Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kap Eżekuttiv tal-MGA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MGA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien il-Kap Eżekuttiva tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kap Eżekuttiv tal-MFSA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MFSA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Peress li l-aħħar li kien issejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika kien l-1 ta’ April 2020 meta fil-gżejjer Maltin kien hawn 186 każijiet attivi u dan kien tneħħa fl-aħħar ta’ Ġunju, u peress li llum hawn aktar minn 2,000 każ attiv, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min għandu dmir isejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika, jekk hux il-Prim Ministru jew is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika? Jekk hu s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, x’qed iżomm biex terġa’ tissejjaħ stat ta’ emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ma tinkwadrax fil-parametri tal-Artiklu 27 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Peress li l-aħħar li kien issejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika kien l-1 ta’ April 2020 meta fil-gżejjer Maltin kien hawn 186 każijiet attivi u dan kien tneħħa fl-aħħar ta’ Ġunju, u peress li llum hawn aktar minn 2,000 każ attiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid min għandu dmir isejjaħ stat ta’ emerġenza fis-Saħħa Pubblika, jekk hux il-Prim Ministru jew is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika? Jekk hu s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, x’qed iżomm biex terġa’ tissejjaħ stat ta’ emerġenza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija ma tinkwadrax fil-parametri tal-Artiklu 27 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
Sptar Mater Dei – Drittijiet ta’ Qraba ta’ pazjent bil-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-qraba ta’ pazjent bil-COVID-19 waqt li jkun qed jieħu l-kura fl-Isptar Mater Dei, kemm fis-sala jew fl-ITU, kif ukoll wara l-mewt tal-istess pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li Covid 19 hija marda infettiva, l-aċċess tal-qraba għal pazjenti bil-Covid 19 qed ikun ristrett biex innaqqsu it-tifrix tal-imxija kif ukoll għas-sigurta’ tal-istess qraba. Il-qraba jistaw ukoll jagħmlu kuntatt telefoniku kemm mal-pazjent innisfu kif ukoll mat-tobba.
F’każ ta’ mewt, il-pazjent li jkun identifikat li miet waqt li kien pożittiv għal-Covid 19, jitpoġġa f’’
double body bag
speċjali biex titnaqqas il-possibilita’ ta’ tifrix u biex ukoll il-qraba jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ funeral denju ta’ kull rispett. F’każ li l-pazjent jiġi amministrat bil-griżma tal-morda, isiru arranġamenti speċjali biex il-qraba jkunu jistgħu iżuru l-pazjent fl-aħħar ħin ta’ ħajtu.
Sptar Mater Dei – drittijiet ta’ pazjenti morda bil-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-pazjent li għandu l-COVID-19 u qiegħed f’kura fl-Isptar Mater Dei? Liema huma d-drittijiet li jitneħħulu meta mqabbla ma’ pazjenti oħra li jkunu kkurati f’sodda fl-Isptar Mater Dei? Il-pazjent għandu dritt li jkun milqugħ u mdawwar bi qrabatu la għandu l-COVID-19? Fl-aħħar ta’ ħajjithom, dawk il-pazjenti li jkunu morda bil-COVID-19 u huma Kattoliċi, tingħatalhom l-griżma?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-drittijiet tal-pazjenti bil-Covid 19 u pazjenti li m’humiex infettati bil-Covid 19 għandhom l-istess drittijiet, pero f’każ li pazjent ikun infettat bil-Covid 19, peress li din hija infettiva, il-pazjent ma jkunx jista’ joħroġ mill-kamra tiegħu u ma jkunux jistaw iżuruh qrabatu. Dan isir sabiex ikun żgurat li titnaqqas it-trasmissjoni ta’ dan il-virus.
Il-pazjenti li jkunu jixtiequ li ssirilhom il-griżma tal-morda, din tkun tista’ tiġi amministrata kif mixtieq minnhom stess.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid dawk il-pazjenti li jmutu bil-COVID-19 indirettament minħabba l-COVID-19 jsirulhom awtopsji? Jekk le kif wieħed jista’ jasal b’mod konkret jekk il-COVID-19 kienx il-kaġun tal-mewt jew le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-indikazzjonijiet għal awtopsja f’pazjenti li jmutu waqt li jkollhom Covid-19 huma l-istess bħal pazjenti oħra.
Drittijiet ta’ Anzjani morda bil-COVID-19 f’residenzi tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-anzjani li jkunu morda bil-COVID-19 meta dawn jkunu jgħixu f’residenza tax-xjuħ? Id-drittijiet tal-pazjent u tal-qraba huma l-istess kemm f’residenza pubblika kif ukoll f’dik privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Indafa Pubblika – nefqa biex inxtraw jew tħaddmu bins fil-bajjiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tal-Indafa pubblika biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex bejn l-2018 sal-lum?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża in konnessjoni ma’ xiri ta’ kontenituri tal-iskart għal fuq il-bajjiet tul is-snin mitluba tammonta għal €30,560 u hija maqsuma hekk kif ġej:
Sena
Spiża
2018
€ 6,375.54
2019
€12,454.90
2020
€11,729.60
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom isir tindif regolarment? Liema huma? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali; u
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
F'kemm minnhom hemm il-faċilità ta' doċċa? Liema huma f'kull każ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn tnejn u ħamsin (52) bajja li jaqgħtu taħt il-ħarsien tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD).
F’dawn il-bajjiet kollha jsir tindif regolari ta’ kuljum minn 108
beach cleaners
li jieħdu ħsieb dawn il-bajjiet. Qiegħdha npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bajjiet maqsuma skont ir-reġjuni.
Addizzjonalment, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu flimkien man-nies tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) tieħu ħsieb dawn il-bajjiet li ġejjin, fejn issir manutenzjoni intensiva qabel is-sajf u fejn jiġi pprovdut servizz ta’ superviżjoni u anke ta’ salvataġġ:
· Għadira
· Golden Sands (Bajja tal-Mixquqa)
· Għajn Tuffieħa (Riviera)
· Buġibba Perched Beach
· Qawra Point
· San Ġorġ, San Ġiljan
· Balluta, San Ġiljan
· Fond Għadir, Sliema
· Fajtata, Marsaskala
· San Ġorġ, Birżebbuġa
· Pretty Bay, Birżebbuġa
· Wied iż-Żurrieq
· Għar Lapsi
Ta min jgħid li l-MTA tikkontribwixxi wkoll fondi sostanzjali għall-immaniġġjar tal-bajjiet f’Għawdex u Kemmuna.
F’dawn il-bajjiet kollha jsir xogħol ta’ manutenzjoni regolari matul is-sena kollha minn 14-il impjegat li jaħdmu fil-workshop. Jitpoġġew slielem, carpets u hand railings kull sena għal ħabta t’April u jitneħħew f’Ottubru biex issirilhom il-manutenzjoni neċessarja.
Dawn il-bajjiet huma kollha aċċessibbli għal persuni mingħajr bżonnijiet speċjali, filwaqt li f’dawn il-bajjiet li ġejjin hemm rampa biex tgħin lil persuni bi bżonnijiet speċjali ikollhom aċċess għall-istess bajja:
Tramuntana (North):
· Xemxija
· Għadira
· Bajja ż-Żgħira Santa Marija Estate
· Paradise Bay
· Wied Musa
· L-Armier
· Little Armier
· Torri l-abjad (il-kbira)
· Torri l-abjad (iż-żgħira)
· Golden Bay
· Ġnejna
Ċentrali (Central):
· San Ġorġ
· Baħar Iċ-Ċagħaq (taħt il-lukanda)
· Exiles
· Taħt id-Dolmen
· Bajja ta’ Fra Ben
· Qawra Point
Nofsinhar (South):
· Rinella
· Xatt tax-Xgħajra
· Fajtata
· Pretty Bay
Il-Bajja tal-Mellieħa, Golden Bay, San Ġorġ u Pretty Bay B’Buġa, Marsalforn u r-Ramla l-Ħamra ġewwa Għawdex għandhom siġġijiet bir-roti li jinżlu fl-ilma u tapiti tal-injam jew plastik.
Fil-Fajtata (M’Skala), Qawra Point, Exiles tas-Sliema, it-Tunnara Mellieħa u Birżebbuġa ħdejn il-pitch, hemm hoist chairs li jgħinu lill-persuni bi bżonnijiet speċjali jinżlu fl-ilma.
Fl-2019 ġew installati doċċi f’dawn il-bajjiet:
· Għadira
· Golden Sands (Bajja tal-Mixquqa)
· Armier
· Buġibba Perched Beach
· San Ġorġ, San Ġiljan
· Balluta, San Ġiljan
· Fond Għadir, Sliema
· Fajtata, Marsaskala
· San Ġorġ, Birżebbuġa
· Pretty Bay, Birżebbuġa
· Ġnejna
· Wied iż-Żurrieq
· Għar Lapsi
Din is-sena minħabba l-pandemija, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika taw struzzjonijiet li ma jkunx hemm docci jew
portable toilets
fuq ix-xtut Maltin u Għawdxin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li fil-preżent joperaw fl-ibħra Maltin? X'tip ta' ħut u x'kwantitajiet jipproduċu rispettivament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ fish farms tat-tonn li joperaw fil-preżent fl-ibħra Maltin, jammonta għal sitta, hekk kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont ta’ produzzjoni jirreferi għas-sena 2019.
Sena
Nru ta’
Farms
Piz (Kg)
2019
6 Tuna
Farms
1,700,204
3,584,125.38
1,599,917
2,325,500
3,010,500
499,944.9
Total
12,720,191.28
In-numru ta’ fish farms li jipproduċu ħut ieħor (awrat u spnott) fl-ibħra Maltin fil-preżent jammonta għal tnejn. It-tagħrif relatat mal-ammonti ta’ dawn il-fish farms għas-sena 2019 ikun jista’ jingħata lejn tmiem is-sena attwali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pproduċew u esportaw tunnellati ta' ħut il-fish farms li hawn madwar Malta u Għawdex bejn Ġunju 2019 u Ġunju 2020?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2019 u Ġunju 2020 il-fish farms tat-tonn li hawn madwar Malta u Għawdex ipproduċew 15,112.45-il tunnellata ta' ħut, li minnhom ġew esportati 13,850.57-il tunnellata. Ninsab infurmat d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura jkollu t-tagħrif relatat mal-produzzjoni u l-esportazzjoni minn fish farms ohrajngħas-sena 2019, lejn tmiem is-sena attwali.
Jista' l-Ministru jgħid x'impact assessment sar dwar l-inħawi fejn inbnew il-fish farms? Jista' jippubblika r-rapporti li ġew miġbura bħala riżultat tal-impact assessment wara li nbnew il-fish farms?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siti kollha fejn illum hemm fish farms (kemm tat-tonn u anke tal-awrat u ħut iehor), kienu suġġett għall-proċess ta’ Studju dwar l-Impatt Ambjentali, li jiġi ikkoordinat mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi (ERA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment huwa stmat li l-baħar ta' madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih? Jista' jgħid jekk ilħaqniex il-massimu ta' trobbija ta' ħut li l-baħar tagħna jippermetti jew jekk hemmx lok għal iktar fish farms jekk ikun hemm it-talba? Jista' jgħid fuq liema studju wasal għal dawn ir-risposti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-istima ta’ kemm il-baħar jista’ jiflaħ fish farms tiddependi minn numru ta’ fatturi, inkluż it-tip ta’ ħut li jkun qed jitrabba u t-teknoloġija li tista’ tintuża (li hija affettwata mill-fond tal-baħar u minn kemm il-post huwa espost għall-qawwa tal-mewġ u r-riħ), kif ukoll aspetti ambjentali. Fis-snin meta twaqqfu l-ewwel fish farms, it-teknoloġija kienet li l-gaġeġ ma setgħux jitqiegħdu f’baħar fond ħafna. Dak iż-żmien (1993) l-Awtorita` tal-Ippjanar kienet fasslet Policy Guidance dwar fish farming, li kien identifika numru ta’ “Search Areas” fejn fish farms setgħu jiġu kkunsidrati.
Matul is-snin it-teknoloġija żviluppat (c. 1999/2000) tant li l-gaġeġ setgħu ikunu ikbar u jiġu ankrati f’baħar iktar fond u f’postijiet iktar esposti. Għaldaqstant, l-ammont ta’ baħar li seta’ jkun ikkunsidrat għall-iżvilupp ta’ dawn il-farms żdied sewwa. Madankollu, il-fatturi li semmejt qabel baqgħu validi u kull meta saru studji biex tkun identifikata żona għall-akkwakultura, ġew ikkunsidrati aspetti teknoloġiċi, soċjali, ekonomiċi, u ambjentali.
Meta wieħed iqis dan kollu, l-ammont ta’ baħar li jista’ jintuża għal dawn l-attivitajiet u li ma joħloqx kunflitt ma’ attivitajiet marittimi oħra leġittimi huwa ristrett, speċjalment għall-farms kbar, bħalma huma dawk tat-tonn. Għalhekk kull proposta ġdida li ssir, tiġi studjata bir-reqqa għall-impatti li tista’ toħloq, kemm ambjentali kif ukoll fuq użu ieħor tal-baħar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li b’kollox kien hemm 14-il persuna fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li ġew infettati mill-CoVid-19.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-fehma modesta tiegħi, mhux etika li niżvelaw informazzjoni privata fuq saħħet il-ħaddiema.