Ministeru għall-Akkomdazzjoni Soċjali — Ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi kien hemm 3 ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi li kienu infettati mill-COVID-19.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda każ ta’ infezzjonijiet bil-COVID-19 minn ħaddiema fis-settur pubbliku taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm 25 ħaddiem tas-settur pubbliku fid-dekasteru tal-Prim Ministru li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19 mill-1 ta’Marzu 2020 sal-llum.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 176 ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Marzu 2020 ‘l hawn, kien hemm 234 persuna tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-MEDE li kienu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 210 ħaddiem mis-settur pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li ħarġu bi kwarantina. Dan l-ammont jinkludi wkoll persuni li ħarġu bi kwarantina preventiva.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender ‘Trenching Works for a New Substation at Triq it-Torri ta’ Kenuna Nadur Gozo (CfT CA Unique: TD-T-3540-2020) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jinbeda x-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender imsemmi ser jaqa’ peress li x-xogħlijiet relatati ma’ din is-substation se jsiru mill-Ministeru għal Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13030 li ngħatat fl-10 ta’ Marzu 2020, fejn intqal li x-xogħlijiet infrastrutturali fuq parti mit-Triq Santa Dminka fir-Rabat Għawdex kellu jinbeda ‘fix-xhur li ġejjin’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li għaddew iktar minn seba’ xhur u għadu ma sar xejn? Jista’ jgħid fil-konkret meta hu ppjanat (xahar u sena) li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq se jsir skont skeda ta’ prijoritajiet amministrata mill-Ministeru għal Għawdex.
Proġett ta’ triq ġdida bejn il-port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12965 li ngħatat fit-12 ta' Frar 2020, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem u jgħid fil-konkret x'sar sa issa u jgħid x'hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin? Jista’ jgħid kemm-il siegħa xogħol għamel il-perit inkarigat minn dan il-proġett s’issa u jgħid kemm tħallas għax-xogħol li diġà għamel? Jista’ jgħid jekk sarux xi laqgħat ta' konsultazzjoni u informazzjoni għall-stakeholders u għall-persuni jew sidien ta' art li ser jintlaqtu minn dan il-proġett? Jista’ jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-ERA biex eventwalment ikunu jistgħu jibdew it-testijiet ġeoloġiċi meħtieġa? Jista’ jgħid jekk ġewx evalwati u kkunsidrat l-impatt ambjentali sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali rigward din it-triq u jekk iva x' kienu l-konklużjonijiet u x'deċiżjoni ttieħdet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin bl-istudji meħtieġa. Id-ditta tal-Periti ħadmet 1182 siegħa u tħallset is-somma ta’ €29,550 (excl VAT).
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-lattrini pubbliċi li jinsabu ġewwa ċ-Ċittadella u li ilhom għal dawn l-aħħar xhur magħluqa u jgħid f’liema xahar u sena huma ippjanati li jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jinsabu qrib id-daħla l-qadima taċ-Ċittadella, issa ġew amalgamati f’waħda ikbar biex il-faċilita’ msemmija ssir aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Matul l-aħħar xhur saru xogħlijiet estensivi, fejn fost l-oħrajn sar tibdil komplet tas-saqaf peress li dak eżistenti kien sar ta’ periklu għall-pubbliku. Din il-latrina pubblika ser tinfetaħ għall-pubbliku dan ix-xahar.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema ingaġġati bħala skrivana
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ingaġġati bl-iskemi u ngħataw xogħol ta' skrivana f'diversi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jikkonferma li dawn iddaħħlu bl-iskema bla ebda eżami u bi ftit kwalifiċi? Jista’ jgħid jekk il-persuni ingaġġati fuq skema u qed jagħmlu xogħol klerikali humiex kollha jagħmlu xogħol temporanju? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali li hu permanenti? Jista’ jgħid jekk fil-futur qarib hemmx ippjanati li jiġu ingaġġati iktar persuni bl-iskema li jagħmlu xogħol klerikali ġewwa l-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, jagħti l-isem tat-triq u kemm kien it-tul u wisa’ fejn saru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2020 biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16797, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa fuq il-Quality Schemes for Agriculture Products and Food stuffs, kif tħallset u lil min tħallset din in-nefqa? Bl-istess mod, jista’ jgħid kif tħallset u lil min tħallset u kemm kienet in-nefqa għal miżuri magħrufa bħala:
-
Farm and Business Development (Article 19);
-
Agri-Environmental-Climate (Article 28);
-
Organic Farming (Article 29);
-
Payments to areas facing natural or other specific constraints (Articles 31 & 32);
-
Support for Leader Local Development (CLLD – Community-Led Local Development (Article 35);
u
-
Technical Assistance (Article 51) – Measure 20
?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija hekk kif ġej:
Measure
Total
Total
Public Amount
EAFRD Amount
QUALITY SCHEMES FOR AGRICULTURAL PRODUCTS AND FOODSTUFFS (ARTICLE 16) - MEASURE 03
€17,905,260.11
€13,428,945.08
FARM AND BUSINESS DEVELOPMENT (ARTICLE 19) - MEASURE 06
€896,000.00
€672,000.00
AGRI-ENVIRONMENT-CLIMATE (ARTICLE 28) - MEASURE 10
€1,678,770.63
€1,259,077.97
ORGANIC FARMING (ARTICLE 29) - MEASURE 11
€3,372.96
€2,529.72
PAYMENTS TO AREAS FACING NATURAL OR OTHER SPECIFIC CONSTRAINTS (ARTICLES 31 AND 32) - MEASURE 13
€1,923,853.17
€1,442,889.88
SUPPORT FOR LEADER LOCAL DEVELOPMENT (CLLD – COMMUNITY-LED LOCAL DEVELOPMENT) (ARTICLE 35) - MEASURE 19
€299,539.21
€224,654.41
TECHNICAL ASSISTANCE (ARTICLE 51) - MEASURE 20
€373,373.55
€280,030.16
Total:
€23,080,169.63
€17,310,127.22
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li kienet stmata €85,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskrita bħala Animal Welfare Fund? Jista’ jgħid lil min tħallsu dawn il-€85,000? Jista’ jgħid x’ħidma saret b’din in-nefqa? Jista’ jgħid min gawda minn dawn is-servizzi mogħtija b’din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li jaqa’ taħt l-Animal Welfare Fund fis-sena 2020 tqassmu kif muri fit-tabella segwenti.
Year of call for projects
Voluntary Organisation
Amount €
Projects
Animal Welfare Fund - 2017
BirdLife Malta
1489.95
Injured Bird Ambulance Service
Animal Welfare Fund - 2018
National Cat Society
3722.23
Medicinals,Neutering & structural Changes
BirdLife Malta
2198.00
Injured Bird recovery Service
Animal Welfare Fund - 2019
Association for Abandoned Animals
2304.00
Neutering
Animal Care Malta
2400.00
Food
Dreams of Horses
2400.00
Food
National Cat Society
2400.00
Food
SPCA Malta
2400.00
Structural Changes
Gozo SPCA
2400.00
Food & Medicinals
Island Sanctuary Association
2400.00
Food & Medicinals
C.L.A.W.S.
2400.00
Structural Changes
The Malta Rabbit Club - Since 1963
1920.00
New Animal Ambulance
Stray Animals Support Group
2400.00
Food
St Paul's Bay Charity
2400.00
Food
Noah's Ark Foundation
1680.00
Food & vehicle costs
Felines Forever Association
2400.00
Food
Carers for Stray and Abandoned Felines
2400.00
Food
Love for Strays Malta
2400.00
Food & structural Changes
Animal Welfare Fund COVID 19 - 2020
Dreams of Horses
1836.80
Transport of food
Noah's Ark Foundation
9600.00
Structural Changes
National Cat Society
9600.00
Structural Changes
Association of Abandoned Animals
9600.00
Transport of Animals
Gozo SPCA
9600.00
Food & Medicinals
Nature Trust - FEE Malta
3200.00
New freezers
C.L.A.W.S.
3840.00
Food & Cages
Carers for Stray ana Abandoned Felines
3688.32
New isolation room
MSPCA
7349.60
Structural Changes
Animal Care Malta
3200.00
Isolation rooms
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li kienet stmata li tlaħħaq €52,000 u li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Consultancy by Ciheam? Jista’ jgħid kif tħallsu dawn il-€52, 000? Jista’ jgħid lil min tħallsu dawn il-flus? Jista’ jgħid x’sar b’din in-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-vot jintuża għall-spejjeż ta’ konsulenza mill-istitut agronomiku mediterranju ġewwa Bari. Dan sabiex id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali jkollu s-support tekniku meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-€50,000 fil-ħidma li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskrita bħala Crop Yield Water Study? Jista’ jgħid x’kienu r-riżultati ta’ dan l-istudju? Jista’ jgħid min wettaq dan l-istudju? Jista’ jgħid kif tħallsu u lil min tħallsu dawn il-€50,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati fil-vot Crop Yield Water Study għas-sena 2020 li kien ta’ €10,000, id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, sa issa għadu ma għamilx nefqa minn dawn il-fondi.
Finanzjament għal ġlieda kontra l-COVID-19 mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-ammont ta’ finanzjament li pajjiżna ħa mill-Unjoni Ewropea sabiex jintużaw għal miżuri biex bħala pajjiż niġġieldu l-pandemija tal-COVID-19? Jista’ jgħid kif dawn il-finanzjamenti ntefqu u fiex tħallsu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa daħal fi ftehim mal-Unjoni Ewropea biex jirċievi fondi li jammontaw għal €1,227,559.90 biex jiġu koperti spejjeż relatati ma trasport ta’ apparat mediku impurtat mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi terzi, biex is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż tkun tista’ tirrispondi għall- ħtiġijiet ikkawżati mill-pandemija COVID-19. Dan il- finanzjament sar possibli permezz tal- Emergency Support Instrument li ġie mniedi mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa mistenni li fix-xhur li ġejjin Malta ser tkun qed tuża fondi oħra Ewropej sabiex tagħmel tajjeb għal-spejjeż oħra relatati mal- Covid-19.
Il-Mosta — Żona ta' Żokrija - Triq il-Biedja u Triq Mons. Edgar Salamone - bini ta' ħitan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi seħħew minn żmien tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8104 sal-lum? Jista’ jgħid meta se jinbena l-ħajt li kien dovut li jinbena meta nfetħet it-Triq il-Biedja u Triq Mons Edgar Salamone fil-Mosta peress li r-residenti f’dawn it-toroq għadhom jistennew il-bini tal-ħajt fit-toroq rispettivi tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
Ix-xogħol indikat se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Skola Primarja San Pawl il-Baħar – tneħħija tal-containers
Question
Jista’ l-Ministru jara li b’mod immedjat jitneħħew il-containers mill-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, liema containers sa ftit ġimgħat ilu kienu jintużaw bħala klassijiet? B’hekk bit-tneħħija tagħhom, ikun ifisser aktar spazju miftuħ għall-istudenti.
Response (BONNICI, OWEN)
Peress li biex jitneħħew il-prefabricated classrooms mill-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar jinħtieġ isir proċess ta' procurement, dan il-proċess jinsab għaddej mill-FTS.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien l-MGA, il-Kap Eżekuttiva tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.