Legislature:
Category:
Reset
Active:

WasteServ – fees fuq l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-fees kollha li preżenzjalment il-Wasteserv għandha fuq l-iskart? Jista' jgħid għal-liema tip ta' skart u kemm hi l-fee rispettiva?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tariffi għar-rimi ta’ skart ġewwa l-faċilitajiet operati mill-Wasteserv jinsabu fi: · Avviz Legali 382 ta’ l-2009 - Skeda C: Tariffi għar-rimi ta’ skart ġo faċilitajiet għall-imaniġġjar ta’ l-iskart; · Avviz Legali 203 ta’ l-2011 – Skeda C: Tariffi għat-Trattament ta’ Skart mhux Perikoluż fit-Thermal Treatment Facility, Triq il-Biċċerija, Marsa; · Avviz Legali 203 ta’ l-2011 – Skeda D: Tariffi għat-Trattament ta’ Skart Perikoluż fit-Thermal Treatment Facility, Triq il-Biċċerija, Marsa. Apparti minn hekk, hemm rata ta’ 6.03 EUR eskluż il-VAT għal kull tunellata ta’ demel ta’ l-annimali li jidħol ġewwa l-impjant tal-Malta North.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ebda entità fi ħdani ma ħalset għal spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru ma ħalset kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma tħallsu l-ebda spejjeż jew sar xi ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, fid-dati msemmija.

Membri tal-Ġudikatura li jagħlqu l-65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li hemm membru tal-Ġudikatura li jagħlaq 65 sena fl-2020, żewġ membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2021, tliet membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2022 u żewġ membri tal-Ġudikatura li jagħlqu 65 sena fl-2023.

Transport Malta – cyber attack

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie infurmat li Transport Malta soffriet Cyber Attack fl-aħħar xhur? Jista’ jgħid meta ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u minn min?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat bl-attakk li sofriet l-Awtorita’ ta’ Transport f’Malta nhar il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 2020. L-Awtorita’ ta’ Transport qatt ma kienet f’kuntatt mal-Maġistrat tal-Għassa.

Transport Malta – Call centre ġdid f’Tal-Pietà – fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi tal-Unjoni Ewropea ntefqu s’issa u kemm għandhom jintefqu b’kollox fil-call centre ġdid ta’ Transport Malta f’Tal-Pieta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta la kellha u lanqas għandha ppjanat l-ebda Call Centre f’Tal-Pieta’.

Festival Mużika Musika — Festival tal-Kanzunetta Maltija - organizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-organizzaturi tal-Festival Mużika Musika - Festival tal-Kanzunetta Maltija? Jista' jgħid jekk hemmx bord li qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' dan il-festival u jekk iva, min huma l-membri ta' dan il-bord? Jista' jgħid x'baġit hemm għal dan il-festival u min se jkun qed jiffinanzja l-istess festival?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Festivals Malta illi huma l-organizzaturi ta’ dan il-festival, bl-organizzazzjoni mmexxijja minn bord tekniku. Id-dettalji dwar il-kompo¿izzjoni tal-bord jinstabu fit-tabella hawn taħt imniżżla. Il-festival ser ikun iffinanzjat minn vot allokat għalih, kif ukoll minn numru ta’ kollaborazzjonijiet oħra li għadhom qed jiġu ffinalizzati. Isem u Kunjom Rwol Ray Bugeja Chairperson Albert Marshall Deputy Chairperson Norman Hamilton Deputy Chairperson Frank Zerafa Member Alfie Fabri Member Simon Abela Member Adrian Sciberras Member Trevor Fenech Member Roanna Grixti Member Randolph Spiteri Member Annabelle Stivala Member Roderick Azzopardi Custo Member Gabriella Agius Secretary

Insurance Guarantee Scheme — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Insurance Guarantee Scheme li kienet nefqa ta’ €1,000 fl-2020 lil min tħallset u x’kien l-iskop ta’ din il-garanzija bankarja? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop li għas-sena 2021 din in-nefqa qed tkun estiża għal €5,000? Jista’ jgħid kif qed titħallas u lil min u fejn qed isir il-ħlas ta’ din il-garanzija bankarja?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop ta’ dawn il-fondi huwa sabiex isir studju dwar il-vijabilità ta’ assigurazzjoni relatata ma’ attivitajiet u strutturi għall-bdiewa u r-raħħala. Wara riċerka li saret mid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru tiegħi, irriżulta li sabiex jitwettaq tali studju l-fondi allokati għas-sena 2020 ma kienux ser ikopru l-istħarriġ vast meħtieġ għal din it-tip ta’ assigurazzjoni. Dan għaliex, qabel titfassal skema ta’ assigurazzjoni jrid jitwettaq stħarriġ ekonomiku dwar id-dannu jew telf kollu fis-settur li huwa wieħed estensiv. Għaldaqstant, id-Dipartiment kien jeħtieġ aktar fondi sabiex ikun jista’ jitwettaq dan l-istudju.

Agency for the Governance of Agriculture Bioresources — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu t-€800,000 li skont il-Financial Estimates 2021 kellhom jintefqu fl-2020 għal Vot deskritt bħala ‘Agency for the Governance of Agriculture Bioresources’? Jista’ jgħid x’qed ikun maħsub li jsir biex għas-sena 2021 biex jintefqu t-€800,000? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa u lil min tħallsu dawn il-flus?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-baġit allokat għas-2020 intefaq skont it-tabella segwenti: Agency for the Governance of Agriculture Bioresources - Nefqa 2020 Spejjeż tal-uffiċċju €34,582.18 Kera tal-uffiċċju, servizzi ta' tindif u provvisti għall-uffiċċju Analiżi analitika €15,955.30 Analiżi tat-tipi differenti ta' demel likwidu u demel prodott lokalment mill-majjal, baqar, tjur, nagħaġ u mogħoż, fniek u żwiemel. Servizzi ta' konsulenza €23,089.00 (i) Studju ta' fattibilità għat-twaqqif ta' impjant pilota għat-trattament ta' demel u demel likwidu. (ii) Biex tirrevedi l-operazzjonijiet ta' l-aġenzija flimkien ma’ l-iskop, il-kompiti u r-responsabbiltajiet u tirrakkomanda pjan strateġiku Wastserv Ltd. €10,189.02 Użu ta' Bio-Digester għal demel likwidu tal-bhejjem Nefqa kapitali €670,160.70 Xiri ta’ tliet (3) vetturi mobbli mgħammra b' Autonomous Plug u Play Slurry De-Watering Units Għas-sena 2021, il-baġit allokat se jiġi utilizzat għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-uffiċċju tal-GAB u biex jiġu implimentati miżuri f'konformità mal-immaniġġjar sostenibbli tad-demel likwidu tal-bhejjem.

Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema - telework

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Marzu sa Ġunju ta’ din is-sena waqt li kien hemm id-Direttiva 13 fis-seħħ kien hemm 176 impjegat (70 ragel u 106 mara) li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa li kienu telework. Minn Ġunju sal-lum saru 32 talba għal telework (6 rgiel u 26 nisa) li minnhom 7 (5 nisa u 2 irgiel) ġew miċħuda. Tajjeb li ngħid li minn dawn kien hemm persuna li għamlet żewġ talbiet li waħda minnhom ġiet milqugħa u l-oħra miċħuda.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema - telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm total ta’ mija u tmien (108) talba għat-telework mill-1 ta’ Marzu, maqsumin tmienja u sittin (68) mara u erbgħin (40) raġel, ħaddiema tas-settur pubbliku. Kull talba ġiet milqugħa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #16824 Sitting 382 2020-10-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha, għal applikazzjonijiet/talbiet ta’ telework mill-1 ta’ Marzu 2020 fl-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli (jiġifieri għal talbiet ta’ telework mill-perijodu indikat minnha fis-settur pubbliku), huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-entitajiet li mhux qed jissemmew fit-tabella annessa, filwaqt li ma kellhomx talbiet għal telework mill-perijodu li qed ikun imsemmi minnha ‘l quddiem, xorta waħda iħaddmu l-mekkaniżmu tat-telework u infatti għandhom ukoll ħaddiema li jaħdmu bit-telework (madanakollu mhux qed jissemmew fit-tabella annessa hekk kif il-ħaddiema f’dawn l-entitajiet kienu diġa’ qed jaħdmu bit-telework qabel l-1 ta’ Marzu 2020). Niġbed l-attenzjoni ukoll tal-Onor. Interpellanta li, l-entitajiet imsemmija fit-tabella annessa, ukoll għandhom ħaddiema oħra li kienu diġa’ qed jibbenefikaw mit-telework qabel id-data imsemmiija u li għadhom qed jibbenefikaw mill-mekkaniżmu tat-telework.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Moniteraġġ tat-tniġġiż tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli biex jara li l-moniteraġġ tat-tniġġiż tal-arja jsir? Mil-liema partijiet ta' Malta u Għawdex ġew monitored minħabba t-tniġġiż matul is-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-Awtorità kompetenti għall-monitoraġġ tal-arja. Dan il-monitoring network immaniġġjat mill-ERA ilu għaddej għal diversi snin inklużi l-2017, 2018, 2019 u jikkonsisti f’zewg moniteraggi. Real time monitoring network: fejn hemm erba’ stazzjonijiet b’monitoraġġ kontinwu li jinsabu fl-Imsida, iż-Żejtun, Ħat’Attard u l-Għarb, Għawdex. Dawn is-siti jkopru sustanzi ta’ tniġġiż regolati mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kwalità tal-Arja. Il-Passive diffusion tube monitoring network: dan jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja fuq medja ta’ erba’ ġimgħat u jkopri 100 punt ta’ monitoraġġ mifruxa mal-gżejjer Maltin. Ikopri id-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-benżin (benzene). Id-diossidu tal-kubrit (sulphur dioxide) huwa wkoll kopert b-24 punt ta’ monitoraġġ iffukati fiż-żona tal-portijiet. Informazzjoni taż-żewġ monitoring networks tinsab ukoll fuq il-websajt tal-ERA.

Tniġġiż tal-Arja — riżultati

Question

Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultati tat-tniġġiż tal-arja f'Malta u Għawdex, żona b'żona li ġew miksuba matul is-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kif elenkat fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 16194, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA) timmaniġja ¿ewġ monitoring networks li ilhom joperaw għal diversi snin u li jinkludu l-2017, 2018, 2019. Informazzjoni mi¿-¿ewġ monitoring networks tinsab ukoll fuq il-website ta’ l-ERA.

Tniġġiż tal-Arja — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet kellu l-gvern biex inaqqas it-tniġġiż fl-arja matul is-snin 2017, 2018 u 2019? X'passi ħa biex dan it-tniġġiż jitnaqqas u liema politika jimxi biha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Budget 2021 ikompli jsaħħaħ il-miżuri biex jitjieb l-ambjent b’mod ġenerali, fl-istess ħin li qed inħarsu lejn mobbiltà sostenibbli. Wara l-miżuri mħabbra u irrappurtati lill-Kummissjoni Ewropea fin-National Air Pollution Control Programme, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qegħda taħdem fuq Pjan għall-Kwalità tal-Arja, bi ħsieb li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-arja, speċjalment f’żoni iktar milquta mit-traffiku. Minkejja dan, iżda, irrid infakkru wkoll li sadanittant, f’dawn l-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri biex jitnaqqas it-tniġġiż tal-arja. L-iktar miżuri li ħallew impatt kienu dawk parti mir-riforma fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fosthom l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa, u l-qalba għal-fjuwil iktar nadif (minn heavy fuel oil għall-liquified natural gas) f’Dellimara. Dawn wasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-livelli ta’ sulphur dioxide, nitrogen oxides u anke trab fin fl-arja. Numru ta’ miżuri oħra ġew implimentati fis-settur tal-enerġija rinnovabbli li wkoll jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġiż. Minbarra hekk, ix-xogħol li għaddej fuq il-proġetti tal-infrastruttura fit-toroq fosthom Marsa-Addolorata Junction, Sta. Lucia underpass u Central Link diġà qed jgħinu sabiex il-konġestjoni tonqos, jiġi ffaċilitat l-influss tat-traffiku u b’hekk jonqos it-tniġġiż. Dawn jiggarantixxu tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet għal-lum stess u saħansitra għall-għexieren ta’ snin li jridu jiġu. Il-proġetti ta’ ’ship to shore energy’ fil-Port il-Kbir u għall-Port Ħieles ser ikunu wkoll qed jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-bastimenti. Peress li sors importanti ta’ tniġġiż tal-arja huwa t-traffiku, ttieħdu xi miżuri f’dan il-qasam fosthom trasport b’xejn għall-iskejjel, trasport pubbliku b’xejn għal studenti, żgħażagħ u anzjani, grants għal xiri ta’ karozzi iktar effiċjenti, karozzi hybrid u elettriċi, skema ta’ konverżjoni minn magni petrol għall-gass, skemi ta’ bike sharing, titjib fis-sistemi tal-ferries u skemi għal car sharing. Għaddej ukoll xogħol dwar studju ta’ kif u meta l-pajjiż jista jaqleb għall-importazzjoni minn karozzi petrol u diesel għal dawk elettriċi fil-futur.

Politika ta’ Mitigazzjoni għat-Tibdil fil-Klima — inizjattiva

Question

Jista' l-Ministru jagħti update dwar kull inizjattiva li hemm fil-politika tal-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima għal Malta? Jista’ jgħid kull inizjattiva fejn waslet, jekk hemmx problemi fuq kull inizjattiva u f'każ li hemm x'inhuma u meta se tkun implimentata kull inizjattiva?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika ta' mitigazzjoni għat-tibdil fil-Klima għal-Malta ġiet adottata fl-2010. Kien hemm diversi żvillupi nazzjonali u anke internazzjonali, speċifikament it-Trattat ta' Pariġi li kienu determinant fil-ħidma ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima. L-implementazzjoni ta' mitigazzjoni ta' tibdil fil-klima ssaħħet matul l-aħħar seba' snin. Kien hemm diversi inizzjattivi u miżuri in sync tal-istrateġija li fil-kollettiv qed jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet. Evidenza ta' dan hu t-tnaqqis sinjifikanti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-livell nazzjonali mall-qalba għal-gas tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Ta' min wieħed ukoll jinnota li matul dawn l-aħħar snin sar anke tisħiħ fil-governanza tat-tibdil fil-klima permezz tal-Att addottat fl-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima fejn jirresponsabilizza lil kull wieħed u waħda minnha fuq il-protezzjoni tal-klima u jwaqqaf Bord sabiex jissorvelja x-xogħol tal-gvern dwar it-Tibdil fil-Klima u jagħti parriri lil-Gvern hekk kif meħtieġ. Dan ma jfissirx li ma baqalniex fuq xiex naħdmu. Kif ġa tennejt diversi drabi, il-Ministeru tiegħi qed jħejji Low Carbon development Strategy li ser tinkludi miżuri addizzjonali fir-rigward ta mitigazzjoni u addozzjoni ghat-tibdil fil-klima b’vizjoni li tħares sal-2050.