Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u x’ħidma kienet qed issostni l-Agriculture Support Scheme li fl-2020, skont il-Financial Estimates 2021, kienet tinvolvi nefqa rikorrenti ta’ €400,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vot tal-Agriculture Support Scheme jigi użat għal inizjattivi bl-għan li jitqajjem apprezzament lejn l-agrikoltura Maltija u sabiex jiġu promossi inizjattivi li s-settur jista’ jibbenefika minnhom b’mod dirett. Matul din is-sena, il-fondi ta’ dan il-vot intużaw fuq il-kampanja ‘Agħżel frisk....Agħżel bnin’; inizjattivi biex tiġi promossa l-marka ta’ kwalita’; l-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar Reġistru Nazzjonali ta’ Prodotti Agro-Tradizzjonali ta’ Malta; xogħol marbut mal-Wine Apprecaition Event li ġie mħassar minħabba l-pandemija liema xogħol ser ikun qed jibqa’ jintuża għas-sena li ġejja; ; xogħol marbut mal-varar ta’ inizjattivi varji li għandom x’jaqsmu mad-Dipartiment bħal dak ta’ Research and Innovation Hub,. Permezz ta’ dan il-vot ikun qiegħed jiġi żgurat sapport kontinwu lil dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla f’rata li biha qed jiġu mitluba jitħallsu l-pulizija għall-iskorta tal-istess pulizija għall-ġarr ta’ nar mill-Kamra tan-Nar għal post tal-ħruq tal-istess murtalli li jkunu qed jinġarru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm reviżjoni b’mod ġenerali dwar ħlas f’każi fejn persuni terzi (third parties) jitolbu servizz ta’ pulizija.
Ir-rati bażi (base rates) ġodda bdew jitħallsu minn Settembru 2020.
Din ir-reviżjoni saret biex ir-rati jirriflettu aħjar il-livell tas-servizz li jingħata mill-Korp tal-Pulizija u jkunu jirriflettu wkoll dawk ta’ entitajiet oħra fil-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li fil-Financial Estimates 2021 kienet deskritta bħala ‘Buskett Research Station’ u li tali ħidma swiet €50,000? Jista’ jgħid x’xogħol sar? Lil min tħallsu dawn il-€50,000? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm li għalihom qed ikun ivvutat il-Vot ta’ €100,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-fondi allokati fil-vot Buskett Research Station huwa għaż-żamma u l-ħidma li ssir fiċ-ċentru tal-vitikoltura fil-Buskett. Għas-sena 2021, id-Dipartiment ikkonċernat fi ħdan il-Ministeru tiegħi ser ikun qed jaħdem sabiex dan is-sit jinbidel f’Ċentru Nazzjonali tal-Inbid u d-Dwieli u għaldaqstant jitjiebu l-faċilitajiet u jsir xogħol ta’ restawr fuq żewġ binjiet antiki, kif ukoll jinxtara apparat relatat mar-riċerka.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li skont il-Financial Estimates 2021 hija deskrita bħala Fisheries Patrol li skont l-istess estimi, fl-2020 kellu jkollha n-nefqa ta’ €400,000? Jista’ jgħid dawn l-€400,000 kif ġew minfuqa? Lil min tħallsu? Min ibbenefika minn din in-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma deskritta bħala Fisheries Patrol, tikkonsisti fil-patrols li l-AFM tagħmel permezz ta’ Memorandun of Understanding bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u l-Forzi Armati ta’ Malta. L-istess vot jintuża wkoll għal spejjeż relatati ma’ l-użu ta’ tlett RHIBs, li għandu d-Dipartiment biex jintużaw fiż-żona tal-25 mil, għal diversi spezzjonijiet. It-tabella li ġejja turi lil min tħallsu u r-raġuni għala tħallsu.
AFM
Sea & Air patrols
€560,925.92
Transport Malta
RHIBs Renewal fees
€467.50
Mapfre
Insurance of 1 RHIB
€455.00
Marina di Valletta
Mooring of 2 RHIBs
€8,115.00
Melitaunipol Insurance Brokers
Insurance of 2 RHIBS
€6,470.00
Transport Malta
Registration fees
€1,190.00
Power Centre Ltd
Mooring Springs
€382.60
€578,006.02
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €150,000 li ntefqet fl-2020 għal Vot deskritt bħala Pitkalija Ltd, u x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern li skont il-Financial Estimates 2021 għall-istess vot deskritt, għandu jonfoq €520,000? Jista’ jgħid lil min tħallsu? Jista’ jgħid jekk dawn kenux direct orders jew tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 skont il-Financial Estimates 2021 li kienet deskritta bħala Agri Fair Malta li skont l-estimi, fl-2020 din il-ħidma swiet €650,000? Jista’ jagħti l-informazzjoni dettaljata rigward kif u lil min tħallsu dawn is-€650,000? Jista’ jgħid liema minn dawn il-ħlasijiet kienu direct orders jew ingħatawx b’tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għan tal-fond imsemmi huwa relatat mal-ħidma meħtieġa sabiex tittella’ l-ewwel fiera agrikola f’Malta. Minħabba l-pandemija din l-fiera kellha tiġi posposta. Qed tingħata informazzjoni dettaljata tax-xogħol li sa issa tħallas fl-2020 b’rabta mal-organizzazzjoni ta’ din il-fiera. Ta’ min jgħid li x-xogħol imwettaq ser jintuża la darba din il-fiera tkun tista’ tiġi organizzata, apparti r-reklamar li laħaq sar.
Malta AgriFair 2020
Supplier
Remarks
Paid 2020
€
Call for Quotations
Malta AgriFair - Official Website -
https://agrifair.gov.mt/
Keen Ltd
Website creation
6,157.00
Risk Assessment
Stanley Azzopardi
Risk Assessment
500
Tender
Service Tender for the Development and Implementation of an Integral Promotional and Marketing Campaign on the National Agricultural Fair in an Environmentally Friendly Manner
Outlook Coop
Tender for the majority of marketing and promotion services required.
169,733.27
Negotiated Procedure
Negotiated Procedure for the organisation of the National Agricultural
Malta Fairs and Conventions Centre
Official venue of the Malta AgriFair
184,520.00
Fair in 2020
TOTAL
360,910,27
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema - telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 22 applikazzjoni ġdida għal telework minn Marzu 2020 s'issa li kienu jinkludu 15 nisa u 7 irġiel. Intlaqgħu 21 talba.
Bħalissa dawk li qed jaħdmu permezz tat-telework huma 61 nisa u 10 irġiel.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Ħaddiema - telework
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Marzu 2020 s’issa kien hemm 172 ħaddiem - 120 mara u 52 raġel - li applikaw għat-teleworking fis-settur pubbliku. Kollha kemm huma ingħataw il-permess biex jaħdmu b’mod remot. Dawn ma jinkludux ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol mid-dar waqt li kienet fis-seħħ id-Direttiva 13 dwar il-Covid-19 u lanqas għandha x’taqsam mal-kunċett ta’ rotazzjoni li qiegħdha tiġi addottata bħalissa bħala prekawzjoni biex tkun assigurata l-kontinwita’ ta’ servizz f’dawn iż-żminijiet.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ħaddiema - telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-telewoirking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-27 t’Ottubru 2020.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-telewoirking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-lum, saru tmienja u sittin talba (68) għal teleworking. Sebgħa u erbgħin (47) minn dawn l-applikanti kienu nisa filwaqt li wieħed u għoxrin (21) kienu rġiel. Dawn it-talbiet, li saru skont it-taqsima 3.2 tal-Manwal fuq Miżuri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja jew skont il-ftehim kollettiv rispettiv, ġew approvati kollha. Fil-preżent it-total ta’ teleworkers fl-istess entitajiet huwa ta’ mija u tlieta u ħamsin (153): minn dawn hemm mija u erbgħa (104) nisa u disgħa u erbgħin (49) raġel.
Fir-rigward tal-inċineratur, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi s-sistema ta’ kif jintgħażel l-iskart biex jinħaraq? X’inhi l-istandard operating procedure ta’ kif jintgħażel il-waste? Kif u fuq liema kriterju tintgħażel il-waste stream, jew l-iskart jinħaraq on a first come first burn basis? Jekk le, fejn jiġi storjat il-waste kliniku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment żewg tipi ta’skart jaslu l-inċineratur li huma fdal tal-annimali u skart kliniku. Il-fdal tal-annimali li jistgħu jinħadmu l-Autoclave jiġu pproċessati hemm waqt li l-bqija jgħaddi għall-ħruq fl-inċineratur. Skart Kliniku jgħaddi mill-ewwel għall-hruq fl-inċineratur. Barra minn hekk, skart ieħor bhal skart farmaċewtiku jew materjali kkonfiskati mid-dwana li jistghu jinharqu fl-incineratur, jiġi aċċettat fuq bażi ta’ appuntament u l-proċess tal-ħruq isir fil-presenza tal-awtoritajiet kompetenti, skont il-każ. Il-vetturi liċenzjati li jidħlu, jgħaddu kollha mill-miżien u wara ssirilhom spezzjoni fuq kull kontenitur. Skont in-natura tal-iskart, dan jew jinhadem fl-Autoclave jew inkella jgħaddi direttament ghall-inċineratur. Il-prijorita tingħata dejjem lil fdalijiet tal-annimali u clinical waste minħabba l-fatt li dawn għandhom rata ta’ degradazzjoni għolja u minħabba n-natura perikoluza tagħħom, speċjalment l-iskart kliniku. F’każ ta’ bżonn, kemm l-iskart kliniku kif ukoll fdalilijiet tal-annimali jiġumaħzuna fi mħazen mkesħa apposta sakemm jaslu biex jiġu inċinerati.
Jista' l-Ministru jippubblika figuri li juri r-recycling performance ta' pajjiżna minn 2013 sa issa sena b’sena u jekk id-data neċessarja tal-waste streams tagħna dejjem kenitx available fil-ħin lill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk Malta jew qattx talbet u/jew ingħatat xi perjodu tranżitorju biex tilħaq dawn ir-recycling targets? Jista' jagħmel dan b’mod komparattiv mal-istati membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess żmien tagħna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul din is-sena biex niksbu aktar enerġija nadifa mill-iskart? X'kien l-ammont ta' enerġija ġġenerata mill-iskart din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li din is-sena (2020) sar investiment ta’ €650,874 (VAT eskluz) biex tinkiseb aktar enerġija nadifa mill-iskart. L-ammont ta’ enerġija iġġenerata (sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2020) kien ta’ 0.73 GWh li huwa eqkwivalenti għal 725,790 unit (kWh).
>
Kumpaniji – xiri ta’ vetturi elettriċi — inċentivi
Question
Wara li jikkonsulta mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għand l-PA u l-ERA matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kienet approvata u kemm ġew rifjutati mill-bordijiet tal-awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jispecifika iktar ghal-liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta oħra.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport - studenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm studenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport u kemm minnhom sa issa ggradwaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant dwar l-istudenti li daħlu fil-kors tal-MCAST Bachelor of Science (Honours) in Sport, Exercise and Health hu kif se nsemmi:
fl-2016/17 - 15-il student li bdew il-kors bħala Higher Diploma in Exercise for Health u wara għamlu top-up għall-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health. Minn dawn iggradwaw 13 fl-2019.
fl-2017/18 - 39 student bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
fl-2018/19 - 35 student bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
fl-2019/20 - 52 bdew il-BSc (Hons) in Sport, Exercise and Health.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – student ggradwati ingaġġati fl-isptarijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li issa ggradwaw mill-MCAST fil-kors intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex ser jiġu ingaġġati jaħdmu fl-isptarijiet jew fis-servizzi mediċi ta’ pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull persuna li tkun eliġibbli tista’ tapplika għal sejħiet li joħroġ dan il-Ministeru.