Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Awditur tal-Enemalta li qed jagħmel investigazzjoni fuq il-proġett f’Możura fil-Montenegro jiffurmax parti, jew kienx jagħmel parti mill-Fuel Procurement Committee tal-Enemed? Jekk fl-affermattiv, kemm hija r-remunerazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Transport Malta — inkjesta maġisterjali fuq is-cyber attack
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min intalbet l-Inkjesta Maġisterjali dwar is-cyber attack fi Transport Malta f'Settembru li għadda? F'liema data infetħet?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari PQ16783 tas-Seduta 382 u PQ 16995 tas-Seduta 388.
Rabat Għawdex – Middle School – inkonvenjent ta’ trab u storbju minħabba l-proġetti tal-pixxina u l-Iskola Primarja
Question
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'qed jew x'ser jagħmel biex l-inkonvenjent ta' trab u storbju kkawżati mill-proġetti tal-pixxina u l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, ma jkomplux ikunu ta' inkonvenjent għall-istudenti, edukaturi u staff tal-Middle School li tinsab fil-viċin, partikolarment bħalissa li minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, il-bibien u t-twieqi jkollhom jibqgħu miftuħin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perimetru tal-Iskola Medja, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) qiegħda tibni estensjoni tal-istess skola. Ix-xogħlijiet fuq din il-binja qegħdin isiru kemm jista’ jkun b'tali mod li ma jinħolqux inkonvenjenti lill-istudenti u lill-edukaturi.
Dwar ix-xogħol fuq il-proġett tal-pixxina, li jaqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex, saru laqgħat bejn uffiċjali miż-żewġ Ministeri u se jsiru sforzi biex l-inkonvenjent jiġi mitigat kemm jista’ jkun.
Rabat Għawdex – Middle School – inkonvenjent ta’ trab u storbju minħabba l-proġetti tal-pixxina u l-Iskola Primarja
Question
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'qed jew x'ser jagħmel biex l-inkonvenjent ta' trab u storbju kkawżati mill-proġetti tal-pixxina u l-Iskola primarja tar-Rabat Għawdex, ma jkomplux ikunu ta' inkonvenjent għall-istudenti, edukaturi u staff tal-Middle School li tinsab fil-viċin, partikolarment bħalissa li minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, il-bibien u t-twieqi jkollhom jibqgħu miftuħin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Project Team li qiegħed jaħdem fuq il-proġett tal-pixxina, filwaqt li japrezzaw li dawn huma żminijiet straordinarji u diffiċli, huma konxji tal-effetti tax-xogħlijiet ta’ konstruzzjoni li qegħdin isiru biswit il-bini tal-Middle School. Għal din ir-raġuni qegħdin jittieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqas dan l-inkonvenjent. Dawn il-miżuri jinkludu koordinazzjoni kontinwa mal-amministrazzjoni tal-iskola, entraturi ta’ dħul u ħruġ li huma magħżulin apposta, kif ukoll ippjanar loġistiku li qiegħed jiġi rivedut sistematikament kull ġimgħatejn.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm mill-35 kumpanija ġdida li ħabbar ftit ilu, ser ikunu qed joperaw totalment jew parzjalment minn Għawdex? Jekk ser ikun hemm kumpaniji minn dawn joperaw minn Għawdex, x'isimhom u f'liema qasam ser joperaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawk il-35 kumpanija ġdida mħabbrra, kumpanija waħda li topera fis-settur tal-innovazzjoni diġitali ġiet approvata biex topera minn Għawdex.
Il-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun pre¿entata b’dan il-mod:
Contract Ref.
Title
Date of Award
Contractor
Contract Value Excl. VAT
Reason for DO
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order jew purchase order taħt l-€10,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order jew purchase order (li l-valur tagħha jaqa’ taħt l-€10,000) ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun preżentata b’dan il-mod:
PO Ref
Title
Date
Contractor
PO Value Excl. VAT
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki tal-Head of HR tal-Wasteserve f’Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Għawdex hu wieħed mill-katina ta’ impjanti li għandha l-WasteServ u b’hekk il-Head tal-HR hi l-istess waħda li topera mill-head office għall-Impjanti kollha. Bħala kwalifiki hi għandha Masters, Degree u Diploma.
Strateġija Nazzjonali dwar rinovazzjoni ta’ stokk ta’ bini dekarbonizzat u b’livell għoli ta’ enerġija effiċjenti
Question
Peress li l-Istati Membri tal-UE intalbu jiżviluppaw u jaddottaw strateġija nazzjonali fit-tul dwar ir-rinovazzjoni li titratta l-mod kif ikollok stokk ta’ bini dekarbonizzat u b’livell għoli ta’ enerġija effiċjenti sas-sena 2050, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-istrateġija nazzjonali fit-tul ta’ Malta f’dan ir-rigward?
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jindirizz in-nuqqasijiet relatati ma’ tnaqqis ta’ tniġġiż speċifikati fir-rapport tan-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ser inkun qed nagħti għall-mistoqsija parlamentari 16392, ninfurmaħ ukoll li ser jitwaqqaf kumitat interministerjali sabiex jara li fejn u jekk ikun hemm nuqqasijiet jirrakkomanda x’miżuri addizzjonali jistghu jittiehdu sabiex ikun żgurat li l-obbligi tal-pajjiż ikunu jistgħu jintlaħqu.
Jista’ l-Ministru jagħti ċarezza, analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll pjan ta’ meta għandhom jiġu implimentati l-policies u l-miżuri li huma mniżżla fin-National Air Pollution Control Programme (NAPCP)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nemmen illi, meta wieħed jikkunsidra li l-ikbar sors ta’ tniġġis tal-arja fil-gżejjer Maltin huwa t-traffiku, ikun għaqli li n-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) jittieħed flimkien mat-National Transport Masterplan anke għaliex ħafna mill-miżuri dwar tniġġiż tal-arja jirriflettu dak li hemm fl-imsemmija masterplan li jinkludi ukoll analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Dawn id-dokumenti diġà jagħtu indikazzjoni ta’ meta huwa ippjanat li se jkunu implimentati l-miżuri. Hawnhekk irrid ngħid li dal-Gvern diġà wera biċ-ċar li huwa Gvern li jwettaq dak li jwiegħed u l-impenn f’dan ir-rigward jibqa’ wieħed qawwi. Irrd infakkar ukoll li wħud mill-miżuri kontemplati digà qegħdin fis-seħħ, bħat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trasport pubbliku b’xejn għal studenti, żgħażagħ u anzjani, titjib fis-sistemi tal-ferries u skemi bħal car sharing.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 29 uffiċjali li ħarġu bil-kwarantina mill-1 ta’ Marzu 2020 s’issa.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Ħaddiema li ħarġu bil-Kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 173 ħaddiem fis-settur pubbliku li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi kien hemm 53 ħaddiem tas-settur pubbliku taħt dan il-Ministeru li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-Covid-19.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ħaddiema li ħarġu bil-kwaratina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ ħaddiema tas-settur pubbliku li ġew mogħtija l-ittra mill-qasam tas-saħħa biex joħorġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19 jammonta għal 131 persuna.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Marzu sat-28 t’Ottubru 2020 kien hemm 25 ħaddiem fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-1 ta’ Marzu 2020, in-numru ta’ ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19 kien ta’ 104.
In-Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr – studju u testijiet
Question
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministeru għal Għawdex fit-18 ta' April 2019 fi Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex, tenut kont tal-fatt li f'din il-konferenza kien hemm preżenti fost l-oħrajn l-ex Ministru għal Għawdex, nies tekniċi mill-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-perit/Geotechnical Engineer li tqabbdu flimkien ma' esperti barranin biex jagħmlu l-istudji u testijiet meħtieġa bħala testijiet fuq il-kwalità tat-tafal u testijiet oħra u jħejju l-pjanti u d-disinni meħtieġa ta' xogħol li hemm bżonn issir f'din it-triq, jista' l-Ministru jgħid x'ħejjew dawn in-nies (pjanti/disinni) li kienu preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha, kif ukoll id-dati meta tħejjew dawn l-istudji/pjanti/disinni tax-xogħol li għandu jsir f'din it-triq? Jista’ jgħid kemm tħallsu dawn il-ditti u n-nies tekniċi kemm barranin kif ukoll lokali? Jista’ jikkonferma jekk il-Ministeru għal Għawdex għadux juża s-servizzi ta’ dawn id-ditti u n-nies tekniċi kemm barranin kif ukoll lokali u jekk hux qiegħed juża l-pjanti u disinni tagħhom fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu għall-korsijiet full-time u part-time fl-Istitut għat-Turiżmu fil-Qala, Għawdex? Tista' tgħid liema korsijiet qed isegwu? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali sa issa ta' dan l-Istitut fis-sena 2020?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 68 student li qed jattendu għall-korsijiet fl-Istitut għat-Turiżmu f’Għawdex. Dawn qed isegwu:
·
Climate Travel
– 43 student;
·
Diving (f/t)
– 15-il-student;
·
Foundation
- 5 studenti;
·
Certificate in Food Preparation and Service –
5 studenti.
L-ispiża s’issa fuq il-kampus ta’ Għawdex tammonta għal €229,632.
Hemm ukoll 35 student Għawdxi li qegħdin jistudjaw fil-kampus ta’ Malta.
Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex – inkjesta mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu? Jekk ma ġietx konkluża fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dan il-kaz għadu suġġett ta' inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin