Ministeru għal Għawdex — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn l-1 ta’ Marzu 2020 sal-lum, ġie rrapurtat każ wieħed ta’ ħaddiem infettat bil-COVID-19 li jagħmel parti mis-settur pubbliku taħt dan id-dekasteru.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Ħaddiema infettati bil-Covid 19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi li kienu infettati mill-COVID-19.
National Lotteries Good Causes Fund — Proġetti minn Għawdex li ħadu l-għajnuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna min-National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq kull kunsill lokali matul is-sena 2020 fuq il-librerija lokali kemm fejn hemm libreriji li huma devoluti lill-kunsill lokali kif ukoll fejn hemm libreriji li twaqqfu u huma operati mill-kunsill lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Tender(Services Tender for the Provision of Chauffeur Driven Transportation in Gozo for a period of 36 months for the Malta Tourism Authority) (CfT CA Unique ID: MTA/1002/2020)
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar it-tender (Services Tender for the Provision of Chauffeur Driven Transportation in Gozo for a period of 36 months for the Malta Tourism Authority) (CfT CA Unique ID: MTA/1002/2020) li għalqet fl-20 ta' Marzu 2020 u tgħid x'inhuma r-raġunijiet li din it-tender għadha ma ġietx awarded?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba ċirkostanzi marbuta mal-pandemija, iż-żmien tal-evalwazzjoni dam aktar milli kien previst. Madanakollu dan il-proċess ġie magħluq u kmieni f’Ottubru l-operatur ġie nnotifikat li ħa x-xogħol.
Tender (Tender for the provision of videographic services to cover Government activities in GozoCfT CA Unique ID:DOI 5/2020)
Question
Jista’ l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender (Tender for the provision of videographic services to cover Government activities in GozoCfT CA Unique ID:DOI 5/2020) li għalqet fil-5 ta' Ġunju 2020, u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan it-tender ġie awarded, fil-21 ta’ Ottubru 2020.
Rabat Għawdex – Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu – tarmac ġdid
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14296, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol mill-Ministeru għal Għawdex biex Triq in-Neolitiċi u parti minn Triq 31 ta’ Marzu fir-Rabat Għawdex jingħataw wiċċ bit-tarmak għall-ewwel darba u jitneħħa l-inkonvenjent kbir għar-residenti? Jista’ jgħid jekk ingħatatx il-clearance mingħand is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali u jekk iva meta ingħatat? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol kollu huwiex ħa jistlesta sal-aħħar tas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tat l-approvazzjoni biex titħejja d-dokumentazzjoni neċessarja dwar trinka li kienet saret f’din it-triq. Hekk kif din id-dokumentazzjoni titlesta, terġgħa tintbagħat lura lis-Sovrintendenza għall-evalwazzjoni. Skont din l-evalwazzjoni, tkun tista tingħata l-approvazzjoni għat-tkomplija tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha li bdew f' dawn il-ġimgħat u li qed isiru mil-Ministeru għal Għawdex ġewwa Triq il-Lanterna, it-triq li twassal għall-Fanal tal-Ġordan ġewwa l-Għasri Għawdex għandhomx il-permessi kollha meħtieġa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u tal-Awtorità ta-Ippjanar (PA) u jekk iva jpoġġihom kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskrita bħala Adopt a Pet Allowance u li fl-2020 swiet €50,000? Jista’ jgħid min tħallas għal din il-ħidma u min ibbenefika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi qed jevalwa l-informazzjoni miġbura u qed tiġi vverifikata l-informazzjoni. Dan sabiex ikun jista’ jintbagħat pagament ta’ darba lil terzi persuni li kienu addottaw kelb/qattus minn xi NGO. Il-pagamenti huma maħsuba li jinħarġu sal-aħħar tas-sena 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Local Councils Animal Fund u li skont l-istess estimi, fl-2020 kien approvat li jintefqu €50,000? Jista’ jgħid liema kunsilli lokali gawdew/ibbenefikaw min din in-nefqa? Min tħallas għas-servizz li ġie mogħti lill-kunsilli lokali u fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret b’dan il-vot/nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għal-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal din l-iskema iktar kmieni din is-sena. Il-Kumitat konċernat evalwa l-applikazzjonijiet milqugħa u qegħdin fl-istadju finali biex jinħarġu l-kuntratti. 50% tas-somma rikjesta (liema somma ma taqbiżx total ta’ €8,000 u/jew 80% tal-ispiża totali tal-proġett totali) tingħata lil kull kunsill eliġġibbli sal-aħħar tas-sena 2020 wara li jkunu ffirmati l-kuntratti. Il-50% l-oħra jingħataw wara li jkun tlesta l-proġett u jiġu ppreżentati d-dokumenti kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u lil min tħallsu l-€200,000 għall-ħidma li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Fisheries Coastal Surveillance? Jista’ jgħid lil min tħallsu dawn il-€200,000? Jista’ jgħid liema sajjieda gawdew/ibbenefikaw minn din il-ħidma? Jista’ jgħid meta u fejn saret din il-ħidma u minn min saret din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €200,000 approvat għas-sena 2020, hekk kif jidher fl-estimi ta’ 2021, qed jintefaq f’servizzi ta’ Landing Attendants u Tuna Attendants, marbut ma’ sorveljar, iċċekkjar u vverifikar ta’ qabdiet tal-ħut tas-sajjieda sabiex jiġi żgurat li l-qabdiet tas-sajd huma legali u għaldaqstant jistgħu jitpoġġew fis-suq għall-bejgħ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Animal Aftercare Clinic u li skont l-istess estimi kellha nefqa ta’ €300,000? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa? X’servizzi ngħataw permezz ta’ din in-nefqa? Lil min tħallsu dawn it-€300,000? Min ibbenefika minn dan is-servizz li sewa €300,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li jaqa’ taħt l-Animal Aftercare Clinic jintefqu biex tingħata kura xierqa lill-qtates u klieb abbandunati li jinġabru minn Uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi. Kull annimal li jinġabar isirulu t-testijiet meħtieġa u wara jsiru follow up visits skont il-każ. L-ammont ta’ flus ikopri wkoll mediċini, operazzjonijiet u tiswija ta’ klieb u qtates stray. Dan is-servizz jiġi mogħti kollu mill-APH Ltd.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €258,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021, din in-nefqa kienet marbuta ma’ ħidma deskritta bħala Animal Welfare Initiatives? Jista’ jgħid min tħallas għal din in-nefqa ta’ €258,000? Min irċieva s-servizz ta’ din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ħaddiema fir-Rural Affairs Department mhux jingħataw il-permess ta’ telework?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment tal-Affarijiet Rurali hemm 32 ħaddiem li qegħdin jaħdmu bit-telework. Sal-lum l-ebda applikazzjoni għat-teleworking ma ġiet irrifjutata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’prijorità se jagħti lis-60 familja li se jiġu żgumbrati mill-Marshall Courts Gżira fiż-żmien li ġej?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi f’Marshall Court fil-Gżira hemm biss żewġ appartamenti li huma mikrija mingħand l-Awtorità tad-Djar stante li huma rekwiżizzjonati.
S’issa, l-Awtorità tad-Djar ma ġietx solleċitata mill-inkwilini li jgħixu fil-kirjiet residenzjali privati f’dak il-blokk għal kwalunkwe forma t’assistenza jew intervent, u għaldaqstant l-Awtorità ma tistax tikkummenta fuq kwistjonijiet privati li hi ma ġietx involuta fihom.
Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16759 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u 16585 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, u mil-liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant din ir-risposta ser tinghata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16783, jista' l-Ministru jgħid:
a. jekk Transport Malta talbitx il-ftuħ ta' Inkjesta Maġisterjali;
b. jekk iva, meta;
c. jekk le, għala;
d. jekk le, għala huwa ma ordnax waħda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet rapport lill-Pulizija Eżekuttiva u li b’konsegwenza ġiet skattata Inkjesta Maġisterjali li għadha għaddejja.