Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16890 Sitting 386 2020-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Awtorità Reġjonali għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex? Jista' jgħid kemm għandha impjegati magħha din l-Awtorità u kull impjegat xi grad għandu? Jista' jgħid kemm-il laqgħa saret s’issa ta' din l-Awtorità u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-istess laqgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex huwa ffurmat minn Michael Grech bħala Chairperson u Charlene Xerri Gatt bħala Viċi Chairperson, flimkien ma’ erba membri li huma Joe Muscat, Daniel Borg, Joseph Borg u Dr Samuel Azzopardi. Apparti hekk, Mario Borg huwa membru Ex-Officio li jservi fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv, li huwa wkoll l-uniku impjegat tal-Awtorità. Sa issa saru żewġ laqgħat tal-Bord. Dawn iż-żewġ laqgħat saru nhar l-14 ta’ Settembru u nhar id-9 ta’ Ottubru.
Leg 13 PQ #16891 Sitting 386 2020-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq il-Wardija – tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar tas-sena 2019 taħt il-Ministru preċedenti għal Għawdex kien hemm diskussjonijiet biex Triq il-Wardija ssir bit-tarmak kollha kemm hi peress li l-WSC kienu ħa jgħaddu trinka tal-ilma u issa l-Ministru għal Għawdex biddel il-fehma u kull ma ġiet asfaltata hija biss il-parti fejn saret it-trinka tal-ilma?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jgħid, din it-triq se ssir kollha bit-tarmak.

Projects Plus – proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta' proġetti wettqet l-entità Projects Plus ġewwa l-gżira ta' Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum u x' kien il-valur tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Projects Plus ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u s-sena 2021?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-irwol ta’ Projects Plus Limited huwa li toffri għajnuna teknika lil dawk il-Ministeri u entitajiet li jkunu qed iwettqu xi proġett infrastrutturali. Fil-preżent Projects Plus qed taħdem id f’id ma’ numru ta’ Ministeri u entitajiet fuq diversi proġetti f’oqsma differenti li jvarjaw minn proġetti fil-kamp sportiv, għall-bini ta’ parkeġġi pubbliċi, bini ta’ djar tal-anzjani kif ukoll il-bini tal-appartamenti tal-housing soċjali li qed isiru f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Projects Plus tħares ‘il quddiem biex hekk ikun hemm opportunità, fil-futur taħdem ukoll id f’id mall-Ministeru għal Għawdex fuq proġetti għall-gżira Għawdxija.
Leg 13 PQ #16893 Sitting 386 2020-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Post alternattiv fejn l-isportivi jistgħu jipprattikaw id-dixxiplini sportivi

Question

Peress li l-uniku Kumpless Sportiv tal-Gvern ġewwa Għawdex baqa’ magħluq u jidher li ser jibqa’ magħluq għal żmien twil, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jipprovdi post alternattiv fejn il-mijiet ta’ dilettanti sportivi f’Għawdxin u barranin li kienu jipprattikaw id-diversi dixxiplini sportivi ġewwa l-Gozo Sports Complex, jibqgħu jipprattikaw id-diversi dixxiplini b’mod regolari f’post ieħor ipprovdut mill-Gvern?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għamel ftehim mal-GYM tas-Seminarju tal-Isqof li jinsab fil-Belt Victoria stess, fejn diversi dixxiplini sportivi ġew rilokati. Apparti hekk, bi ftehim mal-Iskola Sir Mikelang Refalo, il-Ministeru ħa parti minn din l-iskola, li ġiet trasformata fi swali għal gymnastics u dixxiplini simili.
Leg 13 PQ #16894 Sitting 386 2020-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Labourers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda maċ-Ċivil fil-grad ta’ Labourers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b’xahar mill-31 ta’ Jannar 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena, ġew ingaġġati sitt ħaddiema ġodda maċ-ċivil fi grad ta’ labourers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati kollha matul ix-xahar ta’ Awwissu u skont il-proċeduri mħaddma fis-Servizz Pubbliku.

Qabdiet ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm inqabdet droga sena b’sena mill-2013 sal-lum u kemm nies tressqu l-qorti relatati ma’ dawn il-qabdiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il Korp tal-Pulizija, li tinkludi wkoll kazi ta’ qabdiet li ġew rreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, għas-snin 2013 sa l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella li qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Il-lista tinkludi dettalji dwar it-tip ta’ droga misjuba u l-ammonti maqbuda. L-ammonti ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-istess Taqsima fil-perjodu ndikat kien kif elenkat fit-tabella hawn taħt: Sena Persuni mressqa l-Qorti fuq traffikar Persuni mressqa l-Qorti fuq pussess 2013 104 317 2014 114 355 2015 118 408 2016 108 659 2017 60 634 2018 107 506 2019 164 387 2020 sa Settembru 65 117

Żwiġijiet bir-reġistru fejn wieħed jew waħda mill-koppji jkunu barranin

Question

Jista’ l-Ministru jelenka sena b’sena kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn fejn wieħed/waħda mill-koppja jkunu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li ngħatat lili jirriżulta li żwiġijiet bir-reġistru li saru hawn Malta mill-2017 ‘l hawn kienu dawn: Sena Wieħed mill-koppja kien ta’ nazzjonalità barranija 2017 239 2018 293 2019 288 2020 (sa 27 ta’ Ottubru 2020) 190 Din l-istatistika tapplika għal żwiġijiet li saru Malta biċ-ċivil biss.

Żwiġijiet bir-reġistru fejn wieħed/waħda jew it-tnejn mill-koppji jkunu divorzjati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka sena b’sena kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn fejn wieħed/waħda jew it-tnejn mill-koppji jkunu divorzjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li ngħatat lili, żwiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn fejn xi ħadd mill-koppja jkun divorzjat jew iż-żewġ partijiet ikunu divorzjati kienu kif ġej: Sena Xi ħadd mill-koppja divorzjat / iż-żewġ partijiet ikunu divorzjati 2017 113 2018 193 2019 296 2020 (sa 27 ta’ Ottubru 2020) 174 Din l-istatistika tapplika biss għal żwiġijiet ċivili li saru Malta.

Industrija tas-Servizzi Finanzjarji – ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin f’industrija tas-servizzi finanzjarji inkluż l-i-gaming?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar informazzjoni ppubblikata għall-aħħar ta’ Jannar 2020 kien hemm 8,788 ħaddiema barranin f’attivitajiet marbuta mas-servizzi finanzjarji inkluzi l-i-gaming.

Qrati – persuni bil-COVID-19 — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jispjega liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri tal-pubbliku, il-membri tal-istaff u l-membri tal-Ġudikatura, fid-dawl tal-fatt li qed ikun hemm diversi inċidenti fejn ta’ spiss qed jinstabu diversi individwi pożittivi għall-virus tal-COVID-19 fil-Qrati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor Membru Parlamentari ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li ma naqbilx li hija xi ħaġa frekwenti li jinstabu persuni bil- Covid 19, fir-rigward tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ħadet dawn il-mizuri: · Moniteraġġ tat-temperatura korporja lil kull min jidħol fil-Qorti; · Użu ta’ maskri/ viżors fil-bini tal-Qorti; · Distribuzzjoni ta’ hand sanitizer fil-bini tal-Qorti (70% alcohol); · Miżuri ta’ distanza soċjali fil-bini tal-Qorti u tabelli mal-binja kollha tal-Qorti li jfakkru l-imjegati u lill-pubbliku li jridu jżommu d-distanzi ta' żewġt metri; · Iffumigar regolari tal-bini tal-Qorti; · Ġiet allokati arja separata ġol-Qorti fejn isiru il-ġuramenti mill-pubbliku bl-għajnuna tal-Prokuraturi Legali u din saret b'skop li nqassqu l-influss tan-nies fir-Reġistru tal-Qorti; · Bi qbil mal-membri tal-Ġudikatura, mal-Kamra tal-Avukati u anke mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali, il-kawzi qed jiġu kollha skedati bil-ħin, biex ma jkunx hemm massa ta’ nies li jidħlu l-Qorti fl-istess ħin u l-ammont ta nies fil-bini jkun mqassam aħjar matul il-ħin tal-ġurnata. · Is-seduti tad-Distretti/Sommarji li huma dawk li l-aktar jiġbdu nies lejn il-Qorti qed jiġu skedati f’ħinijiet differenti u ma jkunx hemm aktar minn seduta waħda filgħodu u mhux aktar minn tnejn wara nofs in-nhar f’jum wieħed; · Il-pubbliku jitħalla jidhol fil-bini tal-Qorti sa mhux aktar minn kwarta qabel il-ħin tas-seduta; · Żdiedu r-riżorsi ( equipment u nies) fl-entratura prinċipali tal-Qorti biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija waqt il-dħul fil-Qorti filwaqt li nissalvagwardjaw is-sigurta`; · Ġie nstallat il-Perspex fir-Reġistri kollha tal-Qorti u kif ukoll fl-Awli u mal-pedani tax-xhieda; · Isir sanitizzar fl-Awli bejn każ u ieħor, flimkien ma, sanitizzar regolari ta’ kull oġġett li jista’ juża jew imiss persuna; · Titjieb bis-sistema ta’ ventilazzjoni ġewwa il-Qorti permezz ta’ mezzi disponibbli eżempju; ftuħ ta’bibien u twieqi u ventilazzjoni li tiċċirkola aktar meta ikun hemm użu ta’ ACs; · żdied walk through fis- security system biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija; · żdied l-ammont ta’ personnel tas- security biex jiġi rrispettat is-distanza soċjali; · Ġiet introdotta information desk li fiha il-pubbliku jiġi iċċekjat fuq ħinijiet qabel jidħol il-Qorti; · Ġiet żvilluppata sistema ta’ moniteraġġ biex is-seduti jiġu kkordinati bħala ħinijiet; · Issir ronda mis- security biex jiġi assigurat li tinżamm id-distanza soċjali; · Moniteraġġ fuq l-ammont ta’ nies li jidħlu fir-Reġistri biex tinżamm id-distanza soċjali; · M’għandhomx jintlibsu t-togi mill-Avukati fl-Awli; · Fil-kawżi Ċivili l-partijiet ma għandhomx jattendu l-Qorti jekk m’hemmx bżonn il-presenza tagħhom waqt is-smiegħ tal-kawża għalhekk għandhom jivverifikaw dan mal-Avukati tagħhom qabel id-data tas-seduta; · Fil-kawzi Ċivili partijiet li jkollhom il-kawża għad-deċizzjoni mhumiex meħtieġa jattendu l-Qorti filwaqt li d-deċizzjonijiet ser jittellaw onlajn fuq is-sistema tal-Qorti immedjatament li jingħataw; · Fejn hu possibbli l-impjegati jaħdmu “remotely”. · Numru ta’ Awli ġew attrezzati b’teknologija biex fejn hu possibli jsiru seduti virtwali. · Saru laqgħat mal-Kamra tal-Avukati u mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali ħalli kemm jista jkun l-atti jiġu preżentati onlajn; · Sa fejn hu possibli l-Uffiċjali tal-Aġenzija m’għandhomx imorru fiżikament f’sezzjoni differenti u jużaw kemm jista jkun il-mezz tat-telefon.

Qrati – persuni bil-COVID-19 — miżuri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri tal-pubbliku, il-membri tal-istaff u l-membri tal-Ġudikatura, fid-dawl tal-fatt li qed ikun hemm diversi inċidenti fejn ta’ spiss qed jinstabu diversi individwi pożittivi għall-virus tal-COVID-19 fil-Qrati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kKmra kopja tal-linji gwida tas-Sovintendenza tas-Saħħa Pubblika dwar l-operat sikur tal-qrati tagħna li ġew komunikati fil-bidu ta’ Ġunju 2020 u li fuqhom tfasslu l-protokolli tat-tmexxija mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati. Matul dawn l-erba’ xhur saru laqgħat ta’ kjarifika fuq punti u pariri tekniċi mas-Sovrintendenza, liema laqgħat kienu jinkludu il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prim Imħallef, l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati u l-Kamra tal-Avukati.

Wied il-Għajn — Torri ta’ San Tumas - Mużew tas-Sibi u Piraterija

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar il-progress o meno fil-proġett tat-twettiq tal-Mużew tas-Sibi u Piraterija li suppost kellu jsir fit-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, illi l-gwardjani tat-Torri huma Fondazzjoni Wirt Artna. Ir-restawr, għal kemm għadu fil-fa¿i inizjali tiegħu, diġa beda skond il-permess PA3604/15, u qed ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali, flimkien ma’ fondi oħra mill-Awtorita Nazzjonali għat-Turi¿mu, u l-istess Fondazzjoni Wirt Artna. Il-Fondazzjoni organizzat numru ta’ avvenimenti u open days fit-Torri ta’ San Tumas qabel faqqgħet il-pandemija. Dawn l-avvenimenti jgħinu biex l-NGO tiġġenera l-fondi li jiffinanzjaw l-operat tagħha ta’ restawr. Il-Fondazzjoni Wirt Artna għandha taħt il-gwardja tagħha, diversi siti ta’ mportanza storika, fosthom Bieb is-Sultan, is-Saluting Battery u l-Forti Rinella. Dan il-portafoll ta’ suċċessi jserrħilna moħħna li, meta jkun lest, il-Mu¿ew tas-Sibi u Piraterija ser ikun addizzjoni importanti għall-patrimonju Malti.

Heritage Malta – restawr ta’ Forti Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar jekk hemmx xi ħsieb o meno min-naħa ta’ Heritage Malta, sabiex jibda xi forma ta’ programm ta’ restawr ġewwa l-Forti Delimara u dan in vista tad-deġenerazzjoni rapida li qed tiffaċċja din il-Forti hekk important u ta’ valur storiku tant kbir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Agricultural Services – ħidma u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li twettqet fl-2020 li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Agricultural Services u kienet tkopri n-nefqa ta’ €66,000? Jista’ jgħid kif intefqu dawn il-flus u lil min tħallsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati fil-vot Agricultural Services għas-sena 2020, id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, għamel użu minn parti mill-fondi li kien hemm disponibbli u n-nefqa sa issa hija kif inhu spejgat fit-tabella segwenti. Supplier Servizz/Ass mixtri Ammont PC Options LTD Monitors €1,439.64 Compleet IS Services LTD Toaster/Kettle €66.50 HDMI Cable €15.00 Kenneth Pullicino Bucket/Tape/Paper €30.75 Anthony Debono TRI Switched €43.20 Intercomp Marketing LTD Toner €47.20 MALTAPOST PLC BRS Renewals €69.87 Michela Pace Clerical services €1,206.49 Zona Ivanovic Reimbursement €15.70 John Meli water dispenser €149.00 KEEN Ltd update of presentation €59.00 leaflet design €354.00 stock image €76.70 letter head design €88.50 artwork design €88.50 amendment of leaflets €29.50 Design of SMP €59.00 leaflets €354.00 design template €59.00 Amend Business Card €29.50 Borg Cardona pig tattoo plier €88.50 tattoo numbering €104.43 Borg Repair repair washing machine €80.00 Felix Vella compost bag €166.00 Domeman Glove safety wear €290.16 cofra red tie €39.00 multipurpose gloves €33.60 gloves €13.34 safety wear €73.00 Ortis Ltd peat €543.55 Chempro Ltd castrol €64.00 Computer labelling set-up drivers €23.60 Office Essentials stationery €91.13 Clean Masters Ltd cleaning mobile toilet €18.88 AF Signs Studios printing €147.50 Carmelo Briffa Maltapost €140.00 DOI SMP adverts €45.00 Kenneth Pullicino cleaning materials €172.80 Agius Agr spare parts €536.28 Wonderland Ironmongery safety wear €228.00 General Plastic pipes €120.36 Michael Galea & Sons spare parts €116.61 Philip A Tabone safety shoes €20.00 Tech Store batteries 12V €54.42 Wurth safety shoes €47.20 Debson Autoparts spare parts €237.24 Alfred Mallia flow pump €127.00 Charles Galea pesticides/ fertiliser €643.70 KIM protective clothing €13.57 Zahra Ent sockets €31.76 tools €25.01 various items €77.47 Joseph Camilleri irrigation material €909.20 pvc pipes €70.00 Panta Marketing Ltd water tablets €75.69 GPP leaflets €173.78 envelopes €131.00 3 gate leaflets €87.93 Arete Ltd Isopropanol €27.14 Office Essentials stationery €361.73 IV Portelli bait sachets €49.00 George Axisa hire of skip €158.12 F Busuttil Services engine oil €80.00 J.Tech Solutions structure cabling €2,849.46 Total minfuq s'issa €13,667.21

Pomology and Oenology – ħidma u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li swiet €10,000 li skont il-Financial Estimate tal-2021, fl-2020 kienet deskritta bħala Pomology and Oenology? Jista’ jgħid min kienu l-persuni li tħallsu u min kienu l-persuni li gawdew/ibbenefikaw minn din il-ħidma u n-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-fondi allokati fil-vot Pomology and Oenology huwa konness mas-Sezzjoni tal-Vitikultura, kif ukoll mas-sezzjoni li tieħu ħsieb il-Mixtla sabiex is-settur jingħata servizz xieraq. Għas-sena 2020, id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, għamel użu mill-fondi li kien hemm disponibbli li jammontaw għal €6,000, kif inhu spejgat fit-tabella segwenti. Supplier Servizz/Ass li nxtara Ammont CUSTOMS DEPARTMENT SPECIAL LICENCE €12.90 ST PETER'S IRONMONGERY PLASTERING MATERIAL €92.41 ALFRED MALLIA UNIVERSAL TRIMMER HEAD TAP €76.51 ST PETER'S IRONMONGERY PLUMBING FITTINGS €280.51 VICTOR SULTANA GYPSUM MATERIAL €577.00 AB WHOLESALES AND TRADERS ELECTRICAL ITEMS €1,561.33 ST PETER'S IRONMONGERY WATER PAINT €69.03 IV PORTELLI & SONS DRIP IRRIGATION €491.39 IV PORTELLI & SONS SULPHUR KNAPSACK €257.24 MF COMPANY LTD CISA LOCK THEE HING €28.34 MF COMPANY LTD HINGES, PLASTIC LEG, HANDLES FOR CUPBOARD €16.29 QUALITY POSTFORM LTD WOOD LIGHT OAK €257.40 ORTIS LTD MINERAL SULPHUR €96.40 BETA CENTRE LTD PARQUET FLOORING €314.01 ST PETER'S IRONMONGERY ITEMS FOR PLASTER €153.75 C SCHEMBRI & I CAMILLERI ALUMINIUM MATERIAL €1,693.30 Total €5,977.81

Livestock Welfare Scheme (Pig Farm Cessation Scheme) – Ħidma u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma deskritta bħala Livestock Welfare Scheme (Pig Farm Cessation Scheme) li skont il-Financial Estimates tal-2021, fl-2020 kellha nefqa ta’ €446,000? Jista’ jgħid min kienu dawk li gawdew/ibbenefikaw minn din in-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €446,000 jikkonsisti fl-estimi għas-sena 2021 u mhux fin-nefqa fl-2020. Kif indikat propju mill-isem tal-vot 5101 imsemmi, u kif imħabbar fid-diskors tal-Ministru tal-Finanzi, din l-allokazzjoni se tkun qed tmur sabiex titħejja skema li tiżgura titjib fl-istandards tal-benesseri tal-annimali fis-settur tal-majjal kontra inċentivi finanzjarji appropjati lill-produtturi tal-majjal.

Gene Bank for Seeds and Plants – ħidma u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u x’ħidma saret fl-2020 li fil-Financial Estimates tal-2021 ġiet deskritta bħala Gene Bank for Seeds and Plants u li saret nefqa ta’ €10,000? Jista’ jgħid kif u lil min tħallset din in-nefqa ta’ €10,000? Min kienu dawk il-persuni li gawdew minn din il-ħidma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi kkomunikata din it-tweġiba, in-nefqa marbuta mal-Gene Bank for Seeds and Plants kienet ta’ €6,891.20, hekk kif ġej: · €2,171.20 lil ENSER Ltd dwar servizzi marbuta mat-tfassil tat-tender għall-bini u x-xiri tal-apparat; u · €4,720.00 lil BDC Ltd għal servizzi ta’ promozzjoni.

Veterinary Services to Non Government Organisations – ħidma u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €80,000 li ntefqet fl-2020 u li skont il-Financial Estimates tal-2020 kienet deskritta bħala Veterinary Services to Non Government Organisations? Jista’ jgħid min kienu l-NGOs li gawdew minn din in-nefqa u x’kien l-iskop ta’ din il-ħidma b’referenza għall-NGOs rispettivament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi bħalissa qiegħed fil-proċess ta’ ġbir ta’ data relatata mas-2020. Għaldaqstant din it-tweġiba tkun tista’ tingħata iktar ‘il quddiem.