Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċentivi għall-enerġija nadifa

Question

Peress li t-tibdil fil-klima u l-enerġija nadifa jimxu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fir-rigward ta' inċentivi għall-enerġija nadifa meta mqabbla ma’ enerġija konvenzjonali aktar irħisa? Liema miż-żewġ sorsi l-Gvern iħoss li l-aktar jista’ jiddefendi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019, mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jew minn kwalisiasi entità li taqa’ taħtu, ma tħallsu l-ebda spejjeż ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma ħallsu xejn għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fiż-żmien imsemmi minnu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entitá fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma ħallset għal kwalsiasi spejje¿ relatati ma interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda xogħol u lanqas ħlas ghal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali fil-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #16735 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ma għamlu l-ebda ħlas għal xi xogħlijiet kif inidkat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u kwalsiasi entita’ li taqa’ taħt r-responsabilita tal-Ministeru, ma ħallsux spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fil-perijodu li qed ikun indikat minnhu.

Persuni li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16583 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta` Karti Roża li ġew imġedda mill-bidu tas-sena 2020 sal-ġurnata li qed tkun imwieġba din l-interpellanza, u li allura huma validi sabiex persuna tibbenefika minn medicini b’xejn jammonta għal 15,429.

Mediċina kontra l-kanċer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn mediċinali li jafu jtawlu l-ħajja għall-pazjenti tal-kanċer bħal Daratumumab (multiple myeloma), Venetoclax (chronic lymphocytic leukemia, small lymphocytic lymphoma and acute myeloid leukemia), Ruxolitinib (high-risk myelofibrosis), Rivaroxaban/Apixaban (anti-coagulant) u Polatuzumab (B-cell lymphoma) mhumiex jingħataw mill-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern ilu sa mill-2013 jaħdem biex mediċini ġodda jiġu introdotti fil-formularju tal-gvern, wara nuqqas ta’ ħafna snin milli jiġu introdotti mediċini ġodda minn-gvern nazzjonalista. Wara assessment li kien sar mal-imsieħba relevanti kienu ġew identifikati numru ta’ mediċini. Wara li beda’ l-proċess u ġew identifikati fondi apposta, bdew deħlin ftit ftit fil-formularju tal-gvern. S’issa mill-2013 sal lum daħlu 13-il mediċina ġodda għal diversi tipi ta kanċer differenti. B’investiment qawwi u kontinwu qed jitkompla l-proċess biex jiddaħlu iżjed mediċini b’xejn. Ninfurmah ukoll illi d-Daratumumab, Venetoclax, Ruxolitinib u Rivaroxaban / Apixaban qed jiġu kkunsidrati u qegħdin f’fażijiet differenti tal-proċess għall-introduzzjoni ta’ dawn il-mediċini fil-formularju tal-gvern.

Malta Community Chest Fund — fondi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq liema bażi jingħataw fondi għall-kura mill-Malta Community Chest Fund (MCCF) u mhux mill-gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.

Malta Community Chest Fund – supplier tal-mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu s-supplier li jipprovdi l-mediċina lil Malta Community Chest Fund (MCCF)? Fuq liema bażi ntgħażel? Intgħażel b’direct order jew b’tender?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.

Baġit 2021 – miżuri fuq kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ġie ppreżentat fil-Baġit 2021 rigward kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

.Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan il- badgit ġew ippreżentati tlett proposti fir-rigward ta’ kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer, li huma żieda fl-investiment f’kura iktar ħolistika, se jkun qed jinfetaħ iċ-Ċentru San Mikiel – faċilita’ li tipprovdi għajnuna paljattiva professjonali – bi sħubija bejn il-Gvern u l-Hospice Malta u b’koerenza ma’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kura Paljattiva, kif ukoll se jitwessa’ s-servizz tal-Programm ta’ Sopravivenza li jagħti appoġġ lill-familjari u lill-pazjenti li għelbu l-marda tal-kanċer.

Kura urġenti tal-Kanċer – provvedimenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi provvediment għandu l-Gvern biex jagħti kura urġenti tal-kanċer li bħalissa ma jiġix offrut b’xejn speċjalment meta din lanqas il-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tkunx tista’ tħallas għal din il-kura imma jkun hemm rakkomandazzjoni ta’ tabib konsulent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern bħalissa għandu 110 mediċini differenti għall-kura ta ħafna tipi ta kanċer differenti. Dawn jinsabu fil-formularju tal-gvern u jingħataw lil dawk il-pazjenti kollha li jkollhom bżonn din il-kura, bla ħlas. Apparti t-trattamenti mediċinali, pazjenti afftewati mill-marda tal-kanċer jistaw jagħmlu użu mir-radjoterapija, liema terapija ġiet sostnuta b’taħriġ speċjalizzat minn Medical Physicists u professjonisti oħra bħal tobba u infermiera. Fejn trattament ma jkunx disponibbli f’Malta, dawn jiġu riferuti f’ċentri l-Ingilterra jew saħansitra pajjiżi oħra fl-Ewropa. Tajjeb li nsemmu li l-kura tal-kanċer f’Malta tat spinta aktar il-quddiem permezz tal-iscreening programme kif ukoll ta’ trattament kiruġiku fosthom it-trattament robotiku fuq il-prostata li mistenni jibda’ fi żmien li ġej, trattament ġdid li qed isir fil-fwied permezz tat- TACE( Trans Arterial Chemo Embolisation) kif ukoll trattament għal-kanċer tal-bużżieqa tal-urina permezz ta’ mediċina introdotta Mitomycin. F’mediċini speċjalizzati oħrajn l-konsulenti għandhom faċilita’ li jagħmlu applikazzjoni lill-kumitat għal-Exceptional Medicines għal konsiderazzjoni sabiex il-Gvern ikun jista’ jixtri u jipprovdi mediċina speċifika għal pazjenti bi ħtieġa ta’ mediċina partikolari.
Leg 13 PQ #16774 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Artijiet li ser jiġu esproprjati fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? b. f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati? u c. l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Air Travel Ltd – servizz ta’ helicopter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm, mill-aħħar ta’ Mejju 2019 sal-lum , dwar is-sejħa pubblika li kienet ħarġet mill-Malta Air Travel Ltd (Malta Medair) liema sejħa kienet dwar proposti sabiex jintgħażel operatur li jipprovdi servizz ta’ helicopter bħala air link bejn Malta u Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi s-sejħa saret f’20 ta’ Mejju ta’ l 2019 u kienet tgħalaq fit 18 ta’ Ġunju 2019. Kien hemm 14 il-kumpanija/individwi li wrew interess u talbu kopja tad- dokumenti relatati u wara firmaw Non-Disclosure Agreement formali. Finalment kienet kumpanija waħda li ssotometiet proposta kompluta fiż-żmien u t-termini stabiliti. Il-kuntratt ma din il-kumpanija ma sarx minħabba raġunijiet li l-kumpanija ie Malta Air Travel Ltd ma kelliex kontrol fuqhom.

Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Network Ten-T – toroq kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq li jaqgħu fin-network tat-Ten-T u li jistgħu jiġu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea fadal isiru f'Malta? Fuq liema minn dawn it-toroq inbeda x-xogħol (anke jekk ta' preparazzjoni ta' tenders)? Meta hu ppjanat li jsiru dawn it-toroq li fadal f'din in-network?

Response (BORG, IAN)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16777, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi ta’ toroq (waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex) li jaqgħu fin-network tat-Ten-T, liema toroq fadal x’isiru. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ser tinġabar u tingħata fiż-żmien li ġej.
Leg 13 PQ #16778 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għajnsielem – studenti li attendew korsijiet fl-iskola tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti f'Għajnsielem matul is-sena skolastika 2019/2020 u kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2020/2021?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li f’Għajnsielem ma hemmx Skola tal-Arti iżda Ċentru għat-Tagħlim tul il-Ħajja inkluż crafts courses. Sitt snin ilu l-iskola tal-Arti li kien hemm f’Għajnsielem ingħaqdet mal-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva fix-Xewkija. F’dan il-kumpless, li jagħmel parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, jiġu offruti studji fl-Arti (pittura, skultura, inċiżjoni, eċċ), iżda wkoll tagħlim fil-Mużika inkluż dik performattiva flimkien ma’ studji fid-Drama u Danza. Fis-sena skolastika 2019-2020 kien hemm reġistrati 465 studenti għal xi kors fid-dixxiplina tal-Arti biss, waqt li għas-sena skolastika 2020-2021 irreġistraw 443 studenti.
Leg 13 PQ #16793 Sitting 380 2020-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għalliema u LSE's Għawdxin — sussidju għat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern fi skejjel f'Malta jieħdu sussidju għat-trasport kollettiv ta' madwar €525 fis-sena filwaqt li għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu fi skejjel tal-Knisja jew skejjel privati f'Malta qed jieħdu ħafna inqas minn dak l-ammont? Jista' jagħti spjegazzjoni ta' din id-differenza? Jista' jgħid jekk iħossx li din hija diskriminazzjoni ma' dawk l-għalliema u LSE's Għawdxin li jaħdmu fi skejjel tal-Knisja u privati f'Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn din is-sena, hekk kif ħabbart fit-30 t’April li għadda, l-għalliema u LSEs Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u mal-Privat se jibdew jieħdu l-istess ammont, propju dak ta’ €525. B’hekk il-gvern wettaq wegħda oħra tal-Baġit għas-sena 2020 li tgħid, “Wara s-suċċess tal-pakkett li daħħalna s-sena l-oħra għall-ħaddiema u għall-istudenti Għawdxin li jaħdmu u jistudjaw f’Malta, is-sena d-dieħla se nkomplu nestenduh”. Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Press Release.