MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-MCAST, bħala istituzzjoni edukattiva tagħmel dak kollu possibbli sabiex toffri opportunitajiet varji lill-istudenti sabiex tesponihom għal sitwazzjonijiet, kuntesti u rwoli differenti fi ħdan l-industrija, bħal pereżempju xogħol fi djar tal-anzjani, mal-adolexxenti, jassistu fiżjoterapisti, u dan isir b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ istituzzjonijiet bħal Sedqa, Caritas u oħrajn, fl-isforz tagħna biex niftħu kemm jista' jkun rotot għall-istudenti. Fil-fatt, fil-kapaċità tagħna ta’ istituzzjoni edukattiva, naħdmu id f'id mal-industrija, fi ħdan tim multidixxiplinarju, biex niżguraw li niffaċilitaw it-transizzjoni tal-istudenti li jaspiraw li jkollhom karriera fis-settur.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
Jista’ l-Ministru jassigura li saħħet l-impjegati tad-DSS jiġi mħares meta dawn qed jiġu esposti ta’ kuljum minn irwejjaħ ta’ drenaġġ u żebgħa? Nifhem li x-xogħol irid isir imma dawn ilhom esposti jxommu rwejjaħ għal bosta xhur.
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bhalissa għaddejjin xogħlijiet kemm fuq barra u kemm fuq ġewwa ta’ Palazzo Ferreria. Ir-restawr tal-faċċata tal-Palazz issa jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u huwa ppjanat li sal-bidu tas-sena d-dieħla ikun tlesta.
Ix-xogħlijiet fuq ġewwa qed isiru f’numru ta’ uffiċini sabiex jittejjeb u jisbieħ l-ambjent tax-xogħol għal ħaddiema li jaħdmu ġo Palazzo Ferreria. Li f’xi ħinijiet ikun hemm irwejjaħ huwa inevitabbli meta jkunu qed isiru xogħlijiet bħal dawn iżda qed isir kull sforz biex dawn ikunu minimizzati kemm jista’ jkun.
Fir-rigward ta’ irwejjaħ tad-drenaġġ li ġejjin minn barra, ftit taż-żmien ilu kienet ittieħdet azzjoni dwar dan u wara diversi spezzjonijiet u xogħlijiet minn taqsimiet differenti kien aċċertat li l-problema m’hijiex ġejja mis-sistema tad-drenaġġ ta’ Palazzo Ferreria.
Anzjani jistennew fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern – waiting lists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern għal din l-aħħar sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar ta’ Settembru, b’kollox kien hemm 1,341 persuna fuq il-lista ta’ stennija u li huma eliġibli biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani tal-Gvern. Minn dawn 457 persuna applikaw fis-sena 2020. Hemm 419 -il persuna li ilhom fuq il-waiting list għal sena.
Id-dħul fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern isir skont id-dipendenza tal-applikant u mhux skont id-data tal-applikazzjoni. Każijiet urġenti jieħdu prijorità.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda entita’ ma ħalset għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entita’ li kienet taqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija, ma tatx xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti. Allura ma sar l-ebda ħlas f’dan ir-rigward.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda spejjez jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanha ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ma tħallsu l-ebda spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma saru ebda spejjeż u lanqas ma sar ebda ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura sat-23 t’Ottubru 2020, l-ebda’ dipartiment, entita’ jew aġenzija li jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi ma ħalsu xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16509, jista' l-Ministru jgħid:
a. min awtorizza tali donazzjonijiet; u
b. liema kienu l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn id-donazzjonijiet u kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International. Aktar dettalji jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16473, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza dan il-ftehim u liema huma dawk l-NGOs u entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-proġetti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-NGOs li bbenifikaw sa issa huma kif jidher fit-tabella ta hawn taħt
The Meeting Place 13/10/2020
Column1
NGO
1
Malta Association of Occupational Therapists (MAOT)
2
Richmond Foundation
3
Europa Donna Malta
4
Anti-Poverty Malta
5
ADHD Malta
6
Minus One Support Group
7
CRPD
8
Fondazzjoni Nanniet
9
Equal Partners Foundation
10
Deaf Association Malta
11
Malta Health Network
12
Arthritis and Rheumatism Association Malta
13
Allied Rainbow Communities (ARC)
14
BBrave
15
Malta Girl Guides
16
Rare Diseases Support
17
YMCA Valletta
18
Caritas
19
MS Society of Malta
20
Dr Klown
21
Eko Skola – Nature Trust (FEE Malta)
22
Malta Epilepsy Association
23
Assistance to Children in Care Association (ACICA)
24
Autism Parents Association (APA)
25
OASI Foundation
26
Amputees for Amputees (A4A)
27
Hospice Malta
28
National Parents’ Society of Persons with Disability
29
Fibromyalgia Alliance Malta
30
30 Plus
31
Grupp Flimkien Naslu
32
Living Ability Not Disability (LAND)
33
MCWO
34
Coeliac Association Malta
35
SPL/Youth Group Msida
36
Victim Support Malta
37
MGRM-Malta LGBTIQ Rights Movement
38
St. Jeanne Antide Foundation
39
Fondazzjoni Sebh
40
Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti
41
Right2smile
42
Soroptism Malta
43
Beating Hearts
44
Responsible Gaming
45
Theresa Nuzzo School
46
Primary health care
47
Agenzija Sapport
48
FSWS
49
Malta Basketball Wheelchair Association
50
SOS Malta
51
Down Syndrome Association
52
Malta Special Olympics
53
Malta Bleeding Disorders Society
54
Rise
55
Youth theme Foundation
56
Kullegg San Gorg Preca Marsa
57
Tama
58
Spark 15
59
YPU
60
Happy Parenting Malta For Happier Children
61
Belong(Malta) Foundation
62
UNCHR
63
Marsa Scout Group
64
Social Care Standards Authority
65
Dar il-Kaptan
66
Marigold Foundation
Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender'CT2141/2019 Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo' li għalqet fl-10 ta' Dicembru 2019 u jgħid minn min hu ffurmat il-Konsorzju (isem tal-kumpaniji jew individwi) li rebaħ din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol b’rabta ma’ dan il-kuntratt inbeda. It-tender intrebaħ minn Poliexcel Construction Consortium li hu magħmul minn Excel System Construction Malta Limited u Polidano Brothers.
Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16585 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, minn liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Gozo Channel Holdings Company Ltd u Gozo Channel Operations — accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts ta’ dawn l-aħħar tliet snin tal-kumpanija Gozo Channel Holdings Company Ltd u Gozo Channel Operations Ltd u l-kumpaniji l-oħra kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts awditaji tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd f’dak li jirrigwardja s-snin 2017 u 2018. L-accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019 għadhom ma humiex iffinalizzati. Min-naħa l-oħra, il-kumpanija Gozo Channel (Holding) Ltd ma taqax taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14627 u jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill Onorevoli interpellant li nefqa li intefqet minn Fondi Ewropej f’Għawdex mis-sena 2013 l’hawn (Ottubru 2020) tammonta għal €98.67M, maqsumha kif mitlubha fi tliet kategoriji:
% Spi¿a fuq Għawdex għal kull kategorija
Socjali
%
Produttiv
%
Infrastruttura
%
16,318,756.92
11%
1,782,151.15
5.3%
80,560,383.57
12%
Dawn il flus kollha tħallsu.