servizz f’dan id-Dipartiment, hemm 5, bħala Fiżjoterparisti li qed joffru servizz speċifiku lil individwi b'diżabilità f'Għawdex huwa ta’ 3 u bħala
Speech and Language Therapists
hemm 10.
Bħala Sensory Integration, bħalissa qed isir l-assessjar ta’ tfal u individwi f’dan il-qasam speċjaliżżat. Jingħata wkoll servizz ta’ konsultazzjoni f’dan il-qasam. Dan jinkludi konsultazzjoni mal-ġenituri u l-iskejjel. Individwi li jkollhom bżonn intervent speċjalizzat ta’ Sensory Integration jiġu rreferuti għas-Sensory Integration Centre, fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23005 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jippreżenta lill-Parlament break down ta' kif intefaq jew ser jintefaq is-self ta' €243.6 miljuni mogħti taħt ‘l hekk imsejjaħ SURE Instrument kwantu l-pandemija preżenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-self mill-istrument SURE li Malta ibbenefikat minnu jammonta għal €420 miljun matul il-perjodu 2020-21. Il-Gvern ipprezenta lill-Kummissjoni Ewropea informazzjoni dwar infieq attwali kif ukoll stimi li ssapportjaw it-talba għal finanzjament mill-istess strument. Speċifikament kien stmat li SURE kellu jkopri parzjalment l-ispejjez li ġejjin:
COVID Disability Benefit
€0.5m
COVID Parent Benefit
€9.3m
COVID Medical Benefit
€2.5m
COVID Wage Supplement
€407.7m
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie ffinanzjat l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali, min qiegħed fil-preżent imexxih u taħt liema arranġament qed imexxih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali qed jitmexxa minn Animal Pro Health (APH) Ltd. F’Awwissu 2015 kien inħareġ tender mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u dan ingħata lil APH Ltd. Il-kuntratt ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2016, fejn il-Gvern ta t-titlu ta’ enfitewsi temporanja lill-APH Ltd għal 25 sena.
Ta’ Qali — Sptar tal-Annimali – obbligi għat-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'obbligi ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali u x'servizzi qed jingħataw minnu li ma jingħatawx mill-veterinarji ordinarji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligi li ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali huma skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x'arranġementi hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati u x'għajnuna tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arranġamenti li hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati, kif ukoll għall-għajnuna li tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali, huwa skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-programm "Ta' Filgħodu" qed jixxandar mill-American University of the Mediterranean (AUM) u xi ħlasijiet qed isiru mill-PBS lill-AUM sabiex jixxandar dan il-programm mis-sit tal-AUM ? Xi spejjeż addizjonali qed tbati l-PBS sabiex dan il-programm jixxandar mill-AUM milli kieku altrimenti jixxandar minn Guardamangia?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm “Ta’ Filghodu” huwa out-sourced, u għaldaqstant il-PBS ma’ tidħolx fl-arranġamenti ta’ loġistika tal-programm, iżda l-arrangementi jsiru direttament mill-producer konċernat.
Wara li l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir wera li TVMNews+ għandu udjenza ferm baxxa, iħossx il-MInistru li l-PBS teħtieġ tbiddel l-istrateġija tagħha fir-rigward ta' dan l-istazzjon? Kemm qed jiġi jiswa dan l-istazzjon xahar b’xahar u n-nuqqas ta' suċċess tiegħu hux qed jikkontribwixxi biex jikkomprometti aktar il-qagħda finanzjarja tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-PBS nediet dan l-istazzjon bil-għan li tingħata aktar importanza lill-aħbarijiet, kontenut ta’ natura informattiva u ta’ ġrajjiet kurrenti. L-istazzjon għadu fl-ewwel xhur tiegħu u l-Kumpanija għadha għaddejja bl-implimentazzjonijiet b’mod gradwali. L-informazzjoni l-oħra mitluba, hija ta’ natura kummerċjali.